Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1820

    1820/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1820/2004 ta’ l- 20 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2208/2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni inkonnessjoni mal-politika agrikola komuni

    ĠU L 320, 21.10.2004, p. 14–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 40–40 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1820/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    40


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1820/2004

    ta’ l-20 ta' Ottubru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2208/2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar miżuri ta’ informazzjoni inkonnessjoni mal-politika agrikola komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 tas-17 ta’ April 2000 dwar il-miżuri ta’ informazzjoni fil-qasam tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 9 ta’ dan,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002 (2) jipprevedi s-sejħa għal preżentazzjoni ta’ proposti bil-għan li tkun assigurata l-usa’ pubbliċità għall-possibbiltajiet ta’ sussidju offruti mir-Regolament (KE) Nru 814/2000 u l-għażla tal-aħjar miżuri. Din is-sejħa għandha tiġi ppubblikata sal-31 ta' Lulju ta' kull sena. Għal raġunijiet ta’ tmexxija amministrattiva tajba, marbuta, b’mod partikulari, mal-estensjoni għaċ-ċittadini tal-Istati Membri ġodda favur is-sistema prevista fir-Regolament (KE) Nru 814/2000, hemm lok li din id-data tkun ipposponuta għal tliet xhur.

    (2)

    Meħtieġ bħala konsegwenza li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 2208/2002.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-parir tal-Kumitat tal-FEOGA,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2208/2002, id-data tal-31 ta’ Lulju nbidlet bid-data tal-31 ta’ Ottubru.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 7.

    (2)  ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21.


    Top