This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0533
Council Regulation (EC) No 533/2004 of 22 March 2004 on the establishment of European partnerships in the framework of the stabilisation and association process
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta` shubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta` shubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni
ĠU L 86, 24.3.2004, pp. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
18/03/2008
Official Journal L 086 , 24/03/2004 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar it-twaqqif ta‘ shubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-ewwel sentenza ta' Artikolu 181a(2) tiegħu, Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-Kunsill Ewropew ta' Feira tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2000, ikkonferma li l-għan tiegħu jibqa' li kemm hu possibli, l-pajjiżi fil-punent tal-Balkani jkunu integrati b'mod sħiħ fil-kuntest politiku u ekonomiku Ewropew u jirrikonoxxi li l-pajjiżi kollha konċernati huma kandidati potenzali għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. (2) Id-Dikjarazzjoni ta' Żagreb tal-Laqgħa Għolja tal-24 ta' Novembru 2000 bejn il-Kapijiet jew il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċazzjoni, tirrikonoxxi li l-prospett ta' adeżjoni ikun offrut kemm il-darba jintlaħqu l-kondizzjonijiet tal-kriterji mfissra waqt il-Kunsill Ewropew f'Kopenħagen f'Ġunju ta' l-1993, u a-bazi ta' progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni, b'mod partikolari dawk dwar koperazzjoni reġjonali. (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 ikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġja l-prospetti tal-pajjiżi fil-Punent tal-Balkani b'mod sħiħ u effettiv, u afferma li huma ser isiru parti integrali mill-Unjoni Ewropea hekk kif jilħqu l-kriterji stabbiliti. Approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003, li jinkludu l-Anness bl-isem "L-Aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea". L-"Aġenda ta' Tessaloniki" tidentifika modi kif issaħħaħ il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċazzjoni, fosthom it-tfassil ta' partnerships Ewropej (4) Fl-ambitu tad-Dikjarazzjoni ta' Tessaloniki tal-Laqgħa Gholja bejn il-UE u l-Balkani tal-Punent tal-21 ta' Ġunju 2003, "l-Aġenda ta‘ Tessaloniki" hija kunsidrata bħala waħda komuni li l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi fil-punent tal-Balkani ser ikun impenjati li jimplimentaw. It-tisħiħ tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċazzjoni jibqa' l-qafas ewlieni għall-mixja lejn l-Ewropa li twassal għall-adeżjoni tal-pajjiżi fil-punent tal-Balkani. (5) L-ishubija Ewropea għall-pajjiżi fil-punent tal-Balkani sejra tidentifika l-prioritajiet biex tittieħed azzjoni li ssostni l-isforzi li jressquhom eqreb ta' l-Unjoni Ewropea waqt li sservi wkoll bhala kejl li bih wieħed jara l-progress li jkun sar. Dawn ikunu addattati għall-bżonnijiet speċifiċi u għall-istadji rispettivi ta' preparazzjoni, kif ukoll għall-ispeċifiċitá tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni li tinkludi koperazzjoni reġjonali. Ser isiru konsultazzjonijiet fuq bażi informali mal-pajjiżi u, kif xieraq, mal-komunità internazzjonali waqt il-preparazzjoni għall-partnership Ewropea. (6) Il-partnerships Ewropej, li jkunu aġġornati skond il-bżonn, huma meħtieġa biex jgħinu lill-pajjiżi fil-Punent tal-Balkani jippreparaw għas-sħubija f'kuntest koerenti u biex jelaboraw programmi li jinkludu d-dati għar-riformi u dettalji dwar miżuri li ser jieħdu biex jindirizzaw il-ħtiġiet li jwasslu għal aktar integrazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea (7) Jixraq li l-għajnuna mill-Komunità tikkonċentra fuq sfidi li jkunu definiti fil-kuntest tal-partnerships Ewropej li ser jagħtu direzzjoni lill-għajnuna finanzjarja u josservaw prinċipji definiti, prioritajiet u kondizzjonijiet. (8) Fil-kuntest tal-proċess għall-istabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, l-għajnuna komunitarja għall-pajjiżi fil-Punent tal-Balkani tingħata bis-saħħa ta' strumenti finanzjarji relevanti u b'mod partikolari bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar għajnuna għall-Albanija, għall-Bosnija-Erzegovina, għall-Kroazja, għar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2]; għal din ir-raġuni dan il-Regolament m'għandux implikazzjonijiet Finanzjarji. (9) L-ipprogrammar tar-riżorsi finanzjarji li flimkien jagħmlu l-għajnuna Komunitarja għandu jkun ibbażat fuq il-prioritajiet tal-partnerships Ewropej u jkun deċiż b'konformitá mal-proċeduri msemmija fl-istrumenti finanzjarji relevanti. (10) Ir-reviżjoni tal-prioritajiet tal-partnerships Ewropej tista' toħloq impatt sinifikanti fuq ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi fil-punent tal-Balkani. Għalhekk ikun xieraq li l-Kunsill jaddotta prinċipji, prioritajiet u kondizzjonijiet li japplikaw għal kull partnership Ewropea. (11) Il-kontrolli ta' dawn il-partnerships Ewropej huma assigurati fil-kuntest tal-mekkaniżmi stabbiliti bis-saħħa tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, speċifikament fir-rapporti annwali dwar il-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-partnerships Ewropej ikunu stabbiliti għall-Albanija, l-Bosnia-Erzegovina, l-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja u l-Montenegro li jinkludu l-Kosovo kif iddefinit mir-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtá tal-Ġnus Magħquda 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999, (minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "the Partners (Shab)"). Il-partnership Ewropew għandu jipprovdi qafas li jinkorpora l-prioritajiet li joħorġu mill-analiżi tas-sitwazzjonijiet differenti tal-Partners, li fuqhom għandhom ikunu konċentrati l-preparamenti għal aktar integrazzjoni ma' l-Unjoni Ewopea fid-dawl tal-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew u l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni li jinkludi l-ftehim dwar l-istabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni fejn neċessarju u b'mod partikolari koperazzjoni reġjonali. Artikolu 2 Il-Kunsill ser jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata dwar proposta mill-Kummissjoni, l-prinċipji, l-prioritajiet u l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu inkorporati fil-partnerships Ewropej flimkien ma' kull tibdil sussegwenti. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 2004. F'isem il-Kunsill Il-President B. Cowen [1] Opinjoni ta' l-10 ta' Marzu 2004 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 306, 07.12.00, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2415/2001 (ĠU L 327, 12.12.01, p. 3). --------------------------------------------------