Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta
Asiakirja 32004R0820
Commission Regulation (EC) No 820/2004 of 29 April 2004 amending Council Regulation (EC) No 2287/2003 as regards fishing opportunities for blue whiting in certain zones
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 820/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/27003 f'dak li jirrigwardja l-opportunitajiet tas-sajd għall-imsell kaħlani f'ċerti żoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 820/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/27003 f'dak li jirrigwardja l-opportunitajiet tas-sajd għall-imsell kaħlani f'ċerti żoni
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 96—100
(IT, FI) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 99—103
(ES, DE, PT)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 95—99
(EN)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 97—101
(DA)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 102—106
(NL)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 98—102
(FR)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 103—107
(EL)
ĠU L 153, 30.4.2004, s. 94—98
(SV)
Ei enää voimassa, Voimassaolon päättymispäivämäärä: 18/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0492
Official Journal L 153 , 30/04/2004 P. 0098 - 0102
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 820/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/27003 f'dak li jirrigwardja l-opportunitajiet tas-sajd għall-imsell kaħlani f'ċerti żoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/2003 tad-19 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi għall-2004 opportunitajiet għas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti hażniet tal-ħut u gruppi ta' ħażniet tal-ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għal-dgħajjes tal-Komunità, f'ibħra ta' fejn ċerti limitazzjonijiet huma meħtieġa [1], u partikolarmemnt l-Artikolu 5(4) tiegħu. Billi: (1) L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 jistabbilixxi l-possibbiltà ta' żieda fl-opportunitajiet tas-sajd tal-Komunità għall-imsell kaħlani u aringi meta pajjiżi terzi ma jirrispettawx ġestjoni responsabbli ta' dawk il-ħażniet. (2) L-ebda opportunitajiet massimi għas-sajd ta' l-imsell kaħlani għall-2004 ma kienu ġew stabbiliti mill-Gżejjer Faeroe u n-Norveġja. L-Islanda stabbiliet opportunitiet tas-sajd ferm aktar għoljin mill-qabdiet tal-ħażniet storiċi tagħha. Jista għalhekk ikun meqjus li dawk il-pajjiżi terzi ma jkunux jirrispettawx gestjoni responsabbli tal-ħażniet ta' l-imsell kaħlani. Waqt li jkun mistenni ftehim dwar ġestjoni fit-tul tal-ħażniet ta' l-imsell kaħlani mal-Istati kostali ikkonċernati, huwa xieraq għall-Komunità li proviżjonalment iżżid il-kwota tagħha bi 350000 tunnellata fiż-żoni II (ibħra internazzonali), IIa (ibħra tal-Komunità), Il-Baħar Nordiku (ibħra tal-Komunità), V,VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV, CECAF 34.1.1 (ibħra tal-Komunità). (3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akwakultura. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi IB u IC tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 huma emendati bi qbil ma l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jsegwi il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 344, tal-31.12.2003, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 huma emendati kif ġej: 1. Fl-Anness IB: Id-dħul li jikkonċernaw l-ispeċje ta' l-imsell kaħlani fiż-żoni: IIa (ibħra tal-Komunità), il-Baħar Nordiku (ibħra tal-Komunità), V, VI, VII, XII, u XIV, VIIIa, b, d, e, VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1 huma mibdula f'dan li ġej: Speċje | Insell kaħlani Micromesistus poutasson | Żona | IIa (ibħra KE), Baħar Nordiku (ibħra KE) WHB/2AC4-C | Danimarka | 97058 | Ġermanja | 160 | L-Olanda | 294 | L-Isvezja | 313 | Renju Unit | 2141 | KE | 99966 | Norveġja | 40000 | TAC | Mhux relevanti | TAC analitika meta t-tnaqqis ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma applikabbli | Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, mhux aktar mill-kwantitajiet mhurija hawn taħt jistgħu jinġabru fiż-żoni speċifikati: Norveġja | IVa40 000VHB/04A-C | Speċje | Insell kaħlani Micromesistus poutasson | Żona | V, VI, VII, XII u XIV WHB/571214 | Danimarka | 8031 | Ġermanja | 31087 | Spanja | 51812 | Franza | 43263 | Irlanda | 62174 | L-Olanda | 97665 | Portugall | 3886 | Renju Unit | 90671 | KE | 109963 | Norveġja | 120000 | Gżejjer Faroe | 45000 | TAC | Mhux relevanti | TAC analitika meta t-tnaqqis ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma applikabbli | Kondizzjonijiet speċjali: Kwalunkwe parti tal-kwoti msemmija hawn fuq jistgħu ikunu maqbuda fid-diviżjoni ICES Vb (ibħra KE), sub-żoni VI, VII, XII u XIV Speċje | Insell kaħlani Micromesistus poutasson | Żona | VIIIa,b,d,e WHB/8ABDE | Spanja | 19993 | Franza | 15513 | Portugall | 2999 | Renju Unit | 14477 | KE | 52982 | TAC | Mhux relevanti | TAC analitika meta t-tnaqqis ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma applikabbli | Speċje | Insell kaħlani Micromesistus poutasson | Żona | VIIIc, IX, X, CECAF 34.1.1 (ibħra KE) WHB/8AC3411 | Spanja | 87970 | Portugall | 21993 | KE | 109963 (1) | TAC | Mhux relevanti | TAC analitika meta t-tnaqqis ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma applikabbli | 2. Fl-Anness IC: Id-dħul li jikkonċerna l-ispeċi ta' l-imsell kaħlani fiż-żona I, II (ibħra internazzjonali) huma mibdul b'dan li ġej: Speċje | Insell kaħlani Micromesistus poutasson | Żona | I, II (ibħra internazzjonali) | KE | 70000 | TAC | Mhux relevanti | --------------------------------------------------