Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0484

    2005/484/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Lulju 2005 dwar il-proċedura għall-verifika tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kitts għall-bini ta' mħażen li jkessħu u kitts ta’ l-istruttura esterna għall-bini ta' mħażen li jkessħu (notifikata taħt dokument numru C(2005) 1961) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 173, 6.7.2005, p. 15–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 177–179 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/484/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    177


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2005

    dwar il-proċedura għall-verifika tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kitts għall-bini ta' mħażen li jkessħu u kitts ta’ l-istruttura esterna għall-bini ta' mħażen li jkessħu

    (notifikata taħt dokument numru C(2005) 1961)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/484/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri marbuta mal-prodotti tal-bini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fir-rigward taż-żewġ proċeduri għall-verifika tal-konformità ta’ prodott skond l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE, il-Kummissjoni hi meħtieġa tagħżel l-inqas proċedura oneruża kompatibbli mas-sigurtà. Dan ifisser li hu meħtieġ li jkun deċiż jekk, għal prodott jew familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabilità tal-manifattur hijiex kundizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-verifika tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet marbuta ma' l-osservanza tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 89/106/KEE, hijiex meħtieġa l-intervenzjoni ta' korp taċ-ċertifikazzjoni approvat.

    (2)

    L-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 89/106/KEE jeħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk mixtieq li l-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkun iddefinit.

    (3)

    Iż-żewġ proċeduri previsti fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE huma deskritti fid-dettall fl-Anness III għal dik id-Direttiva. Huwa għalhekk meħtieġ li l-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri ser ikunu implimentati jkunu speċifikati b’mod ċar, permezz ta' referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta' prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

    (4)

    Il-proċedura msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106KEE tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u fit-tieni u t-tielet possibilità tal-punt (ii) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE. Il-proċedura msemmija fil-punt(b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stipulati fil-punt (i) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III, u fl-ewwel possibilità, b’sorveljanza kontinwa, ta’ punt (ii) tat-taqsima 2 ta’ l-Anness III.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti mniżżla fl-Anness se jkollhom il-konformità taghhom ivverifikata permezz ta’ proċedura fejn, flimkien ma’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp ta’ ċertifikazzjoni approvat ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 2

    Il-proċedura għall-verifika tal-konformità kif stipulata fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal-Linji ta’ Gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta’ Lulju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


    ANNESS I

    Kitts għall-bini ta' mħażen li jkessħu u kitts ta’ l-istruttura esterna għall-bini ta' mħażen li jkessħu:

    Għall-użu f’xogħolijiet ta’ bini.


    ANNESS II

    Nota: għal prodotti li għandhom iktar minn wieħed mill-użi maħsuba speċifikati fil-kategoriji li ġejjin, il-ħidmiet għall-korp approvat, idderivati mis-sistemi rilevanti ta’ verifika tal-konformità, huma kumulattivi

    KITTS GĦALL-BINI TA' MĦAŻEN LI JKESSĦU U KITTS TA’ L-ISTRUTTURA ESTERNA GĦALL-BINI TA' MĦAŻEN LI JKESSĦU

    Sistemi għall-verifika tal-konformità

    Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(a) mniżżla hawn taħt, l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjoni Teknika (EOTA) hija mitluba tispeċifika s-sistema(i) għall-verifika tal-konformità li ġejja(in) fil-Linji ta’ Gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej rilevanti:

    Prodott(i)

    Użu(i) maħsuba

    Livell(i) jew klassi(jiet)

    (reazzjoni man-nar)

    Sistema(i) ta’ verifika tal-konformità

    Settijiet ta’ bini għall-ħażna fil-kesħa u settijiet ta’ l-istruttura esterna ta’ bini għall-ħażna fil-kesħa

    f’xogħlijiet ta’ bini

    1

    L-ewwel Sistema: Ara d-Direttiva 89/106/KEE, l-Anness III.2 Punt (i), mingħajr testijiet ta’ awditjar fuq kampjuni

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun f’mod illi tkun tista’ tiġi implimentata anki fejn ir-rendiment ma jeħtieġx li jkun iddeterminat għal karatteristika speċifika, minħabba li għallinqas Stat Membru wieħed m’għandux ħtieġa legali għal din il-karatteristika (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn xieraq, il-klawżola 1.2.3 tad-Dokument Interpretattiv). F’dawk il-każi l-verifika ta’ tali karatteristika m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jixtieqx jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.


    Top