EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0296

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u ikel

ĠU L 50, 20.2.2004, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/10/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1216

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/296/oj

32004R0296



Official Journal L 050 , 20/02/2004 P. 0015 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/2004

tad-19 ta’ Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 20,

billi:

(1) Is-simbolu tal-Komunità u l-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 u 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2082/92 huma komposti mill-mudelli li jidhru fil-partijiet A u B ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1848/93 [2].

(2) Is-simbolu Finlandiż u Svediż u l-indikazzjonijiet għandhom ikunu miżjuda ma’ l-Anness imsemmi hawn fuq u s-simboli u l-indikazzjonijiet użati mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għandhom ikunu dikjarati validi sakemm jikkonformu mal-mudelli f’dan l-Anness.

(3) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar iċ-Ċertifikati ta’ Karattru Speċifiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1848/93 huwa mibdul hawnhekk mill-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Is-simboli u l-indikazzjonijiet fil-Finlandiż u fl-Isvediż użati mid-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Isvezja u l-Finlandja għandhom ikunu validi sakemm jikkonformu mal-mudelli li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, 24.07.92, p. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.05.03, p. 1).

[2] ĠU L 168, 10.07.93, p. 35. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2182/98 (ĠU L 275, 10.10.98, p. 18).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Parti A

+++++ TIFF +++++

Parti B

Dansk GARANTI FOR TRADITIONEL SPECIALITET

Deutsch GARANTIERT TRADITIONELLE SPEZIALITÄT

Eλληνικά EIΔIΚΟ ΠAPAΔΟΚΟ ΠPOΪON EITYHMENO

English TRADITIONAL SPECIALITY GUARANTEED

Español ESPECIALIDAD TRADICIONAL GARANTIZADA

Français SPÉCIALITÉ TRADITIONELLE GARANTIE

Italiano SPECIALITÀ TRADIZIONALE GARANTITA

Nederlands GEGARANDEERDE TRADITIONELE SPECIALITEIT

Português ESPECIALIDADE TRADICIONAL GARANTIDA

Suomi AITO PERINTEINEN TUOTE

Svenska GARANTERAD TRADITIONELL SPECIALITET

--------------------------------------------------

Top