EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1496

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1496/2004 tat- 18 ta' Awissu 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 li jimponi dazju definittiv ta' anti- dumping fuq l-importazzjoni ta' fittings tat-tubi u l-pajpijet li joriġinaw, inter alia , mit-Tajlandja

ĠU L 275, 25.8.2004, p. 1–5 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 207–211 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1496/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

207


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1496/2004

tat-18 ta' Awissu 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 li jimponi dazju definittiv ta' anti-dumping fuq l-importazzjoni ta' fittings tat-tubi u l-pajpijet li joriġinaw, inter alia, mit-Tajlandja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) u partikolarment l-Artikolu 11 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1)

Il-miżuri li huma korrentement fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta' fittings tat-tubi u l-pajpijet, tal-ħadid u ta' l-azzar li joriġinaw mit-Tajlandja għandhom dazju definittiv ta' anti-dumping impost oriġinarjament mir-Regolament Nru 584/96 (2), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1592/2000 (3) u kkonfermat, wara investigazzjoni ta' reviżjoni ta' skadenza, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (4).

(2)

Il-miżuri applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet jikkonsistu f'dazju ad valorem, minbarra għal żewġ produtturi esportaturi Tajlandiżi li ġew aċċettati garanziji mingħandhom bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/252/KE (5), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/453/KE (6).

(3)

F'April 2001, il-Kummissjoni bdiet simultanjament investigazzjoni ta' reviżjoni ta' skadenza (7) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u reviżjoni interim ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ir-reviżjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġiet konkluża mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 li jżomm fis-seħħ il-miżuri eżistenti. Madankollu, ir-reviżjoni interim, skond l-Artikolu11(3) tar-Regolament bażiku, baqgħet miftuħa meta kienet konkluża r-reviżjoni ta' skadenza.

2.   Raġuni għar-reviżjoni

(4)

F'April 2001, il-Kummissjoni bdiet, minn jeddha, reviżjoni interim ex officio, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, sabiex teżamina kemm il-forma tal-miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja hi xierqa. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li nstabu problemi ta' l-infurzar waqt il-monitoraġġ tal-garanziji aċċettati minn żewġ esportaturi fit-Tajlandja, i.e. Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd. u TTU Industrial Corp. Ltd. (“l-esportaturi kkonċernati”), b'konsewgenzi fuq l-effett ta' rimedju ta' dawn il-miżuri. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni limitata għall-forma tal-miżuri. Il-bidu tar-reviżjoni tħabbar fl-istess ħin mal-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza li biha ġew ikkonfermati l-miżuri eżistenti.

(5)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-produtturi applikanti tal-Komunità, il-produtturi esportaturi fit-Tajlandja, l-importaturi/il-kummerċjanti, l-industriji utenti, u l-assoċjazzjonijiet ta' utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-Gvern Tajlandiż dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament ikkonċernati l-opportunità li jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal smigħ.

(6)

Wara l-iżvelar tar-riżultati ta' l-investigazzjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, produttur esportatur Tajlandiż, Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd. (“l-applikant”), ippreżenta talba f'April 2002 għal reviżjoni interim tal-miżuri ta' anti-dumping li huma applikabbli għalih, limitati għas-sitwazzjoni ta' dumping tiegħu, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ir-rikjesta allegat illi ċirkostanzi mibdula ta' natura dejjiema wasslu għal valur normali li tnaqqas konsiderevolment, li b'hekk naqqas jew elimina d-dumping, b'mod li ma kienx aktar meħtieġ illi jkomplu jiġu imposti miżuri fil-livell eżistenti fir-rigward ta' l-importazzjonijiet tiegħu sabiex ipatti għad-dumping.

(7)

Wara li stabbiliet, wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' reviżjoni interim, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta' bidu (8) u bdiet investigazzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u lill-applikant bil-bidu tar-reviżjoni interim limitata għad-dumping u tat lill-partijiet kollha kkonċernati l-opportunità li jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal smigħ. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-applikant.

(9)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat kull informazzjoni li qieset meħtieġa biex tistabbilixxi d-dumping u għamlet żjara ta' verifika fl-istabbiliment ta' l-applikant.

(10)

L-investigazzjoni limitata għad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002 (“il-perjodu ta' investigazzjoni” jew “il-PI”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

Il-prodott ikkonċernat

(11)

Il-prodott ikkonċernat suġġett għar-reviżjonijiet interim huwa l-istess bħall-prodott ikkonċernat fl-investigazzjonijiet preċedenti i.e. fittings tat-tubi u l-pajpijet (għajr cast fittings, flanġi, u fittings bil-kamin), tal-ħadid u ta' l-azzar (minbarra stainless steel), bl-ikbar diametru estern li ma jaqbiżx 609,6 mm, tat-tip użat għal butt-welding jew għal għanijiet oħra (“il-prodott ikkonċernat” jew “fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet”), li joriġinaw mit-Tajlandja. Bħalissa, il-prodott huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11 (Kodiċi Taric 7307931199), ex 7307 93 19 (Kodiċi Taric 7307931999) ex 7307 99 30 (Kodiċi Taric 7307993098) u ex 7307 99 90 (Kodiċi Taric 7307999098).

Prodott simili

(12)

Bħal fl-investigazzjonijiet ta' qabel, dawn l-investigazzjonijiet urew li l-fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet tal-ħadid jew ta' l-azzar, prodotti fit-Tajlandja u mibjugħa domestikament u /jew esportati lill-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi kimiċi u fiżiċi bħal ma għandhom il-fittings tat-tubi u l-pajpijiet mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi tal-Komunità, u għalhekk jitqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 1(14) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   ID-DUMPING FIR-RIGWARD TA' L-APPLIKANT

1.   Valur normali

(13)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iffissar tal-valur normali, kien ġie stabbilit l-ewwel jekk il-bejgħ domestiku totali ta' l-applikant tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ ta' l-esportazzjoni totali lill-Komunità. Bi qbil ma' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, instab li dan kien il-każ minħabba li l-volum ta' bejgħ domestiku ta' l-applikant kien jikkostitwixxi għallinqas 5 % tal-volum tal-bejgħ ta' l-esportazzjoni totali tiegħu lill-Komunità.

(14)

Ġie mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' l-applikant kienx rappreżentattiv biżżejjed għal kull wieħed mit-tipi tal-prodott esportati lill-Komunità. Dan kien meqjus bħala li kien il-każ meta, waqt l-IP, il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott irrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta' l-istess tip esportat lill-Komunità. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku tal-prodotti kollha barra wieħed esportati lill-Komunità kien rappreżentattiv.

(15)

Sar wkoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' prodott setgħax jitqies li sar tul il-kors normali tal-kummerċ, billi jiġi stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ bi qliegħ lill-klijenti indipendenti tat-tip in kwistjoni. F'każijiet fejn il-volum ta' bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost ta' produzzjoni ikkalkulat għal kull unità, kien jirrappreżenta 80 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, u fejn il-prezz medju peżat ta' dak it-tip kien indaqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu bi qliegħ ta' dak it-tip magħmul matul l-IP, irripettivament minn jekk il-bejgħ kienx bi qliegħ jew le. Fil-każijiet fejnil-voulm ta' bejgħ bi qliegħ ta' tip ta' prodott irrapreżenta 80 % jeq anqas, imma għallinqas 10 % tal-voum tal-bejgħ totali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-press domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja peżata ta' bejgħ domestiku bi qliegħ ta' dak it-tip biss.

(16)

F'każi fejn il-volum ta' bejgħ bi qliegħ ta' kull tip ta' fittings kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip fis-suq domestiku, ġie kkunsidrat li dan it-tip partikolari kien inbiegħ fi kwantitajiet insuffiċjenti biex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa għall-iffissar tal-valur normali.

(3)

Kullfejn ma setgħux jintużaw prezzijiet domestiċi ta' tip partikolari mibjugħ mill-applikant sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, metodu ieħor kellu jintuża. F'dan ir-rigward, fin-nuqqas ta' produtturi esportaturi oħra u ta' metodu raġjonevoli ieħor, il-valur normali kostrutt ġie użat.

(18)

Fil-każi kollha fejn il-valur normali kostrutt ġie użat u skond l-Artikolu 2 (3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie kostrutt billi żdiedu, mal-kost tal-manifattura tat-tipi esportati, aġġustat fejn meħtieġ, ammont raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni ta' qliegħ raġjonevoli. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A li saru u l-qliegħ tal-produttur esportatur ikkonċernat fuq is-suq domestiku kienux jikkostitwixxu data li wieħed jista' joqgħod fuqha. L-ispejjeż domestiċi attwali SG&A tqiesu raġjonevoli minħabba li l-volum ta' bejgħ domestiku tal-kumpanija kkonċernata seta' jitqies bħala rappreżentattiv. Il-marġni tal-qliegħ domestiku ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku li sar waqt il-kors normali tal-kummerċ.

2.   Prezz ta' l-esportazzjoni

(19)

Minħabba li l-bejgħ ta' l-esportazzjoni kollu tal-prodott ikkonċernat sar direttament lil klijent indipendenti fil-Komunità, il-press ta' l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li huma attwalment imħallsa jew pagabbli meta mibjugħa għall-esportazzjoni lill-Komunità.

3.   Tqabbil

(20)

Għall-iskop ta' tqabbil ġust skond it-tip fuq bażi ex-factory u fuq l-istess livell ta' negozju, ingħatat konsiderazzjoni debita għad-differenzi li ġew ikklejmjati u li ntwerew li jaffettwaw it-tqabbil bejn il-prezz ta' l-esportazzjoni u l-valur normali. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward ta' ħlasijiet fuq l-importazzjoni, skonti, trasport, assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-handling, imballaġġ, kreditu u kummissjonijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

4.   Marġni ta' dumping

(21)

Biex tikkalkula l-marġni ta' dumping, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju meqjus mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju meqjus għall-Kommunità.

(22)

It-tqabbil, kif deskritt fuq, wera l-eżistenza ta' dumping fil-każ ta' l-applikant. Il-marġni ta' dumping li ġie stabbilit, espress bħala persentaġġ tal-valur CIF totali fuq il-livell fil--fruntiera tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, kien ta' 7.4 %.

5.   In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdula u l-probabilità ta' rikorrenza ta' dumping

(23)

Bi qbil mal-prassi normali tal-Kummissjoni, ġie eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi mibdula setgħux jiġu deskritti raġjonevolment bħala ta' natura dejjiema.

(24)

Instab li ma kien hemm ebda raġuni għala wieħed jistenna li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi u l-valur normali ma jibqgħux stabbli għall-futur prevedibbli.

(25)

Il-Kummissjoni eżaminat l-iżvilupp possibbli tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni ta' rata ta' dazju inqas. F'dan ir-rigward, tqies illi l-garanzija li kienet ġiet aċċettata fil-kwadru tal-proċediment oriġinali kellha l-effett li tillimita l-bejgħ ta' l-applikant lis-suq tal-Komunità. Kif imsemmi isfel fil-premessa (35), instab li din it-tip ta' garanzija ma kinitx aktar xierqa. Ġie għalhekk eżaminat jekk il-bejgħ ta' l-esportazzjoni suġġett għal dazju inqas setax jikkawża żjieda sinifikanti fl-importazzjoni lill-Komunità tal-prodott ikkonċernat li huwa prodott mill-applikant.

(26)

L-investigazzjoni kixfet illi l-kapaċità ta' produzzjoni ta' l-applikant żdiedet sew minn żmien il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali u b'rata inqas tul l-aħħar tliet snin, filwaqt li r-rata tal-kapaċità ta' l-użu baqgħet qrib il-100 %.

(27)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kumpanija tesporta l-biċċa l-kbira mill-produzzjoni tagħha lejn swieq stabbiliti sew ta' pajjiżi terzi oħra. Fil-fatt, l-applikant esporta aktar minn 90 % tal-produzzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat waqt l-IP, kważi kollu kemm hu lil pajjiżi terzi oħra. L-esportazzjoni lil pajjiżi terzi oħra ttriplikat minn żmien il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali u kompliet tiżdied tul l-aħħar tliet snin. Ġie wkoll stabbilit illi l-esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi oħra nbiegħu bi prezzijiet li kienu madwar 25 % ogħla minn dawk tal-KE.

(28)

Minħabba li l-applikant ma tantx għandu kapaċità żejda, li tista' tintuża sabiex iżżid il-bejgħ lill-Komunità li kieku l-miżuri ta' anti-dumping jitnaqqsu, is-sejbiet imsemmija hawn fuq, inklużi dwak li għandhom x'jaqsmu ma' l-esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi, u partikolarment il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lil dawn il-pajjiżi, jitqiesu bħala evidenza li x'aktarx mhuwiex se jkun hemm, fil-ġejjieni prevedibbli, rikorrenza ta' importazzjonijiet li jun l-oġġett ta' dumping f'livelli simili għal dawk li ġew stabbiliti fl-investigazzjoni preċedenti.

(29)

Qed jiġi għalhekk konkluż li ċ-ċirkostanzi mibdula, partikolarment il-valur normali mnaqqas konsiderevolment, huma ta' natura dejjiema. Fid-dawl tal-livell imnaqqas ta' dumping, huwa għalhekk meqjus xieraq li jiġu emendati l-miżuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant.

6.   Konklużjonijiet

(30)

Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' dazju ta' anti-dumping m'għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping stabbilit, iżda għandu jkun inqas minn dak il-marġni jekk tali dazju inqas ikun biżżejjed biex jelimina l-ħsara ta' l-industrija Komunitarja. Minħabba li d-dazju għall-applikant kien ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-marġni ta' dumping, id-dazju għandu jiġi aġġustat għall-marġni tad-dumping aktar baxx misjub fl-investigazzjoni, jiġifieri ta' 7.4 %.

(31)

Minn dan, isegwi għalhekk li, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant, id-dazju ta' anti-dumping oriġinarjament impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 u kkonfermat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 għandu jiġi emendat.

(32)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li d-dazju ta' anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 jiġi emendat fir-rigward ta' l-applikant.

D.   REVIŻJONI INTERIM LIMITATA GĦALL-FORMA TAL-MIŻURI

(33)

Il-garanziji li kienu ġew oriġinarjament aċċettati miż-żewġ esportaturi kkonċernati kienu essenzjalment garanziji kwantitattivi li skondhom il-kumpaniji impenjaw irwieħhom li jiżguraw li l-esportazzjonijiet tagħhom lill-Komunità jseħħu fi ħdan limitu ta' volum komplessiv.

(34)

Bi qbil ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku, il-għan tal-garanziji kien li jkun eliminat l-effett ta' ħsara ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping, li jinkiseb billi l-esportatur jgħolli l-prezzijiet tiegħu jew inkella jtemm l-importazzjonijiet f'livelli ta' prezzijiet dumped. L-investigazzjonijiet urew li t-tip ta' garanziji oriġinarjament aċċettati fil-każ preżenti fl-1996, li sempliċement illimitaw il-kwantità ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità, ma rnexxielhomx jgħollu l-prezzijiet għal-livelli li mhumiex ta' ħsara u għalhekk ireġġgħu fis-seħħ il-kummerċ ġust fis-suq Komunitarju. F'dan il-każ, għalhekk, il-garanziji fil-forma preżenti tagħhom mhumiex meqjusa bħala mezzi xierqa u effettivi biex jeliminaw l-effett ta' ħsara ta' dumping. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tikkontrolla effettivament jekk il-kwantitajiet esportati humiex limitati għal dawk speċifikati fil-garanziji.

(35)

Ġie għalhekk konkluż illi l-garanziji fis-seħħ ma għadhomx xierqa aktar.

(36)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li wasslu għal din il-konklużjoni.

E.   MIŻURI PROPOSTI

(37)

Il-miżura ta' anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet, tal-ħadid jew ta' l-azzar, li joriġinaw, inter alia, fit-Tajlandja kif ikkonfermat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003, għandhom jiġu emendati fir-rigward ta' (i) l-applikant fid-dawl tal-marġni ta' dumping aktar baxx li nstab fl-investigazzjoni u (ii) l-esportaturi kkonċernati fid-dawl tas-sejbiet tar-reviżjoni interim limitata għall-forma ta' dawn il-miżuri.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

1.“2.   Ir-rata tad-dazju definittiv ta' anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej għall-prodotti manifatturati minn:

Pajjiż

Rata ta’ dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

58,6 %

It-Tajlandja

58,9 %

A 999

Minbarra: Awaji Sangyo (Thailand) Co., Ltd., Samutprakarn

7,4 %

8850

Thai Benkan Co. Ltd, Prapadaeng-Samutprakarn

0 %

A 118 ”

2.   L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 għandu jiġi rrevokat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-18 ta' Awissu 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12.)

(2)  ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 139, tas-6.6.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 46.

(6)  ĠU L 182, tal-21.7.2000, p. 25.

(7)  ĠU C 103, tat-3.4.2001, p. 5.

(8)  ĠU C 17, ta' l-24.1.2003, p. 2.


Top