Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0990

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 990/2004 tas- 17 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 151/2003 li jimponi dazju ta' anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' ċerti pjanċi msejħa manjetiċi b'vini orjentati li joriġinaw fir-Russja

ĠU L 182, 19.5.2004, pp. 5–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, pp. 6–18 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/990/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 990/2004

tas-17 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 151/2003 li jimponi dazju ta' anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta' ċerti pjanċi msejħa manjetiċi b'vini orjentati li joriġinaw fir-Russja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l- Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu. 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u partikolarment l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Waqt li jikkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Investigazzjonijiet u miżuri preċedenti fis-seħħ

(1)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni Nru. 303/96/KEFA (2),mponiet dazju ta' anti-dumping definittiv fuq importazzjoni ta' ċerti pjanċi msejħa manjetiċi b'vini orjentati li joriġinaw mir-Russja (“l-investigazzjoni oriġinali”). Ir-rata tad-dazju ta' anti-dumping imposta kienet 40,1 %. Impenn offrut in konnessjoni ma' tali mportazzjonijiet ġie aċċettat mill-istess Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(2)

Wara talba mill-Konfederazzjoni Ewropea ta' l-Industriji tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) f'isem l-industrija tal-Komunità ta' pjanċi manjetiċi b'vini orjentati, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni konnessa ma' tmiem skond l-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 2277/96/KEFA (3) (id-“Deċiżjoni bażika”). Fl-istess ħin, il-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess tat bidu wkoll għal investigazzjoni skond l-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni bażika sabiex teżamina jekk il-forma tal-miżuri hijiex xierqa (4).

(3)

Fid-dawl tat-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar fit-23 ta' Lulju 2002, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru. 963/2002 (5), iddeċieda li l-proċedimenti anti-dumping li nbdew skond id-Deċiżjoni bażika u li għadhom fis-seħħ għandhom ikomplu u jkunu ggvernati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku b'effett mill-24 ta' Lulju 2002. Bl-istess mod, kull miżura ta' anti-dumping li tirriżulta minn investigazzjonijiet ta' anti-dumping pendenti għandhom ikunu ggvernati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku mill-24 ta' Lulju 2002.

(4)

Bħala riżultat tar-reviżjoni in vista tat-tmiem msemmija fil-premessa (2), il-Kunsill, f'Jannar 2003, bir-Regolament (KE) Nru 151/2003 (6),ikkonferma d-dazju ta' anti-dumping definittiv impost bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 303/96/KEFA. Madankollu, r-reviżjoni interim limitata għall-forma tal-miżuri baqgħet miftuħa fit-tmiem tar-reviżjoni konnessa ma' tmiem.

2.   Raġunijiet għar-reviżjonijiet

2.1.   Reviżjonijiet interim limitati għad-dumping

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni bażika li, skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 963/2002 ġew trattati skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(6)

It-talbiet saru minn OOO VIZSTAL (VIZ STAL), u Novolipetsk Iron and Steel Corporation (“NLMK”) (VIZ STAL u NLMK minn issa 'l quddiem imsejħa “l-applikanti”) it-tnejn produtturi esportaturi mir-Russja. Iż-żewġ talbiet kienu bbażati fuq il-fatt li l-applikanti ssodisfaw ir-rekwiżiti biex jingħataw status ta' ekonomija tas-suq u li l-marġini ta' dumping tagħhom kienu naqsu sostanzjalment. Għaldaqstant, allegaw li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell kurrenti tagħha ma kienitx aktar meħtieġa sabiex id-dumping jiġi newtralizzat.

(7)

Wara li ddeterminat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed għall-bidu ta' reviżjoni interim, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika, bdiet, f'Awissu 2002, investigazzjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, fir-rigward ta' VIZ STAL (7) u sussegwentement, f'Ottubru 2002, investigazzjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-NLMK (8). Iż-żewġ reviżjonijiet kienu limitati għall-eżami tad-dumping.

(8)

Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikanti kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur bil-bidu tar-reviżjonijiet interim, u tat lill-partijiet kollha nteressati l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu udjenza fil-limitu taż-żmien indikat fin-notifika tal-bidu.

(9)

L-applikanti taw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu hekk ingħataw l-opportunità li jkollhom udjenza.

(10)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikanti u lil importatur wieħed relatat fil-Komunità, li għalih wieġbu fil-limitu taż-żmien indikat fin-notifika tal-bidu.

(11)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet formola għal talba għal status ta' ekonomija tas-suq skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku liż-żewġ applikanti.

(12)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa biex jiġi ddeterminat id-dumping. Żjajjar ta' verifika saru fil-proprjetà tal-kumpanniji li ġejjin:

 

Produtturi esportaturi fir-Russja:

VIZ STAL, Yekaterinburg

Novolipetsk Iron and Steel Corporation (NLMK), Lipetsk

 

Importatur relatat (ta' VIZ STAL)

Duferco Commerciale S.p.A., Genoa

L-investigazzjoni dwar id-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2001 sat-30 ta' Ġunju 2002 (“perjodu ta' investigazzjoni” jew “IP”).

2.2.   Reviżjoni interim limitata għall-forma tal-miżuri

(13)

Kif ġie msemmi hawn fuq fil-premessa (2), il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha biex tibda reviżjoni interim sabiex teżamina jekk il-forma tal-miżuri fis-seħħ hijiex xierqa (ir-“reviżjoni ex uffiċju”).F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li hemm problemi ta' infurzar waqt il-kontroll ta' l-impenn, b'konsegwenzi fl-effett korrettiv tal-miżuri. Il-bidu ta' dan il-proċediment u parti mill-investigazzjoni li tikkonċerna din ir-reviżjoni saru fl-istess ħin mar-reviżjoni in vista tat-tmiem li għalqet bl-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 151/2003. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-industrija tal-Komunità, lill-importaturi, lill-fornituri u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, bil-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u tat lill-partijiet interessati l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu udjenza fil-limitu taż-żmien indikat fin-notifika tal-bidu.

(14)

Kif imsemmi fil-premessa (6) tar-Regolament (KE) Nru. 151/2003, matul l-investigazzjonijiet hawn fuq imsemmija, il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet mill-produtturi esportaturi kkonċernati, jiġifieri VIZ STAL u l-NLMK, għall-bidu tar-reviżjonijiet interim limitati għall-aspetti ta' dumping, kif imfisser fil-premessa (6) ta' dan ir-Regolament. Billi fiż-żewġ reviżjonijiet, l-aspetti ta' dumping kellhom jiġu nvestigati, fejn eventwalment seta' jolqot il-livell tal-miżuri suġġetti għar-reviżjoni ex uffiċju, ġie kkunsidrat li jkun xieraq li tintemm din ir-reviżjoni flimkien mar-reviżjonijiet interim limitati għad-dumping sabiex ikun jista' jittieħed kont ta' ċirkostanzi ekonomiċi eventwalment mibdula tal-produtturi esportaturi kkonċernati.

2.3.   Konklużjonijiet konġunti

(15)

Minħabba l-fatt li t-tliet reviżjonijiet kkonċernaw l-istess miżura ta' anti-dumping, kien ikkunsidrat li jkun xieraq, għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tajba, li jiġu konklużi simultanjament.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(16)

Il-prodott ikkonċernat hu l-istess kif hemm fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri pjanċi u strippi, rrumblati bil-kesħa, b'vini orjentati, ta' l-azzar bis-silikon msejjaħ manjetiku b' wisa' ta' aktar minn 500 mm li joriġinaw mir-Russja (“GOES” jew “il-prodott ikkonċernat”),li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7225 11 00 u ex 7226 11 00 (kodiċi NM ġdid sa mill-1.1.2004). Dan il-prodott jintuża għal apparat elettro manjetiku u f'installazzjonijiet bħal power/distribution transformers.

(17)

Fil-proċess ta' manufattura pjuttost kumpless tal-GOES, l-istrutturi tal-vina huma orjentati b' mod uniformi fid-direzzjoni ta' l-irrumblar tal-pjanċa jew ta' l-istrippa sabiex jinżamm kamp manjetiku bi grad għoli ta' effiċjenza. Il-prodott in kwistjoni irid ikun bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-induzzjoni manjetika, l-pile factor, kif ukoll l-ogħla livell ammissibbli ta' telf ta' re-manjetizzazzjoni. Ġeneralment, iż-żewġ naħat tal-prodott huma koperti b' kisja rqiqa iżolanti.

2.   Prodott simili

(18)

Kien stabbilit li l-GOES magħmulin u mibjugħin fir-Russja kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniki bħal GOES magħmulin fir-Russja u esportati lill-Komunità. Għalhekk, kienu kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   REVIŻJONIJIET INTERIM LIMITATI GĦAD-DUMPING

1.   Rimarki preliminarji

(19)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (9), għaraf li hu xieraq li jippermetti li jiġi stabbilit valur normali għal esportaturi u produtturi Russi skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku u emenda r-Regolament bażiku b'dan il-mod. Madankollu, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 1972/2002, din l-emenda għandha tapplika biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ, jiġifieri mit-8 ta' Novembru 2002. Konsegwentement, billi ż-żewġ reviżjonijiet interim mitluba mill-applikanti nbdew qabel din id-data, l-emenda msemmija mhix applikabbli għall-investigazzjonijiet preżenti. F'dan ir-rigward, kull referenza oħra għar-Regolament bażiku għandha tkun għal dak li jkun fis-seħħ qabel l-emenda hawn fuq imsemmija.

(20)

Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jista' jiġi ddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta' l-Artikolu msemmi biss jekk l-applikanti juru li jilħqu l-kriterji stabbilit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li l-kondizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq japplikaw għalihom fir-rigward tal-manufattura u l-bejgħ tal-prodott simili kkonċernat.

2.   Status ta' l-ekonomija tas-suq (“MES”)

(21)

Formoli għal talba għal status ta' l-ekonomija tas-suq ġew sottomessi fit-terminu stabbilit fin-notifiki ta' bidu miż-żewġ applikanti.

(22)

Instab li għaż-żewġ applikanti d-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet, l-ispejjeż u l-inputs saru b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq mingħajr interferenza sinjifikanti mill-istat u l-ispejjeż ta' l-inputs prinċipali rriflettew il-valuri tas-suq. Il-kumpanniji kellhom sett wieħed ċar ta' records tal-accounting bażiċi li ġew verifikati indipendentement skond standards internazzjonali ta' l-accounting u applikati għal kull skop. L-ispejjeż ta' produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-applikanti ma kienux suġġetti għal distorzjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema bla suq ta' qabel. Iż-żewġ kumpanniji kienu suġġetti għal liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà li ggarantixxu ċertezza tal-liġi u stabbiltà għall-operat tad-ditti. Finalment, il-konverżjonijiet tal-kambju saru bir-rata tas-suq. Abbażi ta' dak li ġie qabel, kien konkluż li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku ntlaħħqu.

(23)

Il-Kummissjoni nfurmat lill-applikanti u lill-industrija tal-Komunità bid-determinazzjonijiet hawn fuq imsemmija u tathom il-possibiltà biex jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment mill-partijiet interessati. Fid-dawl ta' dak li hemm hawn fuq, ġie konkluż li l-istatus ta' ekonomija tas-suq għandu jingħata liż-żewġ applikanti.

3.   NLMK

(24)

Għalkemm l-applikant talab għall-bidu tar-reviżjoni interim kurrenti, sussegwentement ma pprovdiex lill-Kummissjoni bl-informazzjoni essenzjali għall-kalkolu tal-marġini tad-dumping. B'mod partikolari, waqt investigazzjoni fuq il-post l-ispejjeż tal-produzzjoni ma setgħux jiġu verifikati. Barra minn hekk, l-informazzjoni provduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju ma kenitx sostnuta b'evidenza suffiċjenti u kien miċħud l-aċċess għal informazzjoni essenzjali. F'xi każijiet, kienet provduta informazzjoni qarrieqa. Per eżempju, kif ġie ammess mill-NLMK, l-ispejjeż tal-produzzjoni ġew ddikjarati b'bejn wieħed u ieħor 50 % anqas milli fil-fatt kienu fit-tweġiba għall-kwestjonarju għas-sena finanzjarja 2001 li kkoinċida mal-perjodu ta' investigazzjoni b'sitt xhur. Il-kumpannija fil-fatt naqset milli tissostanzja l-veraċità ta' l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħha, kif rappurtat fit-tweġiba għall-kwestjonarju. F'dawn iċ-ċirkostanzi, verifika xierqa tat-tweġiba għall-kwestjonarju ma setgħetx issir u l-figuri mħabbra ġew ikkunsidrati li ma kienux ta' min jafdahom.

(25)

NLMK ġiet infurmata li l-informazzjoni sottomessa ma kenitx verifikabbli u għalhekk ma setgħetx tintuża. L-applikant ġie mogħti l-opportunità biex jagħti aktar spjegazzjonijiet. Barra minn hekk, ingħatatlu l-possibiltà li jkollu udjenza f'dan ir-rigward. Madankollu, l-NLMK ma tat l-ebda spjegazzjoni sodisfaċenti fil-limitu taż żmien speċifikat.

(26)

L-NLMK b'hekk ammettiet il-problemi li jirrigwardaw, b'mod partikolari, il-verifika ta' l-ispejjeż, iżda sostniet li biex tiġi ddeterminata l-ispiża tagħha ta' produzzjoni, għandha tintuża data li tkun inġabret waqt investigazzjoni oħra li tikkonċerna prodott simili. L-NLMK rreferiet għall-investigazzjoni anti-dumping li bdiet f'Mejju 2002 (10)kontra importazzjonijiet ta' ċerti pjanċi u strippi manjetiċi b'vini orjentati (prodotti rrumblati ċatti) ta' wisa' ta' mhux aktar minn 500 mm li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (“GOES żgħar”). L-NLMK kienet suġġetta għal din l-investigazzjoni u kienet sottomettiet tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, argumentat li l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni sottomessa fil-kwadru ta' dak il-proċediment għandha tintuża sabiex jiġu ddeterminati l-ispejjeż fir-reviżjoni preżenti. L-NLMK sostniet li minħabba s-similarità taż-żewġ prodotti, jiġifieri GOES żgħar u l-prodott ikkonċernat, l-ispejjeż għandhom ikunu prattikament identiċi.

(27)

Madankollu, l-investigazzjoni dwar il-GOES żgħar u r-reviżjoni interim preżenti koprew prodotti differenti u kienu suġġetti għal IP differenti. Madankollu, anke jekk l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' dawn iż-żewġ prodotti jkunu prattikament identiċi fiż-żewġ investigazzjonijiet — li ma ġiex stabbilit — għandu jiġi sottolinejat li l-ispejjeż u l-prezzijiet relatati għall-perjodi differenti mhumiex neċessarjament komparabbli. Barra minn hekk, l-investigazzjoni dwar il-GOES żgħar kienet ingħalqet fi Frar 2003 minħabba l-irtirar ta' l-ilment mill-industrija tal-Komunità (11).Għalhekk, ma kien hemm ebda konklużjonijiet jew sejbiet li setgħu jiġu wżati fir-reviżjoni preżenti. Għalhekk, ġie konkluż li l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kienet relatata ma' GOES żgħar ma jkunux bażi xierqa sabiex jiġi ddeterminat valur normali fil-proċediment preżenti. Għalhekk it-talba tal-NLMK ġiet rifjutata.

(28)

Wara l-istqarrija, l-NLMK sostniet li kienet ġiet diskriminata vis-à-vis VIZ STALu li l-ispejjeż tagħha kellhom jiġu stabbiliti fuq bażi ta' sorsi alternattivi aktar milli tkun rrifjutata t-talba tagħha għal reviżjoni in ġenerali. L-NLMK issuġġeriet li spejjeż ta' VIZ STAL jew ta' l-industrija tal-Komunità kellhom jiġu wżati.

(29)

Dan l-argument ma kellux bażi. B'differenza mill-każ NLMK, it-tweġiba tal-kwestjonarju ta' VIZ STAL setgħet tiġi vverifikata bis-sħiħ u saru korrezzjonijiet fuq il-bażi tal-figuri vverifikati ta' VIZ STAL stess (ara l-premessi (40) u (56)). Fejn il-figuri ta' VIZ STAL ġew mibdula b'sorsi oħrajn ta' informazzjoni, dan ma kienx konsegwenza ta' figuri mhux ivverifikati, iżda ta' raġunijiet oħra mniżżlin fil-premessi (41) sa (49) u (57) sa (60).

(30)

Għandu wkoll jiġi notat li l-iskop tar-reviżjoni preżenti interim kien sabiex ikun ddeterminat jekk iċ-ċirkostanzi individwali tal-produttur esportatur ikkonċernat inbidlux b'mod sinifikanti. Ir-reviżjoni interim inbdiet fuq talba tal-NLMK. F'dan il-kuntest, irid jiġi notat li hi ħaġa kontradittorja li l-ewwel issostni li ċirkostanzi individwali nbidlu u mbagħad, meta dan ma jistax jiġi ppruvat, issostni li tali determinazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' data ta' kumpanniji oħrajn. L-iffissar ta' spejjeż u valur normali hu element essenzjali meta tiġi determinata s-sitwazzjoni ndividwali ta' kumpannija fir-rigward tad-dumping u biex tibdel din id-data kompletament iwassal għal riżultati bla sens taħt dawn iċ-ċirkostanzi.

(31)

Bħala riżultat ta' dan ta' hawn fuq, il-kumpannija ma setgħetx tipprovdi xhieda li ċirkostanzi fir-rigward tal-marġini ta' dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali nbidlu bil-mod li ġie allegat. Għalhekk, ir-reviżjoni interim fir-rigward tal-NLMK kellha tiġi tterminata u l-marġini ta' dumping li nstab waqt l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri 40,1 % għandu jinżamm.

(32)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping, espress bħala perċentwali tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, hu:

Novolipetsk Iron and Steel Corporation (NLMK), Lipetsk

40,1%

4.   VIZ STAL

4.1.   Dumping

a)   Valur normali

(33)

Għar-rigward ta' VIZ STAL, kien l-ewwel stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ ta' l-esportazzjoni totali tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, u ladarba l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta' VIZ STAL qabeż il-5 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' esportazzjonijiet lill-Komunità, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv.

(34)

Sussegwentement, dawk it-tipi ta' GOES mibjughin fis-suq domestiku mill-applikant li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lill-Komunità ġew identifikati.

(35)

Għal kull tip mibjugħ mill-applikant fis-suq domestiku tiegħu u fejn jinstab li jkun direttament komparabbli mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Komunità, ġie stabbilit jekk bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv b'mod suffiċjenti għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bejgħ domestiku ta' tip partikolari ta' GOES ġie kkunsidrat li kien rappreżentattiv b'mod suffiċjenti meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta' dak it-tip waqt l-IP kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum ta' bejgħ totali tat-tip komparabbli ta' GOES esportat lill-Komunità.

(36)

Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' prodott setax jitqies li sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ, skond l-Artikolu 2(3) u 2(4) tar-Regolament bażiku, billi jiġi assenjat proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lill-klijenti indipendenti tat-tip in kwestjoni. Bejgħ domestiku ġie meqjus li kien vantaġġuż meta l-valur tal-bejgħ net kien ugwali għal jew aktar mill-kalkolu ta' l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' kull tip ikkonċernat (“bejgħ bi qligħ”). F'każijiet fejn il-volum ta' bejgħ ta' tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz ta' bejgħ net ugwali għal jew aktar mill-kalkolu ta' spejjeż ta' produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum ta' bejgħ totali ta' dak it-tip u f'każijiet fen il-prezz medju ppeżat ta' dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-ispejjeż ta' produzzjoni per unità, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, kkalkolat bħala medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ kollu domestiku li sar ta' dak it-tip matul l-IP, irrispettivament ta' jekk dan il-bejgħ kienx vantaġġuż jew le. F'każijiet fejn il-volum ta' bejgħ vantaġġuż ta' tip ta' prodott irrappreżenta 80 % jew anqas, iżda 10 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta' dak it-tip, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja ppeżata ta' bejgħ vantaġġjuż biss.

(37)

F'każijiet fejn il-volum ta' bejgħ vantaġġuż ta' tip irrappreżenta anqas min 10 % tal-volum totali ta' bejgħ ta' dak it-tip fis-suq domestiku, ġie kkunsidrat li dan it-tip kien mibjugħ f'kwantitajiet mhux suffiċjenti għall-prezz domestiku sabiex jipprovdi bażi xierqa għall-istabbiliment tal-valur normali.

(38)

Fuq din il-bażi, nstab li l-bejgħ domestiku kollu tal-prodott ikkonċernat ma sarx fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(39)

Kull meta prezzijiet domestiċi ta' tip partikolari ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit valur normali, kellu jinbena valur normali. Għalhekk sar eżami dwar jekk l-ispejjeż ta' produzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, jew il-prezzijiet domestiċi ta' produtturi oħra fil-pajjiż ta' oriġini setgħux jiġu wżati bħala bażi għall-bini ta' valur normali skond l-Artikoli 2(1) u 2(3) tar-Regolament bażiku.

(40)

F'dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta' produzzjoni tal-prodott ikkonċernat irrappurtati minn VIZ STAL, dawn kellhom jiġu kkoreġuti waqt li jittieħed kont ta' spejjeż differenti ta' manifattura għal tipi differenti tal-prodott ikkonċernat. Nstab li ċerti karatteristiċi ta' prodotti kellhom tabilħaqq impatt fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet ta' ċertu tip ta' prodott. Għalhekk, data li kienet sottomessa minn VIZ STAL dwar l-ispejjeż ta' produzzjoni ma setgħetx tintuża f'dan is-sens u kellu jsir tiftix fuq il-bażi ta' fatti disponibbli. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe metodu ieħor raġonevoli, kien ikkunsidrat li d-differenza fl-ispejjeż ta' produzzjoni tat-tipi diversi ta' GOES għandha tkun ta' l-istess proporzjon bħad-differenza fil-prezzijiet ta' bejgħ ta' dawn it-tipi. Għalhekk, l-ispejjeż għal kull tip ta' GOES manufatturat ġew assessjati fuq il-bażi tad-differenza bejn il-medja tal-prezzijiet ta' bejgħ domestiku ta' tip speċifiku ta' GOES u l-medja ġenerali tal-prezzijiet ta' bejgħ domestiku ta' kull tipi.

(41)

Barra minn hekk, hu notat li VIZ STAL ikkonkludiet ftehim għal żmien twil mal-fornitur tagħha tal-materja prima, li kien fis-seħħ matul l-IP. Il-materja prima li nxtrat minn dan il-fornitur kienet faxxa rrumblata bis-sħana (“HRB”). Skond dan il-ftehim, il-fornitur kellu dritt esklussiv sabiex jissupplixxi l-materja prima lil dan il-produttur esportatur matul l-IP. Il-fornitur ipproduċa HRB magħmul skond l-ordni u l-ispeċifikazzjonijiet tal-produttur esportatur. Il-produttur esportatur kien marbut li jixtri l-produzzjoni kollha tal-HRB tal-fornitur tiegħu, anke jekk l-istandards meħtieġa ma ntlaħqux, Il-prezzijiet ta' xiri kienu ġew iffissati bil-quddiem f'ċertu livell u garantiti mingħajr ma jittieħed kont tal-kwalità tal-materja prima fornita. Barra minn hekk instab li tekniċi mpjegati mill-produttur esportatur kkonċernat għamlu kontrolli tal-kwalità regolarment fil-post tal-fornitur.

(42)

Għalkemm mill-investigazzjoni ma rriżultaw l-ebda drittijiet ta' pussess ta' ishma jew drittijiet tal-kontroll bejn dawn iż-żewġ kumpanniji, kellu jiġi konkluż, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni li r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur ikkonċernat u l-fornitur tiegħu kienet partikolarment soda. Għalhekk, il-konnessjoni bejn VIZ STAL u l-fornitur ma kenitx limitata għall-bejgħ biss, iżda kienet testendi lil hinn minn sempliċi transazzjoni ta' bejgħ. B' mod partikolari, VIZ STAL kellha kontroll fuq il-produzzjoni ta' HRB fis-sit ta' produzzjoni tal-fornitur tagħha, li turi li dawn il-kumpanniji kienu wkoll konnessi fl-istadju tal-proċess ta' produzzjoni tal-HRB. Għalhekk, ir-relazzjoni bejn VIZ STAL u l-fornitur tagħha kienet kemm relazzjoni ta' bejgħ kif ukoll relazzjoni ta' produzzjoni, jiġifieri kienet ferm aktar minn sempliċi relazzjoni ta' xiri u bejgħ.

(43)

Fuq il-bażi tal-ftehim msemmi hawn fuq, ġie konkluż ukoll li VIZ STAL ma kenitx libera biex tikseb materja prima minn fornituri oħra matul l-IP, iżda kienet dipendenti minn fornitur wieħed biss. Għalhekk, VIZ STAL wkoll kellha tixtri HRB ta' kwalità nferjuri anke jekk il-materja prima ma kenitx tilħaq l-istandards meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Min-naħa l-oħra, il-prezzijiet tal-HRB ma setgħux jiġu adattati biex ikunu bi qbil mal-kwalità tal-prodott, minħabba l-fatt li kienu ġew iffissati bil-quddiem. Minbarra dan, il-fornitur ta' VIZ STAL ma kienx liberu sabiex jipprovdi HRB lil klijenti oħrajn għax kien marbut biex jipproduċi esklussivament għal VIZ STAL bi kwalità stabbilita minn VIZ STAL.

(44)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-prezzijiet bejn dawn iż-żewġ partijiet setgħux jiġu kkunsidrati bħali tali li wieħed jista' torbot fuqhom. F'dan ir-rigward kien ikkunsidrat li l-prezzijiet ta' xiri bejn VIZ STAL u l-fornitur tagħha, bħala konsegwenza tal-ftehim għal żmien twil konkluż bejniethom, ġew stabbiliti f'livell artifiċjali matul l-IP. L-investigazzjoni wriet barra minn hekk li l-prezzijiet tal-HRB segwew żvilupp mhux tas-soltu u baqgħu fl-istess livell tul l-IP, mingħajr ma taw kas tal-kwalità tal-prodott mixtri jew kondizzjonijiet tas-suq oħra, bħall-varjazzjonijiet fil-prezzijiet ta' l-enerġija, waħda mill-komponenti l-aktar importanti użati għall-produzzjoni ta' HRB. Kien ukoll ikkunsidrat li kif stabbilit fil-premessi (42) u (43), VIZ STAL u l-fornitur tagħha kellhom relazzjoni li marret lil hinn minn sempliċi relazzjoni ta' xiri u bejgħ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ispejjeż assoċjati mal-prezz ta' xiri ta' HRB ma kienux riflessi b'mod raġonevoli fil-kontijiet ta' VIZ STAL fis-sens ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk kellu jiġi aġġustat.

(45)

Sussegwentement għall-iżvelar, VIZ STAL sostniet li kienet kompletament indipendenti mill-fornitur tagħha ta' HRB u li ż-żewġ partijiet kienu fil-fatt ħielsa li jagħżlu s-sieħeb tan-negozju tagħhom fir-rigward tal-HRB. Madankollu, din l-istqarrija kienet tikkontradixxi l-informazzjoni provduta waqt l-investigazzjoni u għalhekk ma ntlaqgħatx. VIZ STAL argumentaw ukoll li arranġamenti kontrattwali simili kienu komuni f'din ix-xorta ta' ndustrija. L-argument ma kien sostnut b'ebda prova u ma setax jiġi kkonfermat bir-riżultati ta' l-investigazzjoni preżenti. F'kwalunkwe kas, l-eżistenza ta' tali arranġamenti kienet ikkunsidrata li hi rrelevanti f'dan il-kuntest. Barra minn hekk, tali arranġamenti u l-impatt tagħhom fuq l-ispejjeż u l-prezzijiet relatati mal-prodott ikkonċernat ikunu jridu jiġu eżaminati każ b'każ.

(46)

VIZ STAL oġġezzjonat għall-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet ta' xiri ta' HRB ma segwewx varjazzjonijiet tipiċi fis-suq, billi sostnew li l-prodott mixtri kien ta' kwalità speċifika u suġġett għal kondizzjonijiet fis-suq partikolari meta mqabbla ma' tipi oħra ta' HRB. Kien ukoll sostnut li l-iżvilupp tal-prezz tal-HRB użat għall-produzzjoni ta' GOES fil-Komunità jkun juri disinn simili fir-Russja. VIZ STAL kompliet sostniet li paragun tal-prezzijiet tal-HRB mal-prezzijiet ta' l-enerġija, b'mod partikolari gass naturali, ma jkunx xieraq għaliex il-materja prima prinċipali użata mill-fornitur ta' VIZ STAL tkun il-faħam. Fuq bażi ġenerali, VIZ STAL ikkontestat kwalunkwe konnessjoni bejn l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta' l-enerġija u l-prezzijiet ta' prodotti ta' l-azzar.

(47)

L-informazzjoni provduta dwar id-differenzi fil-kwalità u l-kondizzjonijiet fis-suq bejn tipi diversi ta' HRB ma ġiet la ppreżentata fit-tweġiba għall-kwestjonarju, u l-anqas waqt il-verifika fuq il-post, għalkemm deskrizzjoni dettaljata tal-prodott dwar it-tip HRB mixtri matul l-IP kienet speċifikament mitluba qabel il-verifika fuq il-post. L-informazzjoni sottomessa minn VIZ STAL wara l-verifika fuq il-post, jiġifieri l-biċċa l-kbira barra mit-terminu ta' żmien stabbilit fl-avviż ta' bidu, ma setax jiġi aktar verifikat u b'hekk kellu jiġi rifjutat. Fi kwalunkwe każ, hu notat li l-prezzijiet tal-HRB fil-Komunità kienu suġġetti għal varjazzjonijiet sinifikanti matul l-IP u li kien hemm ukoll varjazzjonijiet fil-prezzijiet sinifikanti ta' tipi oħra ta' HRB fis-suq dinji. Dawn l-iżviluppi ndikaw li l-prezz fiss għall-HRB fis-suq domestiku Russu ma segwiex varjazzjonijiet tipiċi tas-suq, iżda kien influwenzat mir-relazzjoni bejn VIZ STAL u l-fornitur tagħha.

(48)

Fir-rigward tal-prezzijiet ta' l-enerġija, għandu jiġi nnotat li l-fornitur ta' VIZ STAL ma ssottomettiex tweġiba għall-kwestjonarju u b'hekk ma ġiex investigat waqt l-investigazzjoni. VIZ STAL lanqas provdiet xi evidenza bħala sostenn għat-talba tagħha. Għalhekk, l-investigazzjoni kurrenti ma setgħetx tikkonferma li l-fornitur ta' VIZ STAL tassew uża l-faħam bħala input prinċipali għall-produzzjoni tal-HRB. Bl-istess mod, VIZ STAL ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet ta' l-enerġija u l-azzar ma jkunux konnessi ma' xulxin. Għalhekk, jista' jkun raġonevolment mistenni li varjazzjonijiet fil-prezzijiet ta' l-enerġija għandhom, f'kondizzjonijiet normali fi suq ħieles, ikollhom impatt fuq il-prezzijiet tal-HRB.

(49)

B'kont meħud ta' li ntqal hawn fuq, il-prezzijiet rapportati tal-HRB ma ġewx ikkunsidrati li huma ta' min jorbot fuqhom. Għalhekk l-ispejjeż tal-HRB kellhom jiġu aġġustati. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi prezzijiet tal-HRB fir-rigward ta' dan l-applikant fuq il-bażi ta' l-ispejjeż ta' produtturi jew esportaturi oħra fl-istess pajjiż jew, meta ma kienx hemm tali nformazzjoni jew ma setgħetx tintuża, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli oħra. Kif imsemmi fil-premessi (24) sa (31), l-ispejjeż, inklużi spejjeż ta' HRB tal-produttur magħruf l-ieħor tal-HRB fir-Russja ma setgħux jiġu ddeterminati. Ladarba l-ebda produttur ieħor tal-prodott ikkonċernat jew kwalunkwe produtturi tal-HRB fir-Russja ma kienu magħrufa lill-Kummissjoni, l-ispejjeż tal-HRB fir-rigward ta' VIZ STAL kellhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' kull informazzjoni oħra raġonevoli. Fl-assenza ta' kwalunkwe nformazzjoni oħra ta' min jorbot fuqha aktar, l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-applikant setgħu biss jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-HRB fil-Komunità.

(50)

Sussegwenti għall-iżvelar, VIZ STAL komplew sostnew li l-prezzijiet tal-HRB fil-Komunità għandhom jiġu aġġustati għal differenzi f'karatteristiċi fiżiċi, proċess tal-produzzjoni, spejjeż ta' trasport u kondizzjjonijiet ta' bejgħ.

(51)

Safejn huma kkonċernati d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kien ittieħed kont tagħhom billi ġew esklużi tipi ta' HRB ta' kwalità għolja li mhux prodotti fir-Russja meta kien qed jiġi stabbilit il-prezz medju tal-HRB fil-Komunità. L-ebda aġġustament ieħor ma kien għalhekk iġġustifikat.

(52)

Fir-rigward tal-proċessi ta' produzzjoni differenti wżati fir-Russja u fil-Komunità, VIZ STAL argumentat li t-teknoloġija użata fil-Komunità kienet teħtieġ input ta' enerġija ogħla, tiġġenera aktar ħela u tipproduċi aktar. Madankollu, għalkemm il-proċess ta' produzzjoni l-aktar użat fil-Komunità kien jeħtieġ tabilħaqq input ta' enerġija ogħla, instab li kien jiġġenera rati ta' ħela aktar baxxi. Għalhekk, l-effiċjenza ġenerali tal-proċessi differenti kienet ikkunsidrata li hi ugwali u kienet titlob spejjeż ta' produzzjoni simili. Konsegwentement, ma kien iġġustifikat l-ebda aġġustament.

(53)

F'dak li għandu x'jaqsam mad-differenzi fil-kondizzjonijiet ta' bejgħ, VIZ STAL argumentat li l-prezzijiet fil-Komunità jkunu f'livell “monopolistiku”, waqt li ma spjegatx sa liema punt dan kellu effett fuq il-prezzijiet jew il-paragun tal-prezzijiet. Barra minn hekk ġie wkoll stabbilit li l-kondizzjonijiet ta' bejgħ kienu simili fiż-żewġt iswieq, jiġifieri kien hemm biss produttur wieħed tal-HRB li kien qed ibigħ il-prodott fiż-żewġ swieq domestiċi. Fir-Russja, madankollu, il-prezzijiet kienu barra minn hekk influwenzati mir-relazzjoni bejn il-produttur esportatur ikkonċernat u l-fornitur tagħha. Konsegwentement, ma kien iġġustifikat l-ebda aġġustament.

(54)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż ta' trasport għal xiri ta' HRB, l-ebda aġġustament ma' kien iġġustifikat għaliex il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità kienu kkalkolati fuq bażi ex-works, jiġifieri mingħajr l-ispejjeż tat-trasport.

(55)

Sussegwenti għall-iżvelar, l-industrija tal-Komunità sostniet li l-prezzijiet ta' l-enerġija (b'mod partikolari tal-gass) fis-suq domestiku Russu ma jkunux ir-riżultat ta' l-azzjoni reċiproka tal-forzi ta' suq ħieles, li tagħhom irid jittieħed kont meta jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' VIZ STAL. F'dan il-kuntest, hu notat li l-Kummissjoni provdiet lill-industrija tal-Komunità l-possibiltà li tissottometti kummenti dwar l-għotja ta' MES liż-żewġ produtturi esportaturi Russi. L-industrija tal-Komunità ma ġibditx l-attenzjoni għall-bżonn ta', b'mod partikolari, eżami ta' l-effetti tal-prezzijiet tal-gass Russi meta sussegwentement jiġi ddeterminat il-valur normali (ara premessa (23)). Waqt li l-prezzijiet tal-gass fir-Russja jistgħu ma jkunux uniformi f'kull reġjun u għall-klijenti kollha, ma kienx possibbli f'dan l-istadju hekk tard tal-proċedura li tiġi nvestigata l-kwistjoni tal-prezzijiet ta' enerġija f'aktar dettall. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni kixfet li l-input dirett ta' enerġija ta' VIZ STAL għall-produzzjoni ta' GOES ma kienx sinifikanti u għalhekk kellu biss impatt minuri fuq l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħha. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-fornitur tagħha ta' HRB, u kif imsemmi fil-premessa (48), din il-kumpannija ma kienitx ġiet investigata direttament fir-reviżjoni interim preżenti u l-ebda konklużjonijiet ma saru fir-rigward tal-kredibilità ta' l-ispejjeż ta' l-input prinċipali tal-fornitur. F'kull każ, ladarba l-prezzijiet bejn VIZ STAL u l-fornitur tagħha nstabu li mhux ta' min wieħed jorbot fuqhom u nbidlu ma' prezzijiet mitluba fis-suq tal-Komunità, kull distorzjoni possibbli ta' prezzijiet dwar l-input ta' enerġija kien diġà eliminat.

(56)

Sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż kolllha ta' produzzjoni tal-GOES, l-infiq tal-bejgħ, ġenerali u amministrattiv (“SG&A”) kellu jiġi ddeterminat. VIZ STAL sostniet li ċerti spejjeż li saru qabel l-IP, iżda mdaħħlin waqt l-IP għandhom ikunu kkunsidrati bħala sempliċi spejjeż ta' accounting u mnaqqsin mill-SG&A. Madankollu, l-ebda prova ma ġiet provduta fir-rigward ta' jekk tali spejjeż saru de facto qabel l-IP. Tabilħaqq, l-ispejjeż in konsiderazzjoni kienu ferm aktar meta mqabbla mas-snin ta' qabel, u b'hekk l-spiża attwali ta' dawn l-ispejjeż matul l-IP ma tistax tiġi eskluża.

(57)

Barra minn hekk, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, spejjeż finanzjarji kellhom jiżdiedu mal-SG&A rrappurtat. F'dan il-kuntest, instab li parti relatata tat lil VIZ STAL self mingħajr interessi fuq bażi tad-Dollaru Amerikan. Ladarba SG&A għalhekk ma rreflettietx kompletament l-ispejjeż kollha assoċjati mal-produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat, l-ammont ta' spejjeż finanzjarji f'kondizzjonijiet ta' suq normali ġie miżjud. F'dan ir-rigward, ir-rata ta' interessi għal self simili f'kondizzjonijiet ta' suq matul l-IP kienet applikata għas-self meħud. Fin-nuqqas ta' metodu aktar xieraq, l-ammont totali għal spejjeż dwar interessi ġie allokat għall-prodott ikkonċernat fuq bażi tal-valur tal-bejgħ skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(58)

VIZ STAL oġġezzjonat għall-aġġustament magħmul lill-SG&A fir-rigward ta' spejjeż ta' finanzjament. VIZ STAL argumentat li l-parti li qed tipprovdi s-self in kwestjoni kienet azzjonista ta' maġġoranza ta' VIZ STAL u setgħet ukoll għażlet li minflok żżid il-kapital ta' l-ishma, fejn ma kien ikun hemm l-ebda spejjeż finanzjarji. Minflok, VIZ STAL sostniet li saru rimborżi matul l-IP u li r-rata ta' interessi applikata għandha tkundik li tista' tinkiseb fis-suq domestiku ta' dak li pprovda is-self. Finalment, VIZ STAL sostniet li parti mill-ispejjeż ta' l-interessi (ir-rata nominali ta' nteressi) diġà kienet inkluża fil-SG&A u ma għandiex tingħadd darbtejn. L-ammont ta' l-ispejjeż finanzjarji addizzjonali għandhom għalhekk jitnaqqsu b'dan il-mod.

(59)

L-ewwel talba kellha tiġi miċħuda għaliex l-ispejjeż għandhom jirreflettu l-ispejjeż kollha assoċjati mal-produzzjoni u bejgħ tal-prodott ikkonċernat, li ma kienx il-każ kif spjegat hawn fuq fil-premessa (57). F'kondizzjonijiet ta' suq normali VIZ STAL kien ikollha tfittex iffinanzjar fis-suq miftuħ u kienet tkun soġġetta għal spejjeż finanzjarji addizzjonali li għandhom ikunu riflessi fl-ispejjeż tagħha. Hu wkoll innotat li self u azzjonijiet mhumiex sempliċi sostituti għax għandhom kosegwenzi għal kollox differenti. B'hekk, waqt li xi self jitħallas lura, dan ma jkunx il-każ fir-rigward tal-kapital ta' ishma.

(60)

Kien ukoll ikkunsidrat li r-rata ta' nteress l-aktar xierqa tkun dik fis-suq domestiku ta' dak li jissellef, għalhiex tali rata tkun tirrefletti bl-aktar mod xieraq l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku Russu, li għalih hu stabbilit valur normali. Fi kwalunkwe każ, VIZ STAL ma ssottomettiet l-ebda prova ta' sostenn fir-rigward ta' l-allegata rata ta' interessi applikabbli fis-suq domestiku ta' min ipprovda s-self. VIZ STAL issottomettiet xi nformazzjoni addizzjonali sussegwenti għall-iżvelar dwar ir-radd lura ta' kapital għan-negozju li ma setgħetx tiġi aktar ivverifikat minħabba l-istadju avvanzat wisq tal-proċediment u għalhekk ma ttieħditx kont tagħha. Barra minn hekk, l-ebda prova ma tresqet li parti ta' l-ispejjeż ta' l-interessi kienu se jkunu diġà nklużi fil-SG&A jew li l-interessi fil-fatt tħallsu minn VIZ STAL. Għalhekk din it-talba kellha tiġi miċħuda.

(61)

L-industrija tal-Komunità sostniet li distorsjonijiet fir-rigward ta' l-evalwazzjoni u d-deprezzament ta' assi għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-SG&A. Kien ukoll sostnut li l-ispejjeż tal-SG&A jkunu ogħla b'mod sinifikattiv milli fil-Komunità minħabba, partikolarment, aktar spejjeż ta' wara il-bejgħ, spejjeż għal R&D ogħla u aktar spejjeż għal mezzi ta' komunikazzjoni u sistemi ta' IT indispensabbli.

(62)

L-industrija tal-Komunità ma ssottomettiet l-ebda prova ta' sostenn fir-rigward tat-talbiet ta' hawn fuq. Dawn it-talbiet barra minn hekk saru fi stadju tard ħafna tal-proċediment u ma setgħux, b'hekk, jiġu nvestigati f'kull dettall. Għalhekk it-talbiet ta' hawn fuq kellhom jiġu miċħuda.

(63)

Barra minn hekk, kien eżaminat jekk setax jiġi stabbilit valur normali fuq il-bażi ta' prezzijiet domestiċi ta' produtturi oħra skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Ladarba għall-applikant l-ieħor, NLMK, ma kien hemm ebda informazzjoni ta' min jorbot fuqha dwar il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat (kif spjegat fil-premessi (24) u (31) hawn fuq) u minħabba li ma kien hemm l-ebda bejjiegħ jew produttur ieħor in kooperazzjoni fis-suq domestiku Russu ħlief l-applikanti, ma kien hemm ebda informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku ta' produttur ieħor.

(64)

Għalhekk, fil-każijiet kollha fejn intuża l-valur normali mibni, il-valur normali kien mibni billi nżdied ma' l-ispejjeż ta' manufattura tal-mudelli esportati, aġġustati fejn meħtieġ, ammont raġonevoli għall-SG&A u marġinu raġonevoli ta' qligħ skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(65)

Għal dan l-iskop, kien eżaminat jekk l-ispejjeż SG&A magħmula u l-qligħ realizzat mill-applikant fis-suq domestiku, ikkoreġut kif muri hawn fuq, kienux jikkostitwixxu data ta' min jorbot fuqha. Spejjeż SG&A domestiċi attwali kienu kkunsidrati li tista' toqgħod fuqhom ladarba l-volum ta' bejgħ domestiku tal-prodott simili seta' jitqies li hu rappreżentattiv. Madankollu fir-rigward tal-fatt li l-bejgħ domestiku ġenerali tal-prodott ikkonċernat ma sarx fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-sens tar-Regolament bażiku (ara premessa (38)), il-marġinu tal-qligħ domestiku ma setax jiġi ddeterminat skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-ebda informazzjoni dwar l-SG&A u l-marġinu ta' qligħ ta' esportaturi jew produtturi oħra suġġetti għall-investigazzjoni ma kienet disponibbli u ladarba VIZ STAL ma pproduċietx u biegħet prodotti oħra li jaqgħu fl-istess kategorija ġenerali ta' prodotti barra minn GOES, il-marġini ta' qligħ domestiku ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(6)(ċ) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi ta' kwalunkwe metodu ieħor raġonevoli. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra ta' min joqgħod fuqha, il-marġini ta' qligħ fis-suq domestiku ġie stmat li hu 10 % ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni. Minħabba li l-investimenti fir-Russja, li għadhom jiġu kkunsidrati bħala ekonomija ta' suq li għadha qed tiżviluppa bi prospetti ta' żvilupp aktar dinamiku u rati ta' inflazzjoni akbar milli f'ekonomiji aktar żviluppati u sussegwentement bi stennija ta' aktar riżultati fuq kwalunkwe investiment ta' kapital, il-marġini ta' qligħ ta' 10 % kif użat għall-iskopijiet ta' l-investigazzjoni preżenti ġie ikkunsidrat bħala stima konservattiva.

b)   Prezz ta' esportazzjoni

(66)

Il-biċċa l-kbira ta' VIZ STAL kienet tappartjeni lil u kkontrollata minn kumpannija holding/trading relatata fl-Isvizzera. Il-bejgħ kollu ta' l-esportazzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni sar permezz tal-kumpannija Svizzera lil importatur relatat fil-Komunità, li reġa' biegħ il-prodott ikkonċernat lil klijenti ta' l-aħħar fil-Komunità. Għalhekk, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni nbnew fuq il-bażi ta' prezzijiet resale lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(67)

Aġġustamenti saru għall-ispejjeż kollha magħmula bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat fil-Komunità, inkluż l-ispejjeż tal-SG&A, u marġini ta' qligħ raġonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(68)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li kif imsemmi fil-premessa (75), sar aġġustament fil-prezz ta' esportazzjoni għall-ispejjeż ta' kreditu (jiġifieri l-ispejjeż finanzjarji) għal kondizzjonijiet ta' ħlas mogħtija mill-importatur relatat lill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità taħt l-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku kif sostnut minn VIZ STAL fit-tweġiba għall-kwestjonarju tagħha. Min-naħa l-oħra, meta jinbnew il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, iridu wkoll isiru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha magħmula bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Il-punti li għalihom irid isir aġġustament jinkludu, fost oħrajn, marġini raġonevoli għall-SG&A ta' l-importatur relatat. Madankollu, f'xi każijiet, dawn l-ispejjeż tal-SG&A jistgħu jinkludu spejjeż finanzjarji, li joħorġu mill-kondizzjonijiet ta' pagament hawn fuq imsemmija. Għalhekk, sabiex jkun evitat tnaqqis doppju ta' l-ispejjeż finanzjarji, jiġifieri, (i) l-ispejjeż finanzjarji li joħorġu mill-kondizzjonijiet ta' pagament imsemmija hawn fuq u mnaqqsa taħt l-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku, u (ii) l-ispejjeż finanzjarji li huma parti mill-SG&A tal-importatur relatat, l-importatur relatat ingħata opportunità sabiex jissottometti prova li tikkonferma li parti mill-ispejjeż finanzjarji tiegħu saru sabiex jiġu ffinanzjati l-kondizzjonijiet ta' pagament mogħtija lill-klijenti ndipendenti tiegħu fil-Komunità. L-importatur relatat, madankollu, ma ssottometta ebda prova sostnuta li dan kien il-każ u għalhekk l-ispejjeż kollha tal-SG&A ta' l-importatur relatat iridu jitnaqqsu mill-prezz ta' l-esportazzjoni mibni bi qbil ma' l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(69)

Sussegwenti għall-iżvelar, VIZ STAL sostniet li parti mill-ispejjeż finanzjarji li saru u mnaqqsa mill-prezz ta' l-esportazzjoni taħt l-Artikolu 2(10)(g) tar-Regolament bażiku kienu nklużi fil-SG&A ta' l-importatur relatat u li l-kalkolu tal-prezz ta' l-esportazzjoni mibni għandu għalhekk jiġi rivedut sabiex jiġi evitat tnaqqis doppju ta' dawn l-ispejjeż. Hu nnotat li din it-talba saret għall-ewwel darba wara l-istqarrija u li anki f'dan l-istadju ma ġiet pprovduta l-ebda prova li setgħet issostni l-fehma ta' VIZ STAL. Barra minn hekk, il-verifika fil-proprjetà ta' l-importatur relatat ma setgħetx tikkonferma li l-ispejjeż ta' kreditu mogħtija minn VIZ STAL lill-kljent indipendenti fil-Komunità kienu tassew soffruti mill-importatur relatat u b'hekk inklużi fil-SG&A tagħha. B'riżultat ta' dan, din it-talba kellha tiġi miċħuda.

(70)

Sa fejn għandu x'jaqsam l-importatur fil-Komunità, l-investigazzjoni żvelat li l-ispejjeż fir-rigward ta' ħlas ta' dejn u spejjeż ta' deprezzament magħmula mill-importatur relatat ma ġewx irrappurtati. Dawn l-ispejjeż ġew għalhekk b'dan il-mod magħduda ma' l-ispejjeż totali tal-SG&A. Il-SG&A ġew imbagħad imnaqqsa mill-prezz resale lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni rrifjutat il-metodoloġija applikata minn VIZ STAL sabiex ikunu kkalkolati l-proporzjonijiet użati sabiex jiġu allokati l-ispejjeż totali tal-SG&A lill-prodott ikkonċernat fuq naħa waħda, u lil “prodotti oħra” fuq l-oħra. VIZ STAL argumentat li l-importatur relatat tagħha aġixxa bħala aġent fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' ċerti prodotti oħra, fuq bażi ta' kummissjoni. L-introjtu ta' l-importatur relatat fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet kien jikkonsisti biss mill-kummissjonijiet li rċieva għal ’prodotti oħra’. Għalhekk, il-produttur esportatur argumenta li, sabiex jiġu kkalkulati l-proporzjonijiet ta' allokazzjoni fuq bażi ta' valur tal-bejgħ, valur tal-bejgħ ipotetiku ogħla għandu jintuża għal bejgħ ta' “prodotti oħra” minflok id-dħul attwali aktar baxx irreġistrat fil-kontijiet ta' l-importatur relatat. Kien argumentat li l-valur tal-bejgħ ipotetiku għandu jikkorrispondi mal-prezz ta' bejgħ ta' dawn il-“prodotti oħra” fil-Komunità. Bħala riżultat, l-ispejjeż allokati tal-SG&A jiżdiedu għal “prodotti oħra”, waqt li jonqsu għall-prodott ikkonċernat. VIZ STAL sostniet li din il-metodoloġija tkun tirrifletti b'mod aktar xieraq l-ispejjeż ta' amministrazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma operazzjonijiet dwar il-prodott ikkonċernat fuq naħa waħda u “prodotti oħra” fuq l-oħra.

(71)

Madankollu, instab li l-importatur relatat wettaq il-funzjonijiet ta' aġent fir-rigward ta' “prodotti oħra”. Il-funzjonijiet ta' aġent jinvolvu, fin-natura tagħhom, piż amministrattiv iktar baxx meta mqabbla mal-funzjonijiet imwettqa minn importatur. B'hekk, importatur jixtri u jerġa' jbiegħ il-prodotti taħt ismu stess, li jinvolvi mhux biss piż amministrattiv ogħla, iżda wkoll riskju ogħla. Barra minn hekk, importatur ikollu tipikament ifittex il-kapital sabiex jixtri l-merkanzija. Dawn il-fatturi għandhom normalment jiġu wkoll riflessi fl-ispejjeż differenti ta' l-SG&A bejn importatur u aġent. Din id-differenza, madankollu, ma ġietx riflessa fil-metodu ta' allokazzjoni użat minn VIZ STAL, li wassal għal riżultati mhux raġonevoli.

(72)

Meta ġie kkunsidrat ta' hawn fuq, kien għalhekk konkluż li l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż ta' SG&A fuq il-bażi ta' valur tal-bejgħ attwali tkun il-metodu l-aktar xieraq sabiex jiġi kkalkolat l-SG&A għall-prodotti differenti nvoluti.

(73)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe nformazzjoni oħra ta' min joqgħod fuqha, il-marġini ta' qligħ raġonevoli ġie stmat li hu 5 %. Dan kien ikkunsidrat li hu xieraq għal din ix-xorta ta' negozju. L-istess marġini ta' qligħ kien użat ukoll fl-investigazzjoni preċedenti, jiġifieri r-reviżjoni konnessa ma' tmiem msemmija fil-premessa (2).

ċ)   Paragun

(74)

Sabiex jkun jista' jsir paragun ġust bejn valur normali u prezz ta' esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq, ittieħed kont tad-differenzi fil-fatturi, li nstabu li kienu jolqtu l-prezzijiet u l-paragun ta' prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(75)

Aġġustamenti fil-prezz ta' esportazzjoni ġew irrappurtati minn VIZ STAL għal trasport intern u spejjeż ta' merkanzija, dazju fuq merkanzija, spejjeż ta' assigurazzjoni, spejjeż mixxellanji, spejjeż ta' kreditu, spejjeż tal-bank, spejjeż ta' importazzjoni u oħrajn, ħlas ta' bolli u spejjeż ta' slitting u ġew ikkonċeduti għax instab li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti b'evidenza vverifikata.

d)   Marġini tad-dumping

(76)

Safejn għandu x'jaqsam VIZ STAL, il-medja peżata tal-valur normali bit-tip tal-prodott kienet paragunata mal-medja peżata tal-prezz ta' esportazzjoni ta' dak it-tip skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

(77)

Il-paragun wera l-eżistenza ta' dumping. Il-marġini ta' dumping espress bħala perċentwali tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, hu:

VIZ STAL, Yekaterinburg:

14,7%.

4.2.   In-natura dejjiema taċ-ċirkostanzi mibdulin

(78)

Fir-rigward ta' VIZ STAL, kien ukoll eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi mibdulin ta' l-investigazzjoni oriġinali setgħux jiġu kkunsidrati raġonevolment li huma ta' natura dejjiema. F'dan ir-rigward, l-iżvilupp possibbli tal-valur normali kif ukoll il-prezz ta' esportazzjoni tal-kumpannija kien analizzat. Konsiderazzjoni ngħatat lil-livelli tal-prezzijiet tagħha tal-GOES fis-suq domestiku u ta' esportazzjoni, l-ispejjeż ta' produzzjoni tagħha tal-GOES, kapaċità ta' produzzjoni u użu, kif ukoll il-volum ta' esportazzjoni tagħha lill-Komunità.

(79)

Għall-ewwel kien ikkunsidrat li matul l-investigazzjoni oriġinali l-applikant ma operax taħt kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (22), matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni interim kurrenti l-applikant seta' jipprovdi xhieda li kien issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, jiġifieri ngħata l-MES. Bħala konsegwenza, il-valur normali ta' dan l-applikant kien iddeterminat fuq il-bażi tad-data verifikata sottomessa minn din il-kumpannija, minflok l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi minn pajjiż analogu.

(80)

Il-valur normali għal VIZ STAL kien ibbażat sew fuq il-prezzijiet ta' bejgħ domestiku kif ukoll fuq il-valur normali mibni. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet ta' bejgħ tal-GOES, seta' jiġi stabbilit li matul il-perjodu ta' nvestigazzjoni dawn kienu relattivament stabbli. Dan kien minħabba domanda domestika stabbli u konsum li mhux mistenni jinbidel b'mod sinifikanti fil-futur qrib, kif ukoll għan-numru limitat ta' produtturi u utenti. Għalhekk, hu mistenni li l-prezzijiet ta' bejgħ domestiku tal-GOES mhux ser ivarjaw b'mod sinifikanti fil-futur.

(81)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni, ta' min jiftakar li l-ispejjeż kellhom jiġu aġġustati minħabba l-prezzijiet ta' input mhux ta' min joqgħod fuqhom (HRB) (ara premessi (41) sa (49)). VIZ STAL sostniet li n-natura tar-relazzjoni mal-fornitur tagħha nbidlet wara l-perjodu ta' nvestigazzjoni, jiġifieri VIZ STAL tippjana biex tikseb HRB aktar u aktar minn fornituri oħra, inklużi fornituri fil-Komunità. Kien ikkunsidrat jekk dan il-fatt setax ikollu mpatt fuq l-ispejjeż ta' input ta' VIZ STAL u bħala konsegwenza fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni. Madankollu, instab li kwalunkwe żieda possibbli fil-prezzijiet ta' HRB x'aktarx ma jkollux effett fuq il-valur normali stabbilit f'din l-investigazzjoni. Dan minħabba l-fatt li l-valur normali kien iddeterminat fuq il-bażi ta' spejjeż aġġustati tal-manufattura, mingħajr ma jittieħed kont li-prezz ta' input mhux ta' min toqgħod fuqu. Kull żieda reali fil-prezzijiet ta' xiri ta' HRB sal-valur tas-suq huwa għalhekk diġà nkluż fil-valur normali użat għall-iskop li jiġi ddeterminat il-marġini ta' dumping. Konsegwentement, hu raġonevoli li wieħed jassumi li l-valur normali ta' dan l-applikant mhux ser jinbidel b'mod sinifikanti fil-futur qrib.

(82)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-iżvilupp possibbli tal-prezzijiet ta' esportazzjoni minn VIZ STAL bħala konsegwenza ta' l-applikazzjoni ta' rata ta' dazju aktar baxxa. F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li fil-passat, il-prezzijiet ta' esportazzjoni ta' din il-kumpannija kienu limitati fil-kwantità minħabba l-impenn fis-seħħ aċċettat matul l-investigazzjoni oriġinali. Kif imsemmi fil-premessa (96), instab li dan it-tip ta' impenn mhuwiex xieraq aktar. Konsegwentement, kien eżaminat jekk rata ta' dazju aktar baxxa mingħajr restrizzjonijiet ta' importazzjoni kwantitattiva tirriżultax f'żieda sinifikanti fl-esportazzjoni ta' GOES mill-applikant lill-Komunità bi prezzijiet ta' esportazzjoni aktar baxxi minn dawk użati fl-IP. F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-kapaċità tar-rata ta' użu ta' l-applikant kienet 'l fuq mid-90 % matul il-perjodu ta' nvestigazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda nvestiment mhux mistenni sabiex iżżid il-kapaċità ta' l-applikant. Għalhekk, wieħed seta' raġonevolment jassumi li l-volum ta' produzzjoni kien jibqa' stabbli u ma jiżdix b'mod sinifikanti fil-futur qrib. Barra minn hekk, ma nstabet l-ebda raġuni għaliex l-applikant għandu jmexxi aktar mill-produzzjoni kurrenti tiegħu lejn is-suq tal-Komunità. Għalhekk kien konkluż li l-volum ta' esportazzjoni ta' GOES minn din il-kumpannija lill-Komunità ma kienx se jinbidel b'mod sinifikanti.

(83)

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet ta' esportazzjoni, hu mfakkar li l-impenn fis-seħħ kien prinċipalment ta' karattru kwantitattiv li ppermetta lill-applikant sabiex jistabbilixxi l-prezzijiet ta' esportazzjoni tiegħu relattivament bil-libertà fi volum ta' esportazzjoni ddeterminat. Tabilħaqq, il-kofirmatarji ta' l-impenn in kwistjoni kienu kkunsidrati li segwew “il-livelli ta' prezzijiet f'użu fis-suq tal-Komunità”. Id-dazju ta' anti-dumping definittiv kien applikabbli biss ladarba ntlaħaq il-limitu kwantitattiv. Minkejja s-sejbiet tal-Kummissjoni kif spjegat fil-qosor fil-premessi (94) u (95), il-volum ta' esportazzjoni ta' GOES kbar mir-Russja matul l-IP kien ikkunsidrat li hu fil-limitu massimu kwantitattiv ta' l-impenn. Għalhekk, il-prezz ta' esportazzjoni matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni kurrenti ma' kellux fih id-dazju ta' kontra id-dumping stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali. Konsegwentement, jista' jiġi konkluż li għal din il-kumpannija marġini ta' dumping aktar baxx ma jkollux effett li jbaxxi b'mod sinifikanti l-prezzijiet ta' esportazzjoni kurrenti.

5.   Konklużjonijiet

(84)

Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazji ma għandhomx jeċċedu l-marġini ta' dumping stabbilit iżda għandu jkun anqas mill-marġini jekk dan id-dazju anqas ikun adegwat biex ineħħi d-dannu lill-industrija tal-Komunità. Minħabba l-fatt li r-reviżjonijiet interim preżenti huma limitati għall-eżami ta' l-aspetti tad-dumping, il-livell ta' dazji mposti ma għandhomx ikunu ogħla mil-livelli ta' dannu li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali kif konfermat mir-reviżoni in vista tat-tmiem msemmija fil-premessa (2).

(85)

Kif imsemmi fil-premessa (29) tad-Deċiżjoni Nru. 303/96/KEFA, il-marġini ta' dumping definittiv oriġinali kien ogħla mil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu determinat definittivament u għalhekk id-dazju ta' anti-dumping definittiv kien ibbażat fuq il-marġini ta' dannu iktar baxx, jiġifieri 40,1 %. Ladarba il-marġini ta' dumping li nstab għal VIZ STAL f'din ir-reviżjoni interim hu aktar baxx minn dak il-livell, id-dazju ta' anti-dumping għandu jkun ibbażat fuq dan il-marġini ta' dumping inferjuri, jiġifieri 14,7 %.

(86)

Minn dak intqal hawn fuq isegwi li fir-rigward ta' VIZ STAL u kif provdut bl-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta' anti-dumping impost mid-Deċiżjoni Nru. 303/96/KEFA u kkonfermat mir-Regolament Nru. 151/2003 dwar l-importazzjoni ta' GOES li joriġinaw mir-Russja, għandu jiġi emendat.

(87)

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-NLMK, ir-reviżjoni interim preżenti għandha tintemm u d-dazju ta' anti-dumping definittiv impost mid-Deċiżjoni Nru. 303/96/KEFA u kkonfermat mir-Regolament 151/2003 għandu jinżamm.

(88)

Il-partijiet kollha kkonċernati kienu nfurmati bil-fatti essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' VIZ STAL u sabiex tintemm ir-reviżjoni interim fir-rigward tal-NLMK u ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw. Il-kummenti ntlaqgħu u ġew ikkunsidrati fejn xieraq. Il-partijiet kollha kkonċernati wkoll ingħataw perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għall-iżvelar.

D.   REVIŻJONI INTERIM LIMITATA GĦALL-FORMA TAL-MIŻURI

(89)

Kif iddikjarat fil-premessa (2), ir-reviżjoni interim fir-rigward tal-forma tal-miżura għall-importazzjoni ta' GOES li joriġinaw mir-Russja nbdiet mill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess sabiex teżamina kemm hu adattat u effettiv l-impenn aċċettat bid-Deċiżjoni Nru. 303/96/KEFA. L-investigazzjoni tmexxiet flimkien mar-reviżjoni in vista tat-tmiem konkluża bir-Regolament Nru. 151/2003 u r-reviżjonijiet interm limitati għad-dumping fir-rigward ta' l-applikanti.

(90)

F'dan ir-rigward, hu notat li l-impenn oriġinarjament aċċettat, kien fl-essenza tiegħu, impenn kwantitattiv li skond dan il-kumpanniji taw l-impenn tagħhom sabiex jiżguraw li l-esportazzjonijiet tagħhom lill-Komunità kienu saru fi ħdan limitu ta' volum ġenerali.

(91)

Skond l-Artikolu 8 (1) tar-Regolament bażiku, l-għan ta' impenni hu li jiġi eliminat l-effett dannuż ta' mportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dan jintleħaq bill l-esportatur jgħolli l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjoni b'livell ta' prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. L-investigazzjonijiet urew li t-tip ta' impenni oriġinarjament aċċettati, li sempliċiment illimitaw il-kwantità ta' importazzjonijiet fil-Komunità ma rnexxielhomx jgħollu l-prezzijiet għal-livelli mhux dannużi u b'hekk jerġgħu jġibu kummerċ ġust fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, f'dan il-każ, l-impenni fil-forma preżenti tagħhom ma kienux ikkunsidrati bħala mezzi adattati u effettivi biex jiġi eliminat l-effett dannuż tad-dumping.

(92)

L-impenni oriġinali mhux biss kienu iffirmati mill-applikanti tar-reviżjonijiet interim kurrenti, iżda wkoll minn negozjant Russu li esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' l-investigazzjoni oriġinali u mill-awtoritajiet Russi sabiex ikun garantit monitoraġġ kif suppost ta' l-impenn in kwistjoni. Peress li kien diġà stabbilit matul ir-reviżjoni in vista tat-tmiem imsemmija fil-premessa (2), in-negozjant kofirmatarju, jiġifieri VO “Promsyrioimport” (Moska) waqqaf l-attivitajiet ta' esportazzjoni tiegħu tal-GOES lill-Komunità wara l-impożizzjoni tad-dazji ta' anti-dumping definittivi, qabel Jannar 2000. Dan in-negozjant ma kienx għalhekk ikkunsidrat bħala parti interessata fir-reviżjoni in vista tat-tmiem li wasslet għaż-żamma tad-dazji ta' anti-dumping definittivi f' Jannar 2003. In-negozjant imsemmi lanqas ma ġie u afferma l-interess tiegħu biex jerġa' jesporta l-GOES lill-Komunità jew staqsa li jiġi ttrattat bħala parti interessata potenzjali fil-proċediment ta' anti-dumping li kien għaddej.

(93)

Barra minn hekk, kien ikkunsidrat li minħabba ċ-ċirkostanzi li kienu nbidlu fir-Russja, sadanittant rikonoxxuta kompletament bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq, kwalunkwe garanzija ta' l-awtoritjiet Russi fir-rigward ta' monitoraġġ korrett ta' l-impenni offruti minn produtturi esportaturi Russi fil-kwadru ta' investigazzjoni ta' anti-dumping la għadha neċessarja u lanqas kompatibbli ma' dan l-istatus ġdid.

(94)

Finalment, kif imsemmi fl-avviż li ta bidu għar-reviżjoni interim limitata għall-forma tal-miżuri, kien hemm problemi ta' infurzar fir-rigward tal-monitoraġġ ta' l-impenn, b'konsegwenzi għall-effett ta' rimedju tal-miżuri. Dan kien ikkonfermat mill-investigazzjoni kurrenti. B'hekk, instab li l-istruttura ta' bejgħ taż-żewġ produtturi esportaturi, kif ukoll il-kanali tal-bejgħ użati ma ħallihomx jidentifikaw id-destinazzjoni finali tal-prodott ikkonċernat. Bħala konsegwenza, ma setax jiġi stabbilit jekk il-prodotti reġgħu tassew ġew esportati jew rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità (ara wkoll il-premessa (95)). Għalhekk, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat jekk ir-rapporti provduti mill-produtturi esportaturi kkonċernati, kif rikjest mill-impenn, kienux kompleti u korretti.

(95)

F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li minn meta kien aċċettat l-impenn żewġ tipi differenti ta' liċenzji għall-esportazzjoni ġew introdotti, jiġifieri liċenzji tat-tip A (esportazzjonijiet destinati għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità) u liċenzji tat-tip B (esportazzjonijiet destinati għall-importazzjoni fil-Komunità taħt reġimi ta' dazju oħrajn). Waqt li għal merkanzija esportata taħt liċenzja tat-tip A limitu ta' kwota annwali kellu jiġi rispettat, merkanzija esportata taħt il-liċenzja B ma kienitx suġġetta għal limiti kwantitattivi tali. L-importaturi relatati, peress li ma setgħux jidentifikaw id-destinazzjoni finali tal-prodotti mportati, ma setgħux jipprovdu evidenza konklużiva dwar ri-esportazzjoni sussegwenti tal-merkanzija li tkun ħalliet ir-Russja b'liċenzja ta' esportazzjoni B. Barra minn hekk, instab permezz ta' kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti tad-dwana li numru ta' dawn l-importazzjonijiet ġew iddikjarati għal ċirkolazzjoni libera, u b'hekk tkun ipperikolata l-effettività ta' l-impenn. Nstab li l-proċeduri wżati mill-kumpanniji kienu nsuffiċjenti sabiex japplikaw korrettement il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-impenn. B'hekk, ir-riskju ta' evażjoni mill-impenn ma tistax tkun eskluża.

(96)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impenn fil-forma kurrenti tiegħu ma kienx aktar adattat, b'mod partikolari f'dak li kellu x'jaqsam mal-monitoraġġ effettiv ta' l-impenn. L-applikanti, kif ukoll il-bqija tal-kofirmatarji ta' l-impenn, jiġifieri VO “Promsyrioimport” (Moska) u l-awtoritajiet Russi ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(97)

Applikant minnhom, NLMK, oġġezzjona għar-riżultati tal-Kummissjoni fir-rigward ta' kemm hu adattat l-impenn. Dan l-applikant sostna, b'mod partikolari, li (i) is-sistema ta' liċenzji eżistenti teskludi kwalunkwe evażjoni possibbli; (ii) l-importazzjonijiet fil-limitu stabbilit fl-impenn huma taħt il-livell de minimis ta' dannu u għalhekk jiżguraw l-eliminazzjoni ta' effetti dannużi ta' dumping; u (iii) il-bidla fin-numru ta' partijiet kofirmatarji ma tkunx raġuni suffiċjenti sabiex l-aċċettazzjoni ta' l-impenn tiġi rtirata.

(98)

L-argumenti mressqa fir-rigward ta' l-infurzar ta' l-impenn kurrenti kkontradixxu r-riżultati tal-Kummissjoni (ara premessi (94) u (95)) u ma kienu sostnuti b'ebda prova. Il-konklużjoni li hemm riskju ta' xi evażjoni mill-impenn lanqas ma tista' tkun eskluża. B'riżultat ta' dan li l-impenn kurrenti ma jiggarantix suffiċjentement li l-effett dannuż ta' dumping tassew jiġi eliminat u konsegwentement mhux ikkunsidrat li hu adattat. Il-bidla fin-numru tal-partijiet kofirmatarji ma għandiex tiġi enfasizzata, iżda trid tiġi kkunsidrata fil-kuntest taċ-ċirkostanzi ġenerali li nbidlu b'mod sinifikanti fir-Russja minn meta ġie aċċettat l-impenn. Dawn it-talbiet għalhekk kellhom jiġu rrifjutati.

(99)

Finalment, dan l-applikant sostna wkoll li r-reviżjoni interim preżenti limitata għall-forma tal-miżuri għandha tiġi konkluża flimkien ma' reviżjonijiet interim oħrajn li eventwalment jinbdew b'kosegwenza tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Għandu jiġi nnutat li r-reviżjoni interim parzjali tal-miżuri dwar l-importazzjoni ta' GOES mir-Russja li nbdiet fl-20 ta' Marzu 2004 (12)se tassessja, fid-dawl ta' l-interess tal-Komunità, jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu adattati l-miżuri eżistenti sabiex jiġi evitat effett negattiv f'daqqa waħda u eċċessiv bħala riżultat tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fuq partijiet interessati, inklużi l-utenti, id-distributuri u l-konsumaturi. B'dan il-mod, ma hemm l-ebda konnessjoni diretta bejn ir-reviżjoni interim preżenti limitata għall-forma tal-miżuri kurrenti u r-reviżjoni interim parzjali li għaddejja fil-kwadru tat-tkabbir. Dan l-argument ġie għalhekk miċħud.

(100)

Isegwi minn dak ta' hawn fuq li l-impenn fil-forma kurrenti tiegħu ma għadux adattat.

E.   OFFERTI ĠODDA GĦAL IMPENN

(101)

Sussegwenti għall-iżvelar tal-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie konkluż li l-livell tal-marġini ta' anti-dumping għandu jiġi emendat, fejn xieraq, u li l-impenn kwantitattiv fil-forma kurrenti tiegħu ma għadux xieraq, l-NLMK offriet impenn skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(102)

Madankollu, il-livell ta' kooperazzjoni ta' din il-kumpannija tul l-investigazzjoni kollha, u l-eżattezza tad-data pprovduta u kemm wieħed seta' jorbot fuqha ma kienx sodisfaċenti (ara premessa (24)). Għalhekk, hu mprobabbli ħafna li mpenn ta' prezzijiet minn din il-kumpannija jista' jkun ikkontrollat effettivament. Għal din ir-raġuni, l-aċċettazzjoni ta' l-impenn offrut minn NLMK ma kienx ikkunsidrat prattiku fis-sens ta' l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant ġie konkluż li l-impenn offrut sussegwenti għall-iżvelar ma għandux jiġi aċċettat.

(103)

Il-partijiet interessati kienu hekk infurmati u r-raġunijiet għaliex l-impenn offrut ma setax jiġi aċċettat ngħata fid-dettall lill-applikant ikkonċernat. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni ta' miżuri ta' anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjoni ta' pjanċi u strippi, rrumblati bil-kesħa, b'vini orjentati, ta' l-azzar bis-silikon msejjaħ manjetiku ta' wisa' ta' aktar minn 500 mm u li joriġinaw mir-Russja u li jaqgħu fil-kodiċi NM 7225 11 00 (pjanċi ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar) u 7226 11 00 (pjanċi ta' wisa' ta' aktar minn 500 mm iżda anqas minn 600 mm) fir-rigward tal-Novolipetsk Iron & Steel Corporation (“NLMK”) hija b'dan magħluqa.

Artikolu 2

Fir-Regolament tal-Kunsill Nru. (KE) 151/2003, l-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Dazju ta' anti-dumping definittiv hu b'dan impost fuq l-importazzjoni ta' pjanċi u strippi, rrumblati bil-kesħa, b'vini orjentati, ta' l-azzar bis-silikon msejjaħ manjetiku ta' wisa' ta' aktar minn 500 mm li joriġinaw mir-Russja u li jaqgħu fil-kodiċi NM 7225 11 00 (pjanċi ta' wisa' ta' 600 mm jew aktar) u ex 7226 11 00 (kodiċi TARIC 7226 11 00 ) (pjanċi ta' wisa' ta' aktar minn 500 mm iżda anqas minn 600 mm).

2.   Ir-rata tad-dazju ta' anti-dumping definittiv, applikabbli għall-prezz nett, liberu-fil-fruntiera-Komunitarja, qabel id-dazju, għall-prodott manifatturat mill-kumpanniji li ġejjin għandu jkun:

Kumpannija

Rata ta' dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

OOO Viz — Stal, 28, Kirov St., 620028 Yekaterinburg GSP-715

14,7 %

A516

Kull kumpannija oħra

40,1 %

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazju.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-17 ta' Mejju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. COWEN


(1)   ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)   ĠU L 42, ta' l-20.2.1996, p. 7.

(3)   ĠU L 308, tad-29.11.1996, p. 11. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni Nru. 1000/99/KEFA (ĠU L 122, tat-12.5.1999, p. 35.

(4)   ĠU C 53, ta' l-20.2.2001, p. 13.

(5)   ĠU L 149, tas-7.6.2002, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/2002 (ĠU L 192, ta' l-20.7.2002, p. 9).

(6)   ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 7.

(7)   ĠU C 186, tas-6.8.2002, p. 15.

(8)   ĠU C 242, tat-8.10.2002, p. 16.

(9)   ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1.

(10)   ĠU C 111, tat-8.5.2002, p. 5.

(11)   ĠU L 33, tat-8.2.2003, p. 41.

(12)   ĠU C 70, ta' l-20.3.2004, p. 15


Top