EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0275
Commission Regulation (EC) No 275/2004 of 17 February 2004 initiating an investigation concerning the possible circumvention of anti-dumping measures imposed by Council Regulation (EC) No 1796/1999 on imports of steel ropes and cables originating in the People's Republic of China, by imports of steel ropes and cables consigned from Morocco, whether declared as originating in Morocco or not and making such imports subject to registration
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2004 tas-17 ta' Frar 2004 li jibda investigazzjoni dwar l-evitar possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 dwar l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, minn importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils li jiġu mill-Marokk, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u kemm jekk le u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2004 tas-17 ta' Frar 2004 li jibda investigazzjoni dwar l-evitar possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 dwar l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, minn importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils li jiġu mill-Marokk, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u kemm jekk le u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni
ĠU L 47, 18.2.2004, p. 13–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 18/08/2004
Official Journal L 047 , 18/02/2004 P. 0013 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2004 tas-17 ta' Frar 2004 li jibda investigazzjoni dwar l-evitar possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 dwar l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, minn importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils li jiġu mill-Marokk, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u kemm jekk le u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1972/2002 [2] (ir-Regolament bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 14(5) tiegħu, Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. TALBA (1) Il-Kummissjoni irċeviet talba, skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, "ir-Regolament Bażiku", sabiex tinvestiga evitar tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kajbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (2) It-talba ġie imdaħħla fil-5 ta' Jannar 2004 mill-EWRIS, il-kumitat ta' ko-ordinazzjoni bejn l-industriji tal-ħbula tal-wajer ta' l-UE, f'isem 19-il produttur tal-Komunità. B. PRODOTT (3) Il-prodott ikkonċernat mill-evitar possibli huma ħbula u kajbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li normalment huma ddikjarati taħt il-kodiċi CN ex73121082, ex73121084, ex73121086, ex73121088 u ex73121099 (il-prodott ikkonċernat). Il-kodiċi huma mogħtija biss bħala informazzjoni. (4) Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ħbula u wajers li jiġu mill-Marokk (il-prodott taħt investigazzjoni) li normalment huwa iddikjarat taħt l-istess kodiċi tal-prodott ikkonċernat. C. MIŻURI FIS-SEĦĦ (5) Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li jista' jkun li hemm evitar fuqhom huma miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 [4]. D. RAĠUNIJIET (6) Il-Kummissjoni irċeviet talba, skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, "ir-Regolament Bażiku", sabiex tinvestiga l-evitar possibli tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' ħbula u kajbils li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina qed jiġu mdawra permezz tat-trasbord via l-Marokk ta' ħbula u wajers ta' l-azzar. (7) L-evidenza preżentata hija kif ġej: Wara l-impożizzjoni tal-miżuri dwar il-prodott konċernat sar tibdil sinifikanti fil-petern tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Marokk lejn il-Komunità, u ma hemmx raġuni jew ġustifikazzjoni biżżejjed għal tibdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tat-taxxa. Dan it-tibdil fil-petern tal-kummerċ jidher li jibda mit-trasbord ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina via l-Marokk. Barra minn hekk, it-talba għandha biżżejjed evidenza li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qegħdin jiġu mnaqqsa kemm f'termini ta' kwantità kif ukoll f'termini ta' prezz. Volumi sinjifikanti ta' l-importazzjonijiet ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar mill-Marokk jidhru li ħadu post l-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat. Ukoll, hemm biżżejjed evidenza illi iż-żieda fl-importazzjonijiet qegħda ssir bi prezzijiet ferm taħt il-prezz bla danni stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. Fl-aħħar, it-talba għandha biżżejjed evidenza li l-prezzijiet tal-ħbula u tal-kajbils ta' l-azzar huma dumped fir-rigward tal-valur stabbilit minn qabel għall-prodott ikkonċernat. E. PROĊEDURA (8) Fid-dawl ta' li hawn hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet illi hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet ta' ħbula u kajbils ta' l-azzar mill-Marokk, kemm jekk joriġinaw minn hemmhekk u kemm jekk le, soġġetti għal reġistrazzjoni, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. (a) Kwestjonarji (9) Sabiex takkwista l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta' l-esportaturi u tal-produtturi fil-Marokk, l-esportaturi/produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-esportaturi/produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi fil-Komunità li kkoperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti jew li huma elenkati fit-talba u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Marokk. Informazzjoni, kif xieraq, tista' tinkiseb ukoll mill-industrija tal-Komunità. (10) Fi kwalunkwe każ, il-partijiet kollha interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni mill-ewwel, imma mhux aktar tard mill-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament sabiex isiru jafu jekk humiex elenkati fit-talba u, jekk meħtieġ, li jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, mifhum li l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet kollha interessati. (11) L-awtoritajiet tar-Repubbilka tal-Poplu taċ-Ċina u tal-Marokk għandhom jiġu notifikati bil-bidu ta' l-investigazzjoni u mogħtija kopja tat-talba. (b) Il-ġbir ta' l-informazzjoni u ż-żamma tas-seduti (12) Partijiet interessati huma b'dan il-mezz mistiednin illi jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u illi jipprovdu evidenza li tappoġġjhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru illi hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. (ċ) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet jew miżuri (13) Skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew miżuri jekk l-importazzjoni ma' jkunx fiha evitar. (14) L-evitar possibbli sar barra l-Komunità. L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandu l-għan illi jmur kontra l-prattiċi ta' l-evitar mingħajr ma jaffettwa l-operaturi li jistgħu jippruvaw illi mhumiex involuti fi prattiċi bħal dawn, imma ma għandux dispożizzjoni speċifika li tipprovdi għal trattament ta' produtturi fil-pajjiżi kkonċernati li jistgħu jistabbilixxu li ma kienux involuti fi prattiċi ta' l-evitar. Għalhekk, jidher meħtieġ illi tiġi ntrodotta l-possibilità għall-produtturi kkonċernati illi jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti li jesportaw jew minn miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet. (15) Produtturi li jixtiequ li jakkwistaw eżenzjoni għandhom japplikaw għaliha u jissottomettu kwalunkwe risposta għall-kwestjonarju mitlub fil-limiti taż-żmien li japplikaw, sabiex ikun jista' jiġi stabbilit li mhumiex iduru mad-doveri ta' anti-dumping fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Importaturi jistgħu jibqgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew miżuri sakemm l-importazzjonijiet tagħhom huma mingħand produtturi li huma mogħtija eżenzjoni bħalha, u bi qbil ma' l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. F. REĠISTRAZZJONI (16) Bi qbil ma' l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet taħt investigazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex tkun żgurata li jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' l-evitar, ikunu jistgħu jintalbu taxxi anti-dumping f'ammonti xierqa, wara d-data tar-reġistrazzjoni tal-ħbula u tal-kajbils ta' l-azzar li jiġu mill-Marokk. G. LIMITI TA' ŻMIEN (17) Fl-interess ta' amministrazzjoni tajba, għandhom ikunu mogħtija l-limiti taż-żmien li fihom: - partijiet interessati jistgħu jgħarrfu lilhom infushom mal-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu r-risposti għal-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra li għandha tittieħed f'konsiderazzjoni waqt l-investigazzjoni, - Partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub lill-Kummissjoni. (18) Għandha tinġibied l-attenzjoni lejn il-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet ta' proċedura stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu fuq li l-parti jagħmel lilu nnifsu magħruf fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. H. NUQQAS TA' KOPERAZZJONI (19) Fil-każijiet li fihom kwalunkwe parti interessata tirrifjuta l-aċċess għal jew inkella ma tipprovdix informazzjoni meħtieġa fil-limitu ta' żmien, jew timpedixxi b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, it-tisjib, affermattiv jew negattiv, tista' ssir skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. (20) Fil-każijiet li fihom kwalunkwe parti interessata tipprovdi informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni ma għandhiex titqies aktar u għandu jsir użu, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, tal-fatti disponibbli. Jekk parti interessata ma tikkoperax, jew tikkopera biss parzjalment, u jsir użu mill-aħjar fatti disponibbli, ir-riżultat jista' jkun inqas favorevoli milli kieku kkoperat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B'dan qiegħda tinbeda investigazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex jiġi stabbilit jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ħbula u kejbils ta' l-azzar konsenjati mill-Marokk, kemm jekk joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex73121082, ex73121084, ex73121086, ex73121088 u ex73121099 (kodiċi TARIC 7312108212, 7312108412, 7312108612, 7312108812, 7312109912), humiex qegħdin iduru mal-miżuri imposti bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 dwar il-ħbula u kejbils ta' l-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Artikolu 2 L-awtoritajiet doganali, b'dan qegħdin jingħataw struzzjoni, skond l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, sabiex jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet fil-Komunità identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, b'Regolament, tista' tidderieġi l-awtoritajiet Doganali sabiex iwaqqfu l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti ffabbrikati mill-produtturi li applikaw għal eżenzjoni ta' reġistrazzjoni u li nstabu li ma ħarbux mit-taxxi ta' anti-dumping. Artikolu 3 1. Kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien ħmistax mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 2. Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom għandhom jitqiesu matul l-investigazzjoni, għandhom jagħmlu lilhom infushom magħrufin billi jikkontattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet ta' kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 40 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor. 3. Il-partijiet interessati jistgħu japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum. 4. Kwalunkwe informazzjoni li għandha x'taqsam mal-kwistjoni, kwalunkwe talba għal smigħ jew għal kwestjonarju kif ukoll kwalunkwe talba għal awtorizzazzjoni taċ-ċertifikati ta' nuqqas ta' evitar għandha ssir bil-miktub (mhux f'format elettroniku, sakemm mhux speċifikat b'mod ieħor), għandha tindika l-isem, l-indirizz, l-indirizz ta' l-e-mail, telefon, fax u/jew in-numru tat-telex tal-parti interessata. Is-sottomissjonijiet miktubin, inkluż l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrespondenza fornuta mill-partijiet interessata fuq bażi kunfidenzali għandha tiġi ttikkettjata bħala "Limitata" [5] u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandhom ikunu akkompanjati b'verzjoni mhux konfidenzali, li sejra tkun ittikkettjata "Għal spezzjoni mill-partijiet interessati" u għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej: European Commission Directorate General for Trade Directorate B J-79 5/16 B - 1049 Brussels Fax (32-2) 295 65 05 Telex COMEU B 21877 Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fis-17 ta' Frar 2004. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. [2] ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1. [3] ĠU L 217, tas-17.8.1999, p. 1. [4] ĠU L 238, tal-25.9.2003, p. 1. [5] Dan iffisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett bi qbil ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43 Huwa dokument kunfidenzali bi qbil ma' l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tal-Ftehim tal-WTO ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT ta' l-1994 (Ftehim Anti-dumping). --------------------------------------------------