Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0795

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 795/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

    ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009R1120

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/795/oj

    32004R0795



    Official Journal L 141 , 30/04/2004 P. 0001 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 795/2004

    tal-21 ta' April 2004

    li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [1], u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 40 [2], l-Artikoli 42(4) u (9), 46(3), 52(2), 54(5), 145(c) u (d) u 155 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi skema ta' ħlas waħdiena għall-bdiewa għandhom jiġu preskritti.

    (2) Għal raġuni ta' ċarezza huwa xieraq li jiġu provduti ċerti definizzjonijiet. Fejn xieraq, id-definizzjonijiet li diġà jgħoddu f'sitwazzjonijiet simili u/jew li jkunu ntużaw għa numru ta' snin għandhom jintużaw.

    (3) Sabiex tiġi faċilitata l-kalkolazzjoni tal-valur ta' l-unità tad-drittijiet għall-ħlas, għandhom ikun provduti regoli ċari fuq l-ittundjar il-fuq tal-figuri u għall-possibbiltà li d-drittijiet eżistenti għall-ħlas jinqasmu fil-każ li d-daqs tal-pakkett li jiġi dikjarat jew trasferit mad-dritt ikun jammonta biss għal frazzjoni ta' ettari.

    (4) Għandhom ikunu provduti dispożizzjonijiet speċifiċi għall-istabbiliment tar-riżerva nazzjonali u b'mod partikolari l-kalkolazzjoni tat-tnaqqis ta' l-ammonti ta' referenza jew id-drittijiet għall-ħlas, kif ukoll l-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-każi ta' tgħidjif sħiħ jew parzjali tal-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali msemmija fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    (5) L-Artikolu 42 [3] u [4] tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għal każi mhux obbligatorji ta' allokazzjoni ta' drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu provduti regoli għall-kalkolazzjoni tan-nunru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu allokati b'dak il-mod. Sabiex tkun konċessa ċerta flessibilità lill-Istati Membri li huma f'pożizzjoni aħjar li jevalwaw is-sitwazzjoni ta' kull bidwi li japplika għal dawk il-miżuri, in-numru massimu ta' drittijiet li għandhom jiġu allokati ma għandux ikun għola minn-numru ta' ettari dikjarati u l-valur tagħhom ma għandux ikun għola minn ammont li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru skond kriterji oġġettivi. Skond l-Artikolu 42 [5] tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003,fil-każ ta' żieda fil-valur ta' l-unità tad-drittijiet eżistenti għall-ħlas, il-medja reġjonali għandha tiġi rispetttata. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu dak il-valur reġjonali fil-livell territorjali adattat. Iżda, fl-ebda każ, minħabba n-natura tiegħu ta' l-għajnuna mdgħajjfa mill-produzzjoni, l-ammont għandu jiġi differenzat jew kalkolat fil-funzjoni ta' produzzjonijiet skond is-settur.

    (6) Taħt ċerti kondizzjonijiet il-bdiewa jistgħu jispiċċaw b'aktar drittijiet milli jkollhom art biex jużawhom, per eżempju fil-każ ta' użu komuni ta' żona ta' għalf għaż-żwiemel, minħabba li l-iskadenza taċ-ċens jew il-parteċipazzjoni fil-programm ta' afforestazzjoni jew permezz ta' xiri, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali, il-kwantityajiet ta' referenza ta' ħalib kienu mikrija fil-perjodu ta' referenza flimkien ma' l-art. Għalhekk jidher xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal mekkaniżmu li jiggarantixxi s-sostenn tal-bidwi billi jikkonċentraha fuq l-ettari disponibbli li jibqgħu. Iżda sabiex jiġi evitat l-abbuż minn dak il-mekkaniżmu, għandhom ikunu provduti xi kondizzjonijiet għall-aċċess għal dak il-mekkaniżmu.

    (7) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ir-riżerva nazzjonali għandha tiġi fornuta mill-ġdid permezz ta' drittijiet mhux użati jew, fuq bażi mhux obbligatorju, permezz taż-żamma fuq il-bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas jew fuq bejgħ li jkun seħħ qabel ċerta data. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm data provduta li warajha id-drittijiet mhux użati jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali. Għal raġunijiet amministrattivi għandu jkun provdut ukoll li d-drittijiet għall-ħlas ikunu akkumpanjati min awtorizzazzjoni biex jitkabbru l-frott u l-ħxejjex u l-patata tal-mejda jew drittijiet imwarrba meta jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali għandhom jitilfu l-obbligi li jirriżulta jew l-awtorizzazzjoni. B'żieda, dan huwa wkoll ġustifikat mill-fatt li dak l-obbligu jew l-awtorizzazzjoni jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' referenzi storiċi u malli l-iskema għal ħlas waħdieni tkun titħaddem ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit min għandu jirċievi d-drittijiet imwarrba ta' l-awtorizzazzjonijiet mir-riżerva billi s-sostenn ikun iddgħajjef.

    (8) Fil-każ ta' l-applikazzjoni taż-żamma fuq bejgħ ta' drittijiet ta' ħlas, il-perċentwali massimi u l-kriterji ta' applikazzjoni għandhomjiġu stabbiliti u differenzati waqt li jingħata kont tat-tip ta' trasferimenti u d-drittijiet ta' ħlas li għandhom jiġu trasferiti. Jekk ikunu jeżistu riskji spekulattivi fl-ewwel snin ta' applikazzjoni ta' l-iskema waħdiena ta' ħlas, l-Istat Membri jista' jkollu l-permess li jżid il-perċentwali ta' żamma għal bejgħ mingħajr art. L-applikazzjoni ta' dik iż-żamma ma għandha fl-ebda każ tirriżulta f'ostakoli sostanzjali jew projbizzjoni ta' trasferiment ta' drittijiet ta' ħlas.

    (9) Sabiex tiġi faċilitata l-amministrazzjoni tar-riżerva nazzjonali, huwa xieraq li jkun hemm proveddiment dwar l-immaniġġar tar-riżerva nazzjonali f'livell reġjonali ħlief fil-każi msemmija fl-Artikolu 42 [6] tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fejn japplika, u fl-Artikolu 42 [7] ta' dak ir-Regolament, fejn l-Istat Membru jkun obbligat li jalloka drittijiet għall-ħlas.

    (10) Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdiena, huwa xieraq li l-Istati Membru jkunu permessi li jipproċedu diġà fis-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji potenzali, ta' l-iskema b'mod partikolari, fil-każ ta' modifikazzjoni fl-azjenda minħabba wirt jew bidliet legali u għall-istabbiliment provviżorju ta' drittijiet ta' ħlas.

    (11) L-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti li l-bdiew jkollhom aċċess għall-iskema ta' ħlas waħdieni taħt ċirkostanzi speċifiċi. Sabiex jiġi evitat li dawk iċ-ċirkostanzi jkunu jistgħt jintużaw biex tiġi evitata l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-trasferimenti normali ta' azjenda bl-ammonti ta' referenza mehmuża, għandhom jiġu stabbiliti xi kondizzjonijiet u tifsiriet għall-applikazzjoni ta' dakw iċ-ċirkostanzi.

    (12) L-Artikolu 46(2) Tar-regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li bidwi jista' jittraferixxi id-drittijiet għall-ħlas tiegħu mingħajr art biss jekk ikun uża, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament, ta' l-anqas 80 % tad-drittijiet għall-ħlas tiegħu ta' l-anqas matul sena kalendarja waħda. Sabiex jingħata kont tat-trasferimenti ta' art li jkunu seħħew fil-perjodu qabel l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, ikun ġustifikat li wieħed jikkunsidra t-trasferiment ta' l-azjenda jew parti minnha flimkien mad-drittijiet futuri għall-ħlas bħala trasferiment validu tad-drittijiet għall-ħlas bl-art skond it-tifsira ta' l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet, b'mod partikolari, l-fatt li l-bejjiegħ għandu japplika għall-istabbiliment tad-drittijiet tiegħu għall-ħlas sal-limitu li dak ir-Regolament jipprovdi b'mod ċar li dawk biss li jkunu rċevew il-ħlas dirett fil-perjodu ta' referenza jkollhom aċċess għall-iskema.

    (13) L-Artikolu 42(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti lill-Kummissjoni li tiddefinixxi s-sitwazzjonijiet speċjali li għandhom jagħtu d-dritt għall-istabbiliment ta' l-ammonti ta' referenza għal ċerti bdiewa li jsibu lilhom infushom f'sitwazzjonijiet li ma ħallewhomx, għal kollox jew parzjalment, milli jirċievu ħlasijiet diretti fil-perjodu ta' referenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġu elenkati dawk is-sitwazzjonijiet speċjali billi jkun hemm provvediment dwar dawk ir-regoli sabiex jiġi evitat l-akkumular ta' benefiċċju mill-allokazzjoni differenti ta' drittijiet għall-ħlas lill-istess bidwi mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Kummissjoni li żżid aktar każi fejn jinqala' l-każ. B'żieda, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-flessibilità biex jistabbilixxu l-ammont ta' referenza li għandu jiġi allokat.

    (14) Fejn Stat Membru skond il-liġi nazzjonali jew prattika stabbilita sew jinkludi fit-tifsira ta' ċens għat-tul ukoll ċens għal 5 snin, huwa xieraq li l-Istat Membru jkun jista' japplika dan il-perjodu aqsar fejn ikun il-każ.

    (15) Minħabba l-fatt li l-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali jkunu nklużi fl-iskema ta' ħlas waħdieni fuq il-bażi ta' perjodu ta' referenza differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa xieraq, għall-fini ta' l-istabbiliment ta' l-ammont ta' referenza li jingħata kont tar-raħħala li jsibu lilhom infushom fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikru, minħabba dik is-sitwazzjoni, il-kwantità individwali tagħhom ta' referenza jew parti minnha skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fil-31 ta' l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    (16) Fil-każi fejn bidwi jirtira jew imut u jipprovdi għat-trasferiment ta' l-azjenda tiegħu jew parti minnha lil membru tal-familja tiegħuu jew werriet li jkollu l-ħsieb li jkompli l-attività agrigola tiegħu fuq din l-ażjenda, huwa xieraq li jiġi assigurat li t-trasferiment ta' l-azjenda jew parti minnha fil-familja jkun jista' jseħħ faċilment b'mod partikolari, fil-każ fejn l-art trasferita keient mikrija lil parti terza matul il-perjodu ta' referenza mingħajr ma tiġi preġudikata l-possibbiltà għall-werriet li jkompli l-attività agrikola.

    (17) Il-bdiewa li jkunu għamlu investimenti li jirriżultaw f'żieda potenzali ta' l-ammont ta' ħlasijiet diretti li huma kien messhom ingħataw kieku ma kienitx introdotta l-iskema ta' ħlas waħdieni għandhom ukoll jibbenefikaw mill-allokazzjoni tad-drittijiet. Għandhom jiġu provduti regoli speċifiċi għall-kalkolazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas fil-każ li bidwi jkun diġà proprjetarju ta' drittijiet għall-ħlas jew ma jkollu ebda ettari. Fl-istess ċirkostanzi, bdiewa li jkunu xtraw jew krew art jew ipparteċipaw fi programmi nazzjonali ta' konverżjoni mill-ġdid ta' produzzjoni li dwarhom setgħu jingħataw ħlas dirett taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fil-perjodu ta' referenza jkollhom isibu lilhom infushom mingħajr drittijiet għall-ħlas waqt li jkunu akkwistaw art jew ipparteċipaw f'dawk il-programmi sabiex jeżerċitaw attività agrikola li setgħat fil-futur xorta waħda tibbenefika minn ċerti ħlasijiet diretti. Għalhekk huwa wkoll xieraq li jkun hemm provvediment dwar allokazzjoni għad-drittijiet għall-ħlas f'dak il-każ.

    (18) Għallamministrazzjoni tajba ta' l-iskema, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli fil-każ ta' trasferimenti ta' drittijiet għall-ħlas.

    (19) L-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li Stat Membru jista' jiddeċiedi li d-drittijiet għall-ħlas jistgħu wkoll jiġu trasferiti jew użati proprju fl-istess reġjun. Sabiex jiġu evitati problemi prattiċi, għandhom jiġu provduti regoli speċifiċi għal-azjendi li jkunu jinsabu bejn żewġ reġjuni jew aktar.

    (20) L-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi biex iż-żoni kollha ta' għalf għaż-żwiemel fil-perjodu ta' referenza għandhom jiġu nklużi fil-kalkolazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas. Sabiex jiġi faċilitat il-kompitu ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-istabbiliment tan-numru ta' ettari ta' għalf għaż-żwiemel, huwa xieraq li jingħataw il-possibbiltà li jingħata kont tan-numru ta' żoni ta' għalf għaż-żwiemel dikjarat fl-applikazzjoni ta' l-għajnuna għaż-żona qabel l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, waqt li l-bidwi jingħata l-possibbiltà li jagħti prova li ż-żona tiegħu ta' għalf għaż-żwiemel fil-perjodu ta' referenza kienet aktar baxxa.

    (21) L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti għall-produzzjoni tal-qanneb taħt ċerti kondizzjonijiet. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-ista ta' varjetajiet eliġibbli kif ukoll li jiġi provdut għaċ-ċertifikazzjoni ta' dawk il-varjetajiet.

    (22) Għandhom ikunu provduti regoli speċifiċi għall-kalkolazzjoni ta' l-unita ta' bhejjem tar-razzett fil-każ ta' l-istebbiliment ta' drittijiet bla ħsara għal kondizzjonijiet speċjali billi ssir referenza għat-tabella eżistenti ta' konverżjoni li hemm provvediment dwarha fis-settur taċ-ċanga.

    (23) Regoli speċifiċi huma wkoll meħtieġa biex jiġi faċilitat l-istabbiliment ta' drittijiet għall-ħlas fil-każ ta' tgħidjif antiċipat tal-ħlasijiet fis-settur tal-ħalib.

    (24) Skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kull dritt imwarrab akkumpanjat minn ettaru eliġibbli għad-dritt imwarrab għandu jingħata d-dritt għall-ħlas ta' l-ammont iffissat mid-dritt imwarrab. Il-perjodu minimu li għalih għandha titwarrab l-art għandu ta' l-anqas jestendi matul iċ-ċiklu ta' tkabbir ta' uċuh tar-raba. Iżda, sabiex jingħata kont ta' ċerti ċirkostanzi speċifiċi, għandu jkun possibbli li art imwarrba tintuża qabel ma jiskadi l-perjodu minimu ta' twarrib. Għandhom ukoll jiġu preskritti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-protezzjoni ambjentali u l-manutenzjoni u l-utilizzazzjoni taż-żoni mwarrba.

    (25) Fejn Stat membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla ta' reġjonalizzazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, għandhom jiġi stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiffaċilitaw il-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' referenza reġjonali għal azjendi li jkunu jinsabu bejn żewġ reġjuni jew aktar, kif ukoll sabiex tiġi garantita l-allokazzjoni sħiħa ta' l-ammont reġjonali fl-ewwel sentejn ta' l-applikazzjoni ta' l0iskema. Uħud mid-dispożizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament, notevolment dwar l-istabbiliment ta-riżerva nazzjonali, l-allokazzjoni inizjali tad-drittijiet għall-ħlas u t-trasferiment tad-drittijiet għall-ħlas għandhom ikunu aġġustati biex jintgħamlu applikabbli fil-livell reġjonali.

    (26) L-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jippermetti lill-Istati Membri, fil-limitu tal-baġit, li jipprovdu għal ħlas addizzjonali għal tipi speċifiċi ta' biedja li huma importanti għall-protezzjoni jew it-titjib ta' l-ambjent jew biex titejjeb il-kwalità u l-marketing ta' prodotti agrikoli. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi mfisser liema bdiewa għandhom ikunu konċernati, kif dan il-ħlas għandu jkun kompatibbli mal-miżuri eżistenti taħt l-iżvilupp rurali u li jiġi mfisser liema tip ta' biedja għandha tkun koperta bil-miżura.

    (27) L-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skodn kriterji oġġettivi u l-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipproċedu għar-reġjonalizzazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni f'każi debitament ġustifikati u skond kriterji oġġettivi. Huwa għalhekk xieraq li jiġi provdut għall-komunikazzjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ u l-informazzjoni biex jipproċedu għall-istima ta' dawk il-kriterji.

    (28) Sabiex tiġi stmata l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-modalitajiet u l-limiti ta' żmien għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u li jinformaw lill-Kummissjoni biż-żoni li għalihom l-għajnuna għandha titħallas fil-livell nazzjoni, u fejn ikun il-każ, dak reġjonali.

    (29) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Il-Kapitolu 1 Kamp ta' applikazzjoni u dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta' dan ir-regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (a) "żona agrikola" għandha tfisser iż-żona totali kollha meħuda, minn art li tinħadem, mergħa permanenti, u uċuh tar-raba permanenti;

    (b) "art li tinħadem" għandha tfisser "art li tinħadem" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 ilpunt (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004(2);

    (ċ) "uċuh tar-rarab permanenti" għandha tfisser uċuh tar-raba li ma jdurux minbarra mergħa permanenti li tokkupa l-art għal ħames snin jew aktar u li tagħti ħsad ripetut inkluż mixtliet kif definiti fl-Anness I il-punt (G/05) li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE(3), bl-eċċezzjoni ta uċuh tar-raba multi annwali u l-mixtliet ta' dawk l-uċuh tar-raba multiannwali;

    (d) "uċuh tar-raba multiannwali"

    għandha tfisser uċuh tar-raba tal-prodotti li ġejjin:

    Kodiċi NM | |

    07091000 | Qaqoċċ |

    07092000 | Sfraġ |

    07099090 | Rabarbru |

    081020 | Lampuni, tut,ċawsli, għeneb kbir ħamrani |

    081030 | Passolina- sewda, bajda, ħamra uribes |

    081040 | Cranberries, mirtill ufrott ieħor tar-razza Vaccinium |

    ex06029041 | msaġar b'rotazzjoni qasira |

    ex06029051 | Miscanthus sinensis |

    ex12149090 | Phalaris arundicea (ħaxix canary) |

    (e) "mergħa permanenti" għandha tfisser"mergħa permanenti" skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 il-punt(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004;

    (f) "art għall-mergħa" għandha tfisser art kultivata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); għall-finijiet ta' l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) No 1782/2003 art għall-mergħa għandha tinkludi mergħa permanenti;

    (g) "bejgħ" għandha tfisser il-bejgħ jew xi trasferiment ieħor definittiv tal-proprjetà ta' art jew ta' drittijiet għall-ħlas. Din it-tifsira ma għandhiex tinkludi l-bejgħ ta' art fejn l-art tkun trasferita lil awtoritajiet pubbliċi u/jew għall-użu fl-interess pubbliku u t-trasferiment jitwettaq għal finijiet mhux agrikoli.

    (h) "kiri" għandha tfisser il-kiri jew tipi simili ta' transazzjonijiet temporanji;

    (i) "trasferiment jew bejgħ jew kera ta' dritt għall-ħlas bl-art" għandha tfisser il-bejgħ jew il-kera ta' drittijiet ta' ħlas ma', rispettivament,l-bejgħ jew kiri tan-numru li jikkorrispondi ta' ettari ta' art eliġibbli skond it-tifsira ta' l-Artikolu 44(2) miżmuma mill-persuna li tagħmel it-trasferiment.

    Fil-każ ta' kiri, id-drittijiet għal ħlas u l-ettari għandhom jinkrew għall-istess perjodu.

    Il-każ fejn id-drittijiet kollha għall-ħlas suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ikunu trasferiti għandu jitqies bħala każ ta' trasferiment ta' dritt għall-ħlas ma' art.

    (j) "Unità ta' produzzjoni" għandha tfisser ta' l-anqas żona waħda li tagħti dritt għal ħlasijiet diretti fil-perjodu ta' referenza, inkluża żona ta' għalf għaż-żwiemel skond it-tifsira ta' l-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew annimal wieħed li jagħti d-dritt għal ħlasijiet diretti fil-perjodu ta' referenza, akkumpanjat, fejn ikun il-każ, bi dritt ta' premium li jikkorrispondi;

    (k) Għall-finijiet ta' l-Artikoli 37(2) u 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, "bdiewa li jibdew attività agrikola" għandha tfisser persuna naturali jew ġuridika li ma kellhiex attività agrikola f'isimha proprju u għar-riskju tagħha u li ma kellhiex il-kontroll ta' persuna ġuridika li teżerċita attività agrikola fil-5 snin li jiġu qabel il-bidu ta' l-attività agrikola l-ġdida.

    Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-persuna/i naturali li jkollhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma jmissux kellhom xi attività agrikola f'isimhom proprju jew għar-riskju tagħhom u lanqasa ma jmissu kellhom il-kontroll ta' persuna ġuridika li teżerċita attività agrikola fil-5 snin li jiġu qabel il-bidu ta' l-attività agrikola mill-persuna ġuridika.

    Artikolu 3

    Kalkolazzjoni tal-valur ta' unità tad-drittijiet għall-ħlas

    1. Id-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġi kalkolati sa tlett deċimali u ttundjati l-fuq jew l-isfel sat-tieni l-eqreb deċimali. Jekk il-kalkolazzjoni tagħti riżultat li jkun eżattament fin-nofs, is-somma għandha tiġi ttundjata sat-tieni l-eqreb deċimali.

    2. Fejn id-daqs tal-pakkett li jiġi dikjarat skond l-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew li jiġi trasferit ma' dritt skond l-Artikolu 46(2) ta' dak ir-Regolament, ikun jammonta għal frazzjoni ta' ettaru, id-dritt konċernat għandu jiġi dikjarat jew trasferit ma' l-art f'valur kalkolat sal-limitu ta' l-istess frazzjoni. Il-parti li tibqa' tad-dritt għandha tibqa' għad-disponiment tal-bidwi f'valur kalkolat li jikkorrisspondi.

    Il-Kapitolu 2 Riżerva nazzjonali

    Taqsima 1 L-istabbiliment tar-riżerva nazzjonali

    Artikolu 4

    Tnaqqis

    1. It-tnaqqis li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għanddu jgħodd għall-ammonti kollha ta' referenza wara kull tnaqqis possibbli taħt l-Artikolu 41(2) ta' dak ir-Regolament u, fejn japplika, wara kull tnaqqis possibbli taħt l-Artikolu 65(1) u tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 70(2) ta' dak ir-Regolament.

    2. Fil-każ ta' l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 42(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-valur ta' l-unità tad-drittijiet kollha għall-ħlas li jkunu ġew stabbiliti fid-data ta' l-applikazzjoni tat-tnaqqis lineari għandu jitnaqqas proporzjonalment.

    Artikolu 5

    Premiums tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

    1. Il-perċentwali ta' tnaqqis idffissat mill-Istati Membri skond l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd lf-2007 għall-ammonti li jirriżultaw mill-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali li għandhom jiġu nklużi fl-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li jinkludi għal kollox l-ammonti li jirriżultaw mill-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali fl-iskema ta' ħlas waħdieni, huwa għandu japplika l-perċentwali tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fis-sena li jagħmel użu minn dik l-għażla. Fis-snin ta' wara, l-Istat Membru konċernat għandu japplika t-tnaqqis fil-limitu taż-żieda li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 95(2) u 96 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    3. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla, li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li jinkludi f'parti l-ammonti li jirriżultaw mill-premiums tal-maħleb u l-ħlasijiet addizzjonali fl-iskema għal ħlas waħdieni, huwa għandu japplika l-perċentwali tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-ammonti li jikkorrispondu nklużi fl-iskema ta' ħlas waħdieni fis-sena li fiha jkun għamel użu minn dik l-għażla waqt li jingħata kont taż-żieda fl-ammonti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 95(2) u 96 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Taqsima 2 Stabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali

    Artikolu 6

    Stabbiliment ta' drittijiet għall-ħlas

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 42(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bdiewa jistgħu jirċievu, skond il-kondizzjonijiet preskritti f'din it-Taqsima u skond il-kriterji oġġettivi preskritti mill-Istat Membru konċernat, id-drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali.

    2. Fejn bidwi li ma jkunx proprjetarju ta' xi dritt għall-ħlas japplika għal drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali, huwa jista' jirċievi numru ta' drittijiet għall-ħlas mhux għola minn-numru ta' ettari li jkollu (fi proprjetà jew b'kiri) f'dak iż-żmien.

    3. Fejn bidwi li jkun proprjetarju ta' drittijiet għall-ħlas japplika għal drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali, huwa jista' jirċievi numru ta' drittijiet għall-ħlas mhux għola minn-numru ta' ettari li huwa jkollu u li dwarhom ma jkunx il-proprjetarju ta' xi dritt għall-ħlas.

    Il-valur ta' unità ta' kull dritt għall-ħlas li jkun diġà proprjetarju tiegħu jista' jiżdied fil-limitu tal-medja reġjonali msemmija fil-paragrafu 4.

    L-Artikolu 42(8) tar-regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd għal drittijiet għall-ħlas li l-valur ta' l-unita tagħhom ikun ġie miżjud b'aktar minn 20 % skond it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

    4. Il-medja reġjonali għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri fil-livell territorjali adattat skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ fis-suq u fil-kompetizzjoni. Dan għandu jiġi stabbilit f'data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri. Huwa jista' jiġi rivedut kull sena. Huwa għandu jiġi bbażat fuq il-valur tad-drittijiet għall-ħlas allokati lill-bdiewa fir-reġjun konċernat. Huwa ma għandux ikun differenzat għal kull settur ta' produzzjoni.

    5. Il-valur ta' kull dritt għall-ħlas riċevut skond il-paragrafu 2 jew 3, ħlief it-tieni subpagrafu tal-paragrafu 3, għandu jiġi kalkolat billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat Membru skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ fis-suq u fil-kompetizzjoni, bin-numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari msemmi fil-paragrafu 2.

    Artikolu 7

    Applikazzjoni ta' l-Artikolu 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta' anqas ettari mid-drittijiet għall-ħlas

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa jista b'mod partikolari, jalloka, fuq talba, skond dan l-artikolu, drittijiet għall-ħlas lil bdiewa, fiż-żoni konċernati, li jiddikjaraw anqas ettari minn-numru li jikkorrispondi ta' drittijiet għall-ħlas li kien ikun jew kien jiġi allokat skond l-Artikolu 43 ta' dak ir-Regolament.

    Fdak il-każ, il-bidwi għandu jċedi lir-riżerva nazzjonali d-dritt kollu għall-ħlas li jkun proprjetà tiegħu jew li kellu jiġi allokat, ħlied id-drittijiet imwarrba u d-drittijiet għall-ħlas suġġetti għall-kondizzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    2. In-numru ta' drittijiet għall-ħlas allokati mir-riżerva nazzjonali għandu jkun daqsinsew għan-numru ta' ettari li l-bidwi jiddikjara.

    3. Il-perjodu ta' ħames snin li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 42(8) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd jew, skond il-każ, jerġgħa jibda jgħodd għad-drittijiet għall-ħlas kollha allokati.

    4. Il-valur ta' l-unità tad-drittijiet għall-ħlas mir-riżerva nazzjonali għandu jiġi kalkolat billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza tal-bidwi bin-numru ta' ettari li huwa jiddikjara imnaqqas b'numru ta' ettari li jkun daqsinsew għad-drittijiet imwarrba li tagħhom ikun proprjetarju. Il-medja reġjonali li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 6(4) ma għandhiex tgħodd.

    5. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ma għandhomx jgħoddu għal bidwi li jiddikjara anqas minn 50 % tan-numru totali ta' ettari, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 43(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, li kellu (mikrija jew fi proprjetà) fil-perjodu ta' referenza.

    6. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ma għandhomx jgħoddu għal bidwi li jiddikjara anqas ettari minn-numru li jikkorrispondi ta' drittijiet għall-ħlas li kieku kien jingħata jew kien jingħata skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 minħabba l-fatt li kien ittrasferixxa dawk l-ettari permezz ta' bejgħ jew kiri.

    7. Il-bidwi konċernat għandu jiddikjara l-ettari kollha li jkollu fiż-żmien tat-talba.

    Taqsima 3 Riforniment mill-ġdid tar-riżerva nazzjonali

    Artikolu 8

    Drittijiet għall-ħlas mhux użati

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, drittijiet għall-ħlas mhuz użati għandhom jintraddu lura lir-riżerva nazzjonali fil-jum li jiġi wara l-aħħar jum għall-modifikazzjoni ta' l-applikazzjoni taħt l-iskema għal ħlas waħdieni fis-sena kalendarja li fiha l-perjodu msemmi fit-tieni sybparagrafu ta' l-Artikolu 42(8) jew fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiskadi.

    Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "dritt għall-ħlas mhux użat" għandu jfisser li ma jkun ingħata ebda ħlas għal dak id-dritt matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu. Id-drittijiet għall-ħlas li tkun saret applikazzjoni dwarhom u li jakkumpanjaw żona stabbilita skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 il-punt (22) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandhom jitqiesu bħala li jkunu ntużaw.

    2. Id-drittijiet imwarrba u d-drittijiet għall-ħlas akkumpanjati bl-awtorizzazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 meta jintraddu lura lir-riżerva nazzjonali għandho jitilfu l-obbligu jew l-awtorizzazzjoni li jakkumpanjaw.

    Artikolu 9

    Żamma fuq bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li dan jintradd lura lir-riżerva nazzjonali:

    (a) fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas mingħajr art, sa 30 % tal-valur ta' kull dritt għall-ħlas jew l-ammont ekwivalenti espress fin-numru ta' drittijiet għall-ħlas. Iżda għall-ewwel tlett snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, il-perċentwal ta' 30 % jista' jiġi sostitwit b'50 %;

    u/jew

    (b) fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas bl-art, sa 10 % tal-valur ta' kull dritt għall-ħlas jew l-ammont ekwivalenti espress fin-numru ta' drittijiet għall-ħlas;

    u/jew

    (ċ) fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet imwarrba mingħajr art, sa 30 % tal-valur ta' kull dritt għall-ħlas. Iżda għall-ewwel tlett snin ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, il-perċentwal ta' 30 % jista' jiġi sostitwit b'50 %;

    u/jew

    (d) fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas bl-azjenda kollha kemm hi, sa 5 % tal-valur ta' kull dritt għall-ħlas u/jew l-ammont ekwivalenti espress fin-numru ta' drittijiet għall-ħlas;

    u/jew

    (e) fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas li miegħu tkun marbuta l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, sa 10 % tal-valur ta' kull dritt għall-ħlas.

    Fil-każ ta' bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas bl-art jew mingħajra lill-bidwi li jibda attività agrikola u fil-każ ta' eredità attwali jew antiċipata ta' drittijiet għall-ħlas ma għandha tapplika ebda żamma.

    2. Fejn jiġu ffissati l-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1, Stat Membru jista' jiddifferenza l-perċentwali fi ħdan wieħed mill-każi msemmija fil-paragrafu a) sa (e) skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġi evitat tgaħwwiġ fis-suq jew fil-kompetizzjoni.

    Artikolu 10

    Klawżola dwar profitt qawwi

    1. Fil-każi msemmija fl-Artikolu 42(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, dan li ġej għandu jintradd lura lir-riżerva nazzjonali:

    (a) fil-każ ta' bejgħ, sa 90 % ta' l-ammont ta' referenza li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-bejjiegħ fir-rigward ta' l-unitajiet ta' produzzjoni u l-ettari ta' l-azjenda jew parti ta' l-azjenda trasferiti;

    (b) fil-każ ta' kera għal 6 snin, sa 50 % ta' l-ammont ta' referenza li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għal min jagħti b'kera fir-rigward ta' l-unitajiet ta' produzzjoni u l-ettari ta' l-azjenda jew parti ta' l-azjenda trasferiti;

    (ċ) fil-każ ta' sena għal aktar minn sitt snin, 5 % għal kull sena wara l-perjodu ta' sitt snin iżda li jikkorrispondi għal mhux aktar minn 20 % ta' l-ammont ta' referenza li li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għal min jagħti b'kera fir-rigward ta' l-unitajiet ta' produzzjoni u l-ettari ta' l-azjenda jew parti ta' l-azjenda trasferiti.

    2. Id-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu stabbiliti għall-bejjiegħu jew għal min jagħti b'kera għandhom jiġu kalkolati skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza li jibqa u l-ettari.

    3. Il-paragrafu 1 ma għandux jgħodd fil-każi fejn, fi żmien sena iżda mhux aktar tadr mit-30 ta' April 2004 mill-bejgħ jew kiri, il-bejjiegħ jew min jagħti b'kera xtara jew kera għal sitt snin jew aktar azjenda oħra jew parti minnha. F'dak il-każ, il-bejjiegħ jew min jagħti b'kera għandu jżomm numra ta' drittijiet għall-ħlas ta' l-anqas ugwali għan-numra ta' drittijiet għall-ħlas li l-bidwi jista' juża fuq l-azjanda l-ġdida skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    4. Il-paragrafu 1 ma għandu jgħodd fil-każi fejn il-bidwi jagħti prova, għas-sodisfazzjoni ta' l-Istat Membru, li l-prezz tal-bejgħ jew il-kera jikkorrispondi mal-valur ta' l-azjenda jew, fil-każ ta' trasferiment parzjali ta' l-azjenda mingħajr drittijiet għall-ħlas.

    Taqsima 4 Amministrazzjoni reġjonali

    Artikolu 11

    Riżervi reġjonali

    1. L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali f'l-ivell reġjonali.

    F'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jallokaw, għal kollox jew f'parti, l-ammont disponibbli fil-livell nazzjonali skond l-Artikoli 4, 5, 8, 9 u 10.

    2. L-ammont allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jitqiesu bħala disponibbli għall-allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun konċernat biss, ħlief fil-każi msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew, skond l-għażla ta' l-Istati Membri, fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 42(3) ta' dak ir-Regolament.

    Il-Kapitolu 3 Allokazzjoni ta' drittijiet għall-ħlas

    Taqsima 1 Allokazzjoni inizjali ta' drittijiet għall-ħlas

    Artikolu 12

    Applikazzjonijiet

    1. Mill-bidu tas-sena kalendarja li tiġi qabel l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni l-Istati Membri jistgħu jipproċedu għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-istabbiliment provviżorju u n-numru ta' ettari msemmija rispettivament fl-Artikolu 34(1) (a) u (b) ta' dak ir-Regolament u għall-verifikazzjoni preliminari tal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dak l-Artikolu.

    2. Għall-istabbiliment provviżorju tad-drittijiet għall-ħlas, l-Istati Membri jistgħu jibgħatu l-formola ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda mhux aktar tard mill-15 ta' April ta' l-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, lill-bdiewa msemmija fl-Artikolu 33(1) (a) ta' dak ir-Regolament jew, skond il-każ, lill-bdiewa identifikati skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. F'dan il-każ u sa l-istess data, il-bdiewa minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 33(1) (a) tar-regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jagħmlu applikazzjoni biex jistabbilixxu d-drittijiet għall-ħlas tagħhom.

    3. Fejn Stat Membru ma jagħmilx użu ta' l-għażla li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu jibgħat il-formola ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sa data li għandha tiġi ffisata mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard minn xahar qabel l-aħħar data li fiha għandha tintbagħat l-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    4. L-istabbiliment definittiv ta' drittijiet għall-ħlas li għandu jiġi allokat fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni għandu jkun suġġett għall-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni skond l-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Ma għandu jkun possibbli ebda trasferiment ta' drittijiet għall-ħlas qabel l-istabbiliment definittiv.

    5. L-applikant għandu jagħti prova għas-sodisfazzjoni ta' l-Istat Membru li, sad-data ta' l-applikazzjoni għad-drittijiet għall-ħlas, ikun bidwi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    6. Stat membru jista' jiddeċiedi li jiffissa daqs minimu għal kull azjenda li għaliha l-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas jista' jintalab. Iżda, d-daqs minimu ma għandux ikun għola minn 0,3 ha.

    Ma għandu jiġi ffissat ebda daqs minimu għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas bla ħsara għall-kondizzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikoli 47 sa 50 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    7. Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-applikazzjoni għall-istabbiliment definittiv tad-drittijiet għall-ħlas imsemmija fil-paragrafu 4 tista' tintbagħat fl-istess żmien ta' l-applikazzjoni għall-ħlas taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    Taqsima 2 Allokazzjoni ta' drittijiet għall-ħlas barra r-riżerva nazzjonali

    Artikolu 13

    Wirt u wirt antiċipat

    1. Fil-każi msemmija fl-Artikolu 33(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bidwi li jkun irċieva l-azjenda jew parti ta' l-azjenda, jista' jitlob, f'ismu, id-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu kalkolati għall-azjenda jew parti minnha ta' l-azjenda riċevuta.

    In-numru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza u n-numru ta' ettari li jirrelataw mal-unitajiet ta' produzzjoni li jintirtu.

    2. Fil-każi ta' wirt revokabbli antiċipat, l-aċċess għall-iskema ta' ħlas waħdieni għandu jingħata darba biss lill-werriet imsemmi sad-data tat-tagħmil ta' applikazzjoni għall-ħlas taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    Is-suċċessjoni taħt kuntratt ta' kera jew wirt jew wirt antiċipat minn bidwi li jku persuna anturali u li jkun il-kerrej ta' azjenda jew parti minnha, fil-perjodu ta' referenza, li tkun tagħti lok għal drittijiet għall-ħlas, għandha tiġi ttrattata bħala l-wirt ta' l-azjenda.

    3. Fil-każi fejn bidwi msemmi fil-paragrafu 1 ikun diġà intitloat għal drittijiet għall-ħlas, in-numru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas tiegħu għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta', rispettivament, is-somma ta' l-ammont ta' referenza u s-somma tan-numru ta' ettari li jirrelataw ma' l-azjenda oriġinali tiegħu u n-numru ta' unitajiet ta' produzzjoni li jintirtu.

    4. Fil-każi fejn bidwi msemmi fil-paragrafu 1 iħares il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' żewġ Artikoli jew aktar mill-Artikoli 19 sa 23 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikoli 37(2), 40, 42(3) jew 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa għandu jirċievi numru ta' drittijiet għall-ħlas li ma jkunx għola mill-ogħla numru bejn l-ettari li jkun wiret u dawk li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni u li l-valur tagħhom għandu jkun l-ogħla valur li jista' jikseb billi japplika separatament kull wieħed mill-Artikoli li dwarhom ikun iħares il-kondizzjonijiet.

    5. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 33(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta' dan ir-Regolament, it-tifsira fil-leġislazzjoni nazzjonali għal "wirt" u "wirt antiċipat" għandha tintuża.

    Artikolu 14

    Bidliet fl-istatus legali jew denominazzjoni

    1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fil-każi ta' bidliet fl-istatus legali jew denominazzjoni, il-bidwi għandu jkollu aċċess għall-iskemi ta' ħlas waħdieni taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-bidwi li oriġinarjament ikun jimmaniġġa l-azjenda fil-limitu tad-drittijiet għall-ħlas li gaħndhom jiġu allokati għall-azjenda oriġinali taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) in-numru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza u n-numru ta' ettari li jirrelataw mal-azjenda oriġinali;

    (b) fil-każ ta' bidliet fl-istatus legali ta' persuna ġuridika jew minn persuna naturali għal persuna ġuridika, jew minn persuna ġuridika għal persuna naturali, il-bidwi li jkun jimmaniġġa l-azjenda l-ġdida għandu jkun il-bidwi li jkollu l-kontroll ta' l-azjenda oriġinali skond l-amministrazzjoni, il-benefiċċju u r-riskji finanzjarju;

    2. Fejn il-każi msemmija fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iseħħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u d-data tat-tagħmil ta' l-applikazzjoni fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jgħodd.

    Artikolu 15

    Inkorporazzjonijiet u diviżjonijiet

    1. Għall-finijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, "inkorporazzjoni" għandha tfisser l-inkorporazzjoni ta' żewġt ibdiewa separati jew aktar skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f'bidwi wieħed ġdid skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kontrollat skond l-amministrazzjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji mill-bdiewa li oriġinarjament kienu jimmaniġġaw l-azjendi jew waħda minnhom.

    In-numru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza u n-numru ta' ettari li jirrelataw mal-azjendi oriġinali.

    2. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, "divożjioni" għandha tfisser id-dviżjoni ta' bidwi eiwħed skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f'ta' lanqas żewġt ibdiewa separati skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li ta' l-anqas wieħed minnhom jibqa' kontrollat, skond l-amministrazzjoni, l-benefiċċju u r-riskji finanzjarji, minn ta' l-anqas wieħed mill-persuni naturali jew legali li oriġinarjament kienu jimmaniġġaw l-azjenda jew id-diviżjoni ta' bidwi wieħed skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f'ta' l-anqas bidwi separat ġdid skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bl-ieħor jibqa' kontrollat, skond l-amministrazzjoni, l-benefiċċji u r-riskji finanzjarji, mill-bidwi li oriġinarjament kien jimmaniġġa l-azjenda.

    In-numru u l-valur tad-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza u n-numru ta' ettari li jirrelataw mal-unitajiet ta' produzzjoni trasferiti ta' l-azjenda oriġinali.

    3. Fejn il-każi msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 iseħħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u d-data biex tintgħamel applikazzjoni fl-ewwel sena ta' applikazzjoni għall-iskema ta' ħlas waħdieni, il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jgħoddu rispettivament.

    Artikolu 16

    Każi ta' tbatija

    1. Fil-każi msemmija fl-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fejn l-obbligi agri-ambjentali imsemmija f'dak il-paragrafu jiskadu wara l-aħħar data għat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tagħha, l-Isdtat membru għandu jistabbilixxi, fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema, l-ammonti ta' referenza għal kull bidwi konċernat skond l-Artikolu 40(1), (2), (3) jew (5) it-tieni subparagrafu ta' dak ir-Regolament, kemm-il darba jiġi eskluż xi ħlas doppju taħt dawk l-obbligi agri-ambjentali.

    Ammonti ta' anqas minn Ewro 10 għal kull dritt għall-ħlas jew anqas minn ammont totali ta' Ewro 100 kull bidwi ma għandhomx jitqiesu bħala ħlas doppju.

    Fejn l-Istat Membru konċernat ma jkunx jista' jimmodifika l-ammonti li għandhom jitħallsu taħt dawk l-obbligi agri-ambjentali, il-bidwi konċernat jista':

    (a) jirċievi ammont imnaqqas ta' referenza u japplika, taħt programm li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru skond l-Artikolu 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, wara li jiskadi l-obbligu tiegħu agri-ambjentali, biex jaġġusta l-valur ta' l-unità tad-drittijiet għall-ħlas sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mill-, l-aħħar data għall-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fis-sena ta' wara,

    jew alternattivament

    (b) jirċievi ammont sħiħ ta' referenza suġġett għall-kondizzjoni li jaċċetta li jimmodifika l-ammonti li għandhom jitħallsu taħt dawk l-obbligi agri-ambjentali.

    2. Fil-każi msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bidwi għandu jirċievi d-drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew ta' kompetizzjoni, b'numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    Artikolu 17

    Klawżola ta' kuntratt privat fil-każ ta' bejgħ

    1. Fejn kuntratt ta' bejgħ konkluż jew modifikat sa l-aħħar data għat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni l-aktar tard fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tagħha jistipula li l-azjenda kollha jew parti mill-azjenda tinbiegħ, kollha kemm hi jew f'parti, flimkien mad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fir-rigward ta' l-azjenda jew ta' parti ta' l-azjenda trasferita, il-kuntratt tal-bejgħ għandu jitqies bħala trasferiment tad-drittijiet għall-ħlas flimkien ma' l-art skond it-tifsira ta' l-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament bla ħsara għall-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

    2. L-Artikoli 42(9) u 46(3) tar-regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd, fil-każ fejn, għad-drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu kalkolati fuq il-bażi tal-unitajiet ta' produzzjoni u l-ettari li kienu l-iskop tal-kuntratt.

    3. The seller shall apply for the establishment of the payment entitlements in accordance with Article 12, adding to his application a copy of the sales contract and indicating the production units and the number of hectares for which he intends to transfer the payment entitlements.

    Stat Membru jista' jippermettu li l-bejjiegħ japplika għan-nom tax-xerrej u bl-awtorità espliċita tax-xerrej għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas skond l-Artikolu 12. F'dak il-każ l-Istat membru għandu jivverifika li x-xerrej ikun jikkonforma mal-kriterji ta' eliġibilità li hemm prvvediment dwarhom fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u b'mod partikolari l-kondizzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) ta' dan ir-Regolament.

    4. il-bejjiegħ għandu japplika għall-ħlas taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni skond l-Artikolu 12, u jżid ma' l-applikazzjoni tiegħu kopja tal-kuntratt tal-bejgħ.

    5. Stat Membru jista' jeħtieġ li l-applikazzjonijiet tal-bejjiegħ u tax-xerrej jintgħamlu flimkien jew li t-tieni applikazzjoni jkun fiha referenza għall-ewwel waħda.

    Taqsima 3 Allokazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas fi ħdan ir-riżerva nazzjonali

    Artikolu 18

    Dispożizzjonijiet ġenerali għal bdiewa f'sitwazzjonijiet speċjali

    1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 42(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, "bdiewa f'sitwazzjoni speċjali" għandha tfisser il-bdiewa msemmija fl-Artikoli 19 sa 23 ta' dan ir-Regolament.

    2. Fil-każi fejn bidwi f'sitwazzjoni speċjali ikun jikkonforma mal-kondizzjoni għall-applikazzjoni ta' Artikolu wieħed jew aktar mill-Artikoli 19 sa 23 ta' dan ir-Regolament jew l-Artikoli 37(2), 40, 42(3) jew 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa għandu jirċievi numru ta' drittijiet għall-ħlas li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni u li l-valur tagħhom ikun l-ogħla valur li jista' jikseb billi japplika separatament kull wieħed mill-Artikoli li jkun jikkonforma mal-kondizzjonijiet tagħhom.

    3. L-Artikolu 6 ma għandux jgħodd għall-bdiewa f'sitwazzjoni speċjali, ħlief it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3).

    4. Fil-każi fejn il-kera msemmi fl-Artikoli 20 u 22 jew il-programmi msemmija fl-Artikolu 23 jiskadi wara l-aħħar data għat-tagħmil ta' l-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tagħha, il-bidwi konċernat jista' japplika għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas tiegħu, wara li tiskadi l-kirja jew il-programm, sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri iżda mhux aktar tard mid-data ta' l-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fis-sena ta' wara.

    5. Fejn, skond il-liġi nazzjonali tagħhom jew prattika normali stabbilita sew, it-tifsira ta' kera għat-tul tkun tinkludi wkoll kera għal ħames snin, l-Istati membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw l-Artikoli 20, 21 u 22 għall-dawk il-kirjiet.

    Artikolu 19

    Bdiewa tal-maħleb

    Għall-finijiet ta' l-istabbiliment ta' l-ammont ta' referenza ta' bidwi tal-maħleb li jsib ruħu f'sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jikri, minħabba din is-sitwazzjoni, il-kwantità individwali tiegħu ta' referenza jew parti minnha skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni għall-premiums tal-maħleb jew ħlasijiet addizzjonali, dik il-kwantità individwali ta' referenza għandha titqies li tkun disponibbli għall-azjenda ta' dak il-bidwi għal dik is-sena kalendarja.

    Artikolu 20

    Transferiment ta' art mikrija

    1. Bidwi li jirċievi, permezz ta' trasferiment mingħajr ħlas jew permezz ta' kera ta' sitt snin jew aktar jew permezz ta' wirt attwali jew antiċipat, azjenda jew parti minn azjenda li kienet mikrija lil parti terza matul il-perjodu ta' referenza, minn bidwi li kien irtirat jew miet qabel id-data tat-tagħmil ta' l-applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tagħha, għandu jirċievi d-drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skond skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew ta' kompetizzjoni, b'numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jiddikjara ta' l-azjenda jew parti ta' l-azjenda li jirċievi.

    2. Il-bdiewa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu xi persuna li tista' tirċievi l-azjenda jew parti minnha msemmija fil-paragrafu 1, b'wirt attwali jew antiċipat.

    Artikolu 21

    Investimenti

    1. Bidwi li jkun għamel investimenti fil-kapaċita ta' produzzjoni jew li jkun xtara art skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafi 2 sa 6, l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003, għandu jirċievi d-drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew ta' kompetizzjoni, b'numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jkun xtara.

    2. Għandu jkun hemm provvediment dwar l-investimenti fi pjan jew programm li l-implimentazzjoni tiegħu tkun diġà nbdiet l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003. Il-pjan jew programm għandu jiġi komunikat mill-bidwi lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru.

    Fejn ma jkun jeżisti ebda pjan jew programm bil-miktub, l-Istai Membri jistgħu jagħtu kont ta' prova oħra oġġettiva ta' l-investiment.

    3. Iż-żieda fil-kapaċita ta' produzzjoni għandha tikkonċerna biss lil dawk is-setturi li għalihom kien kieku jingħata ħlas dirett elenkat fl-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-perjodu ta' referenza waqt li jingħata kont ta' l-applikazzjoni ta' l-għażliet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament.

    Ix-xiri ta' art għandu jikkonċerna biss ix-xiri ta' art skond it-tifsira ta' l-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    F'kull każ, il-parti taż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni u/jew ix-xiri ta' art li għaliha l-bidwi jkun diġà intitolat li jiġi allokat drittijiet għall-ħlas u/jew ammonti ta' referenza għall-perjodu ta' referenza ma għandux jingħata kont tagħha għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

    4. Kiri għat-tul għal sitt snin jew aktar mibdi l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003 għandu jitqies bħala xiri ta' art għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

    5. Fejn bidwi jkun diġà l-proprjetarju ta' drittijiet għall-ħlas, fil-każ ta' xiri jew kiri għat-tul, in-numru ta' drittijiet għall-ħlas għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi ta' l-ettari mixtrija jew mikrija u, fil-każ ta' investimenti oħra, il-valur totali tad-drittijiet għall-ħlas eżistenti jista' jiżdied fil-limitu ta' l-ammont ta' referenza msemmi fil-paragrafu1.

    6. Fejn bidwi ma jkollu ebda ettari jew ma jkunx proprjetarju ta' drittijiet għall-ħlas, in-numru ta' drittijiet għall-ħlas għandu jiġi kalkolat billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza msemmi fil-paragrafu 1 b'valur ta' unità li ma jkunx għola minn Ewro 5000.

    Il-valur ta' dik id-dritt għall-ħlas għandu jkun il-valur ta' unita.

    Id-drittijiet għall-ħlas għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-50 % ta' l-attività agrikola msemmija fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu għandha tkun stabbilita mill-Istat Membru skond kriterji oġġettivi.

    Artikolu 22

    Kiri u xiri ta' art mikrija

    1. Bidwi li jkun kera, qabel it-tmiem ta' referenza u l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003, għal sitt snin jew aktar azjenda jew parti minnha li l-kondizzjonijiet tagħha tal-bejgħ ma jitgħux jiġu aġġustati għandu jirċievi drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat membru, skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni, b'numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jkun kera.

    2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd, għal bidwi li jkun xtara, fil-perjodu ta' referenza jew qabel, jew l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003, azjenda jew parti minnha li l-art tagħha kienet taħt kiri matul il-perjodu ta' referenza, bl-intenzjoni li jibda jew iwassa' l-attività agrikola tiegħu fi żmien sena wara li jiskadi ċ-ċens.

    Artikolu 23

    Konverżjoni mill-gdid ta' produzzjoni

    1. Bidwi li jkun ipparteċipa, fil-perjodu ta' referenza jew l-aktar tard sad-29 ta' Settembru 2003, fi programmi nazzjonali ta' riorjentazzjoni ta' produzzjoni li għalihom setgħa jingħata ħlas dirett taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni, bħal, b'mod partikolari, programmi ta' konverżjoni ta' produzzjoni, għandu jirċievi drittijiet għall-ħlas kalkolati billi jiġi diviż l-ammont ta' referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni, b'numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd għal bidwi li jkun ikkonverta matul il-perjodu ta' referenza u l-aktar tard sad-29 ta'Settembru 2003, il-produzzjoni tiegħu tal-ħalib f'xi produzzjoni oħra ta settur imsemmi fl-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Il-Kapitolu 4 Dispożizzjonijiet speċifiċi

    Taqsima 1 Dikjarazzjoni u trasferiment ta' drittijiet għall-ħlas

    Artikolu 24

    Dikjarazzjoni u użu ta' drittijiet għall-ħlas

    1. Id-drittijiet għall-ħlas jistgħu biss jiġu dikjarati għall-ħlas, darba fis-sena, mill-bidwi li jżommhom fid-data l-aktar tard għat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. L-Istati Membri għandhom jiffissaw fil-bidu tal-perjodu ta' għaxar xhur imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għal kull bidwi individwali f'data waħdiena f'perjodu li għandu jiġi ffissat bejn l-1 ta' Settembru tas-sena kalendarja li tiġi qabel is-sena tat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni u t-30 ta' April tas-sena kalendarja ta' wara jew iħallu għall-għażla tal-bidwi fi ħdan il-perjodu ffissat.

    Artikolu 25

    Trasferimenti ta' drittijiet għall-ħlas

    1. Id-drittijiet għall-ħlas jistgħu jiġu trasferiti f'kull żmien tas-sena.

    2. Dak li jittrasferixxi għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membru bit-trasferiment f'perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru.

    2. 3. Stat Membru jista' jeħtieġ li dak li jittrsferixxi għandu jikkomunika t-trasferiment lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikun ser jopera t-trasferiment, f'perjodu ta' żmien li għandu jiġi stabbilit minn dak l-Istat Membru iżda mhux aktar kmieni minn sitt ġimgħat qabel ma jseħħ it-trasferiment u waqt li jingħata kont ta' l-aħħar data għat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni. It-trasferiment għandu jseħħ sitt ġimgħat wara l-jum ta' komunikazzjoni sakemm l-awtorità kompetenti ma toġġezzjonax għat-trasferiment u tinnotifika b'dan lil min jagħmel it-trasferiment fi żmien dak il-perjodu. L-awtorità kompetenti tista' toġġezzjoni biexx għat-trasferiment fejn dan imsemmi l-aħħar ma jkunx skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ta' dan ir-regolament.

    Artikolu 26

    Limitazzjoni reġjonali

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjon fil-livell territorjali adattat skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suw jew kompetizzjoni.

    2. L-Istat Membru għandu jiddefinixxi r-reġun imsemmi fil-paragrafu 1 l-aktar tard xahar qabel id-data tal-bidu tal-perjodu ta' 10 xhur imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun tinsab fir-reġjun konċernat, ma jistax jittrasferixxi jew juża barra dak ir-reġjun id-drittijiet għall-ħlas li jikkorrispondu man-numru ta' ettari li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-għażla li hemm provvediment dwarha fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 46(1) tar-regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Bidwi li l-azjenda tiegħu tkun parzjalment tinsab fir-reġjun konċernat, ma jistax jittrasferixxi jew juża barra dak ir-reġjun id-drittijiet għall-ħlas li jikkorrispondu man-numru ta' ettari, li jkunu jinsabu f'dak ir-reġjun, li jiddikjara fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-għażla.

    3. Il-limitazzjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-ħlas mesmmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ma għandu jgħodd fil-każ ta' wirt attwali jew antiċipat ta' drittijiet għall-ħlas mingħajr numru ekwivalenti ta' ettari eliġibbli.

    4. Stat Membru jista' jiddeċiedi li japplika l-limitazzjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-ħlas msemmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 biss bħala drittijiet għall-ħlas imwarrba.

    Artikolu 27

    Klawżola ta' kuntratt privat fil-ħlas ta' kera

    1. Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, klawżola f'kuntratt ta' kera li tipprovdi għat-trasferiment ta' numru ta' drittijiet li ma jkunx għola minn-numru ta' ettari mikrija għandu jitqies bħala kera tad-xx flimkien ma' l-art skond it-tifsira ta' l-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fil-każi fejn:

    (a) a bidwi jkun kera lil bidwi ieħor l-azjenda tiegħu jew parti minnha mhux aktar tard mid-data tat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tagħha,

    (b) il-kuntratt tal-kera jiskadi aktar tard mill-aħħar data għat-tagħmil ta' applikazzjoni taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni,

    u

    (ċ) huwa jiddeċiedi li jkri d-drittijiet għall-ħlas tiegħu lill-bidwi li lilu jkun kera l-azjenda jew parti minnha.

    2. Dak li jagħti b'kera għandu japplika għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas skond l-L-Artikolu 12, u jżida ma' l-applikazzjoni kopja tal-kuntratt tal-kera u jindika n-numru ta' ettari li dwarhom ikollu l-ħsieb li jikri d-drittijiet għall-ħlas. Skond il-każ, l-Artikolu 42(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd.

    3. L-inkwilin għandu japplika għall-ħlas taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni skond l-Artikolu 12, waqt li jżid ma' l-applikazzjoni kopja tal-kuntratt tal-kiri.

    4. Stat Membru jista' jeħtieġ li l-applikazzjonijiet ta' l-inkwilin u ta' min jagħti b'kera jintgħamlu flimkien jew li t-tieni applikazzjoni jkun fiha referenza għall-ewwel waħda.

    Taqsima 2 Dispożizzjonijiet speċifiċi oħra

    Artikolu 28

    Żona ta' għalf għaż-żwiemel

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 43(2) (b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Stat Membru jista' jiddeċiedi li juża ż-żona ta' għalf għaż-żwiemel dikjarata mill-bidwi fl-applikazzjoni għall-għajnuna taż-żona għall-2004 jew fis-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni sakemm il-bidwi ma jagħtix prova, għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti, li ż-żona tiegħu ta' għalf għaż-żwiemel fil-perjodu ta' referenza kienet aktar baxxa.

    Artikolu 29

    Produzzjoni ta' qanneb

    Għall-finijiet ta' l-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-ħlas ta' dittijiet għal żoni ta' qanneb għandu jkun suġġett għall-użu taż-żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fl-Anness II li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 795/2004 fil-verżjoni applikabbli għas-sena li fir-rigward tagħha jingħata l-ħlas. Fil-każ ta' qanneb imkabbar għall-fibra, iż-żerriegħa għandha tkun ċertifikata skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE(4) u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha.

    Artikolu 30

    Drittijiet suġġetti għal kondizzjonijiet speċjali

    1. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni ta' l-attività agrikola espressa bħala unitajiet ta' bhejjem ta' l-irziezet (LU) isemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, it-tabella ta' konverżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 131(2)(a) ta' dak ir-Regolament għandha tgħodd għan-numru ta' annimali li dwarhom il-ħlas dirett imsemmi fl-Anness VI li jinsab ma' dak ir-Regolament kien ingħata fil-perjodu ta' referenza.

    2. Annimali bovini maskili u femminili ta' anqas minn sitt xhur għandhom jiġu konvertiti fl-LU bl-użu tal-koeffiċjent 0,2.

    3. Sabiex jiġi verifikat li l-attività agrikola minima espressa f'unitajiet ta' bhejjem ta' l-irziezet skond il-paragrafu 1 tiġi rispettata, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu n-numru ta' annimali skond wieħed mill-metodi li ġejjin:

    (a) L-Istati Membri għandhom jitolbu lil kull produttur biex jiddikjara, fuq il-bażi tar-reġistru tiegħu tar-razzett, qabel data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mid-data tal-ħlas, in-numru ta' LUs;

    u/jew

    (b) L-Istati Membri għandhom jużaw database komputerizzata stabbilita skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE(5) u r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) biex jistabbilixxi n-numru ta' LUs bil-kondizzjoni li d-database toffri, għas-sodisfazzjon ta' l-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward ta' l-eżattezza tad-data li jkun fiha għall-finijiet ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    4. L-attività agrikola minima meħtieġa għandha titqies li tkun rispettata fejn in-numru ta' LUs jilħaq 50 % matul perjodu jew f'ċerti dati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandu jingħata kont ta' l-annimali kollha mibjugħa jew maqtula matul is-sena kalendarja.

    5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikar l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta' produtturi li, permezz ta' numru annormalment baxx ta' LUs matul parti tas-sena artifiċjalment joħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa biex jirrispettaw l-attività agrikola minima.

    Artikolu 31

    Premium tal-maħleb u ġlasijiet addizzjonali

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2005 jew, fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fl-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni:

    (a) fil-każ fejn il-bidwi tal-maħleb ikun irċieva ħlasijiet oħra diretti fil-perjodu ta' referenza:

    - jekk kellu ettari fil-perjodu ta' referenza, id-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu kalkolati, skond l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fuq il-bażi ta' l-ettari kollha li fil-perjodu ta' referenza taw dritt għal dawk il-ħlasijiet diretti nkluża ż-żona ta' għalf għaż-żwiemel;

    - jekk ma kellu ebda ettari fil-perjodu ta' referenza, għandu jirċievi d-drittijiet għall-ħlas suġġett għall-kondizzjonijiet speċjali kalkolati skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

    (b) fil-każ fejn bidwi tal-maħleb ma jkun irċieva ebda ħlasijiet oħra diretti fil-perjodu ta' referenza:

    - jekk ikollu ettari, d-drittijiet għall-ħlas għandhom jiġu kalkolati billi jiġi diviż l-ammont li għandu jingħata taħt l-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bl-ettari li jkun proprjetarju tagħhom fl-2005 jew, fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni;

    - Jekk ma kellu ebda ettari, huwa għandu jirċievi drittijiet għall-ħlas suġġett għall-kjondizzjonijiet speċjali kalkolati skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    2. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2006, l-Artikolu 50 ta' dak ir-Regolament għandu jgħodd.

    Il-Kapitolu 5 Twarrib

    Artikolu 32

    Kondizzjonijiet għat-twarrib

    1. Iż-żoni mwarrba għandhom hekk jibqgħu għall-perjodu li jibda l-aktar tard fil-15 ta' Jannar u li jintemm l-aktar kmieni fil-31 ta' Awissu. Iżda, l-Istati membri għandhom jippreskrivu l-kondizzjonijiet li taħthom il-produtturi jistgħu jkunu awtorizzati li jiżirghħu żerriegħa mill-15 ta' Lulju għall-ħsad fis-sena ta' wara u l-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex il-mergħa tkun awtorizzata mill-15 ta' Lulju jew, fil-każ ta' kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, fil-15 ta' Ġunju fl-Istati membri fejn jiġi tradizzjonalment prattikat iċ-ċaqliq ta' l-għanem ta' kull staġjun minn reġjun għall-ieħor.

    2. L-Istati Membri għandhom japplikaw miżuri adattati kompatibbli mas-sitwazzjoni speċifika ta' żoni mwarrba sabiex jiżguraw li dawn jinżammu f'kondizzjoni agrikola u mabjentali tajba u li l-ambjent jiġi protett.

    Dawk il-miżuri għandhom jinvolvu kopertura ħadra. F'dak il-każ, il-miżuri għandhom jassiguraw li l-kopertura ħadra ma tkunx tista' tintuża għall-produzzjoni taż-żerriegħa u li ma tkunx tista' tintuża għal finijiet agrikoli qabel il-31 ta' Awissu jew, qabel il-15 ta' Jannar wara dan, biex jiġu prodotti uċuh tar-raba għas-suq.

    3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal żoni mwarrba jew afforestati skond l-Artikoli 22, 23, 24 u 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999(7) u li jgħoddu għall-finijiet ta' twarrib obbligatorju, fejn jirriżulta li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ikunu inkompatibbli mal-ħtiġiet ambjentali jew ta' afforestazzjoni preskritti f'dawk l-Artikoli.

    Artikolu 33

    Bdil ta' art eliġibbli għal twarrib

    Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 54(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel subparagrafu ta' dak l-Artikolu biss taħt is-sitwazzjonijiet u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) Għal żoni suġġetti għal programm ta' ristrutturar, imfissra bħala "bidla fl-istruttura u/jew iż-żona eliġibbli ta' azjenda mposta mill-awtoritajiet pubbliċi",

    (b) Fil-każ ta' forma waħda jew oħra ta' intervent pubbliku, fejn dak l-intervent jirriżulta f'li bidwi jwarrab art li qabel kienet neqjusa bħala ineliġibbli biex ikompli l-attività agrikola normali tiegħu u l-intervent in kwistjoni jfisser li l-art oriġinarjament eliġibbli temmet li tibqa' bħala tali,

    (ċ) Fejn il-bdiewa jkunu jistgħu jagħtu raġunijiet relevanti u oġġettivi dwar l-iskambju ta' art ineliġibbli għal art eliġibbli fl-azjendi tagħhom,

    F'dawn il-każi, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jipprevjenu xi żieda sinjifikanti fiż-żona totali eliġibbli għal drittijiet ta' twarrib. Dan jista' b'mod partikolari jinvolvi li żoni li qabel kienu eliġibbli jitqiesu bħala ineliġibbli bħala miżura ta' tpaċija. Żoni dikjarati ġodda bħala eliġibbli mill-Istati Membri ma għandhomx jeċċedu iż-żona dikjarata ġdida b'aktar minn 5 %. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal sistema għan-notifikazzjoni u l-approvazzjoni minn qabel ta' dawk l-iskambji.

    Artikolu 34

    Produzzjoni organika

    1. K-eżenzjoni minn twarrib li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 55(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jgħodd għal numru ta' ettari li ma jkunx għola minn-numru ta' drittijiet inwarrba li bidwi jirċievi fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. Fil-każ tat-trasferiment ta' drittijiet imwarrba flimkien ma' art, il-paragrafu 1 ma għandux jgħodd bil-kondizzjoni li l-Artikolu 55(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġi mħares.

    Il-Kapitolu 6 Implimentazzjoni reġjonali u mhux obbligatorja

    Taqsima 1 Implimentazzjoni reġjonali

    Artikolu 35

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 58(1) u 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief kif mod ieħor provdut f'din it-Taqsima, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 36

    Kalkolazzjoni tal-limitu reġjonali

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 58(1) u 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fil-każ ta' bdiewa li l-azjandi tagħhom ikunu jinsabu parzjalment fir-reġjun konċernat, u mingħajr pregudizzju għall-Artikolu 58(3) ta' dak ir-Regolament, il-limitu reġjonali għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' referenza li jikkorrispondi mal-untiajiet ta' produzzjoni li jkunu taw id-dritt għall-ħlas dirett fil-perjodu ta' referenza li jkunu jinsabu fir-reġjun konċernat, jew skond kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Istat Membru.

    2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta' referenza ndividwali msemmi fl-Artikolu 59(3) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun dak li jikkorrispondi mal-unitajiet ta' produzzjoni li taw id-dritt għall-ħlasijiet diretti fil-perjodu ta' referenza fir-reġjun konċernat, jew skond kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Istat Membru.

    3. L-Artikolu 26(2) għandu japplika skond il-każ.

    Artikolu 37

    Stabbiliment tar-riżerva nazzjonali

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-fini ta' l-istabbiliment tar-riżerva nazzjonali, t-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 42(1) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi applikat għall-limitu msemmi fl-Anness VIII ta' dak ir-Regolament u, skond il-każ, aġġustat qabel l-istabbiliment definittiv tad-drittijiet għall-ħlas kif imsemmija fl-Artikolu 38(3) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 38

    Allokazzjoni inizjali ta' drittijiet għall-ħlas

    1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 59(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri gġandhom jistabbilixxu n-numru ta' ettari eliġibbli msemmi f'dawk il-paragrafi nkluża l-mergħa billi jużaw in-numru ta' ettari dikjarati għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu n-numru ta' ettari eliġibbli msemmija fl-Artikolu 59(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 inkluża l-mergħa billi jiddikjaraw in-numru ta' ettari dikjarati fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna taż-żona għall-2044 jew għas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni. Fil-każi fejn in-numru ta' ettari eliġibbli dikjarat mill-bdiewa fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema jkun aktar baxx minn-numru ta' ettari eliġibbli stabbilit skond l-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista' jalloka mill-ġdid, f'parti jew għal kollox, l-ammonti li jkunu jikkorrispondu mal-ettari li ma jkunux ġew dikjarati bħala suppliment ta' kull dritt għall-ħlas allokat fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni. Is-suppliment għandu jiġi kalkolat billi jiġi diviż l-ammont konċernat bin-numru ta' drittijiet għall-ħlas allokati.

    3. Il-valur u n-numru ta' drittijiet għall-ħlas allokati fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-bdiewa għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-ħlas fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni għandhom ikunu provviżorji. Il-valur definittiv u n-numru għandhom ikunu stabbiliti, l-aktar tard sal-31 ta' Diċembru ta' l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, wara jitwettqu l-verifiki magħmula skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004.

    Artikolu 39

    Allokazzjoni inizjali ta' drittijiet imwarrba

    1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 63(2) it-tielet subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rata ta' twarrib billi jużaw it-tegħrif disponsibbli relatat ma' l-art konċernat.

    2. In-numru ta' ettari li jikkorrispondu mad-drittijiet imwarrba allokati fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni ma għandhomx ivarjaw b'marġini ta' aktar minn 5 % tan-numru medju ta' ettari mwarrba fil-perjodu ta' referenza.

    Fejn jinqabeż il-marġini msemmi fl-ewwel subparagrafu. in-numru ta' ettari għandu jiġi aġġustat l-aktar tard sal-1 ta' Awissu ta' l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni. Iżda, l-obbligu ta' twarrib relatat mad-drittijiet għall-ħlas ħodda tat-twarrib għandhom biss jgħoddu għall-bidwi konċernat mill-bidu tas-sena ta' wara.

    Artikolu 40

    Applikazzjoni ta' l-Artikolu 42(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-każ ta' anqas ettari mid-drittijiet għall-ħlas

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u jiddeċiedi li japplika l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, għall-fini ta' l-allokazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas skond dak l-Artikolu 7, in-numru ta' drittijiet għall-ħlas li għalih allokazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 hija marbuta għandha tkun daqsinsew għan-numru inizjali ta' drittijiet għall-ħlas bl-awtorizzazzjoni, u skond il-każ, ma tkunx għola mid-drittijiet għall-ħlas allokati.

    Artikolu 41

    Stabbiliment u trasferiment ta' drittijiet għall-ħlas b'awtorizzazzjoni

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorizzazzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 60 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu marbuta ma' kull dritt għall-ħlas individwali li għandu jiġi allokat lill-bdiwi konċernat.

    2. Fil-każ li n-numru ta' awtorizzazzjonijiet ikun aktar baxx minn-numru ta' drittijiet għall-ħlas, l-awtorizzazzjoni għandha tkun marbuta mad-drittijiet għall-ħlas li jibdew minn dawk li jkollhom l-ogħla valur ta' unità. Fil-każ ta' trasferiment ta' drittijiet għall-ħlas, l-awtorizzazzjoni għandha ssegwi d-dritt għall-ħlas li tkun marbuta miegħu.

    3. Stat Membru jista' jawtorizza, fuq it-telba ta' bidwi, it-trasferiment ta' awtorizzazzjoni marbuta ma' dritt ta' twarrib ta' dritt għall-ħlas.

    Artikolu 42

    Premium tal-maħleb u ħlasijiet addizzjonali

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 62 ta' dak ir-Regolament fl-2005 jew, fil-każ ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fl-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni, l-Artikoli 59(2) u (3) ta' dak ir-Regolament għandhom jgħoddu rispettivament.

    2. Fejn bidwi ma jkollu ebda ettari, huwa għandu jirċievi drittijiet għall-ħlas suġġett għall-kondizzjonijiet speċjali kalkolati skond l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    3. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 62 fl-2006 jew l-2007, l-Artikoli 48, 49 u 50 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw skond il-każ.

    Artikolu 43

    Twarrib

    1. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, dan għandu jistabbilixxi u jikkomunika lill-bdiewa r-rata ta' twarrib imsemmija fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 63(2) ta' dak ir-Regolament sal-31 ta' Awissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni.

    2. Fil-każ ta' bdiewa li l-azjenda tagħhom tkun tinstab parzjalment fir-reġjun konċernat mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-rata ta' twarrib għandha tgħodd għall-art eliġibbli tal-bidwi, msemmija fl-Artikolu 63(2) it-tieni subparagrafu ta' dak ir-Regolament, li tkun timsab fir-reġjun konċernat.

    Artikolu 44

    Żamma fuq bejgħ ta' drittijiet għall-ħlas

    Fejn Stat membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 46(3) ta' dak ir-Regolament, il-perċentwali ta' tnaqqis li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu wara tnaqqis mill-valur tad-drittijiet għall-ħlas ta' frankiġja daqsinsew għall-valut tal-unità reġjonali kalkolat skond l-Artikolu 59(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Artikolu 45

    Klawżola dwar profitt qawwi

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 42(9) ta' dak ir-Regolament, il-perċentwali ta' tnaqqis li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għall-valur ta' kull dritt għall-ħlas u/jew għall-ammont ekwivalenti espress fin-numru ta' drittijiet għall-ħlas li għandhom jiġu allokati.

    Artikolu 46

    Klawżola ta' kuntratt privat

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-finijiet ta' l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, l-ammont ta' referenza kalkolat għall-unitajiet ta' produzzjoni li jkunu ġew trasferiti għandu jingħata kont tagħhom għall-istabbiliment tal-valur tad-drittijiet għall-ħlas kollha tax-xerrej.

    L-Artikolu 27 ma għandux jgħodd.

    Taqsima 2 Implimentazzjoni mhux obbligatorja

    Artikolu 47

    Meta jinqabżu l-limiti

    Fejn it-total ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu taħt kull skema li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 66 sa 69 jisboq il-limitu ffissat skond l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont li jitħallas għandu jitnaqqas proporzjonalment fis-sena konċernata.

    Artikolu 48

    Implimentazzjoni ta' l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

    1. Il-ħals addizzjonali li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jingħara, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet li hemm provvediemnt dwarhom fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

    2. Il-ħlas għandu jsir biss lil bdiewa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, irrispettivament jekk ikunux applikaw jew le għall-sikema ta' ħlas waħdieni jew ikunuz iżommu drittijiet għall-ħlas.

    3. "Fis-settur jew setturi konċernati miż-żamma" għandha tfisser li ħlas jista' jintalab, fil-prinċipju, mill-bdiewa kollha li jipproduċu, fiż-żmien tat-tagħmil ta' applikazzjoni għall-ħlas addizzjonali u taħt il-kondizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom f'dan l-Artikolu, il-prodotti koperti mis-settur jew setturi msemmija fl-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    4. Fil-każ li l-ħlas ikopri t-tipi ta' biedja jew kwalità u miżuri tal-marketing li dwarhom ma tiġi speċifikata ebda produzzjoni speċifika jew il-produzzjoni ma tkunx direttament koperta b'xi settur, il-ħlas jista' jiġi provdut taħt il-kondizzjoni li ż-żamma ssir fis-setturi kollha msemmija fl-Anness VI li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-bdiewa bis li jkunu jagħmlu parti minn xi settur imsemmi f'dak l-Anness għandhom jipparteċipaw f'dik l-iskema.

    5. Fil-każ ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f'livell reġjonali ż-żamma għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi tal-komponent tal-ħlasijiet tas-setturi konċernati fis-settur konċernat.

    L-Istati Membru għandhom jiddefinixxu r-reġjun fil-livell territorjali adattat skond kriterji oġġettivi u b'dak il-mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ fis-suq jew fil-kompetizzjoni.

    6. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-ħlas li jkollhom il-ħsieb li jagħtu u, b'mod partikolari, l-kondizzjonijiet ta' eliġibilità u s-setturi konċernati l-aktar tard sal-1 ta' Awissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni.

    Kull bidla fil-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha ssir l-aktar tard sal-1 ta' Awissu u għandha tgħodd għas-sena ta' wara. Din għandha tiġi komunikata immedjatament lill-Kummissjoni akkumpanjata bil-kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw dawk il-bidliet. Iżda, Stat Membru jista' ma jimmodifikax is-setturi konċernati jew il-perċentwal ta' żamma.

    Il-Kapitolu 7 Komunikazzjonijiet

    Artikolu 49

    Reġjunalizzazzjoni

    Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa għandu jikkomunika lill-Kummisjoni l-aktar tard sal-1 ta' Awissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, il-ġustifikazzjoni u l-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni li tiġi applikata l-għażla, u fejn meħtieġ, il-ġustifikazzjoni tal-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu biss f'reġjun partikolari, jew il-ġustifikazzjoni għad-diviżjoni parzjali li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu.

    Artikolu 50

    Tagħrif dwar ħlasijiet

    1. L-Istati membri għandhom jikkomunikaw, permezz ta' mezzi elettroniċi, lill-Kummissjoni kull sena:

    (a) l-aktar tard sal-15 ta' Settembru ta' l-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni u, fis-snin ta' wara, l-aktar tard sal-31 ta' Awissu, in-numru totali ta' applikazzjonijiet taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni għas-sena kurrenti, flimkien mal-ammont totali li jikkorrispondi tad-drittijiet għall-ħlas li jagħtu dritt għall-ħlas u n-numru totali ta' ettari eliġibbli jakkumpnajaw, kif ukoll is-somma totali ta' l-ammonti li jkun baqa' fir-riżerva nazzjonali;

    (b) l-aktar tard sal-15 ta' Settembru, it-tagħrif definittiv tan-numru totali ta' applikazzjonijiet taħt l-iskema ta' ħlas waħdieni aċċettati għas-sena ta' qabel u n-numru totali li jikkorrispondi mal-ħlasijiet li jkunu ingħataw, wara applikazzjoni, skond il-każ, tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 6, 10, 11, 24 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    2. Fil-każ ta' l-implimentazzjoni reġjonali ta' l-iskema ta' ħlas waħdieni kif hemm provvediment dwarha fl-artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati ŻMmebri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) għal kull wieħed mir-reġjuni konċernati, u, l-aktar tard sal-1 ta' Awissu tal-ewwel sena ta' l-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, il-parti li tikkorrispondi tal-limitu stabbilit skond l-Artikolu 58(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

    Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) għandha tkun ibbażata fuq id-drittijiet għall-ħlas provviżorji. L-istess informazzjoni bbażata fuq id-drittijiet għall-ħlas definittivi għandha tiġi komunikata sal-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

    Il-Kapitolu 8 Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 51

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2005 ħlief għall-Artikolu 12(1) u (2) li għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' April 2004.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).

    [2] ĠU L 141, tat-30.4.2004, p.1

    [3] ĠU L 38, tat-12.2.2000, p.1.

    [4] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 74.

    [5] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32.

    [6] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 1.

    [7] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

    --------------------------------------------------

    Top