This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004O0013
2004/546/EC: Guideline of the European Central Bank of 1 July 2004 on the Eurosystem’s provision of reserve management services in euro to non-European Union central banks, countries outside the European Union and international organisations (ECB/2004/13)
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva fl-euro mill-Ewrosistema għal banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva fl-euro mill-Ewrosistema għal banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
ĠU L 241, 13.7.2004, p. 68–71
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 36–39
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Imħassar b' 32006O0004
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
36 |
LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta' l-1 ta' Lulju, 2004
dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva fl-euro mill-Ewrosistema għal banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, għal pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u għal organizzazzjonijiet internazzjonali
(BĊE/2004/13)
(2004/546/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 23,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 23 flimkien ma' l-Artikolu 43.4 ta' l-istatut, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-istati Membri li addottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet ma' banek ċentrali f'pajjiżi oħra, u fejn ikun xieraq, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jwettqu kull tip ta' tranżazzjonijiet bankarji fir-relazzjonijiet tagħhom ma' terzi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(2) |
Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li l-Ewrosistema għandha taġixxi bħala sistema waħda meta tipprovdi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil dawn il-klijenti, mingħajr ma jingħata każ tal-membru ta' l-Ewrosistema li permezz tiegħu dawn s-servizzi huma pprovduti. Għal dan il-għan, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li hu meħtieġ li jaddotta din il-Linja ta' Gwida biex jiżgura, inter alia, li s-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema huma pprovduti fuq bażi standardizzata skond termini u kundizzjonijiet armonizzati, li l-BĊE jirċievi informazzjoni adegwata dwar dawn is-servizzi, u li l-karatteristiċi komuni minimi meħtieġa f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti huma identifikati. |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li hu meħtieġ li jikkonferma li l-informazzjoni kollha, id-data u d-dokumenti abbozzati minn u/jew skambjati bejn il-membri ta' l-Ewrosistema fil-kuntest tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, huma ta' natura kunfidenzjali u huma suġġetti għall-Artikolu 38 ta' l-istatut. |
(4) |
Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-istatut, il-linji ta' gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità''. |
ADDOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din il-Linja ta' Gwida:
— |
“kull tip ta” tranżazzjonijiet bankarji' għandha tinkludi l-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil banek ċentrali f'terzi pajjiżi, lil pajjiżi terzi nfishom u lil organizzazzjonijiet internazzjonali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-immaniġġjar tar-riżervi ta' dawk il-banek ċentrali, tal-pajjiżi u ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, |
— |
“personal tal-BĊE awtorizzat” għandha tfisser dawk il-persuni fil-BĊE kif għandhom jiġu identifikati mill-Bord Eżekuttiv minn żmien għal żmien, bħala dawk il-persuni awtorizzati biex jibagħtu u jirċievu l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, |
— |
“banek ċentrali” għandha tinkludi awtoritajiet monetarji, |
— |
“klijent” għandha tfisser kwalunkwe pajjiż barra l-Unjoni Ewropea (non-EU) (inkluża kwalunkwe awtorita pubblika jew aġenzija tal-gvern), kwalunkwe bank ċentrali jew awtorita monetarja barra l-UE, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li qed tirċievi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema minn membru ta' l-Ewrosistema, |
— |
“servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema” għandha tfisser servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva msemmija fl-Artikolu 2 li jistgħu jiġu pprovduti minn membri ta' l-Ewrosistema lill-klijenti, u li jħallu lill-klijenti biex jimmaniġġjaw b'mod komprensiv ir-riżervi tagħhom permezz ta' membru wieħed ta' l-Ewrosistema, |
— |
“Eurosystem Serviċe Provider” (ESP) għandha tfisser membru ta' l-Ewrosistema li jinkariga ruħu biex jipprovdi s-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, |
— |
“Individual Serviċe Provider” (ISP) għandha tfisser membru ta' l-Ewrosistema li ma jinkarigax ruħu biex jipprovdi s-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, |
— |
“organizzazzjoni internazzjonali” għandha tfisser kwalunkwe organizzazzjoni, minbarra korpi u istituzzjonijiet tal-Komunita', stabbilita mill- jew skond l-awtorita ta' xi trattat internazzjonali, |
— |
“riżervi” għandha tfisser l-attiv eliġibbli u denominat fl-ewro tal-klijent, i.e. flus kontanti u t-titoli kollha li huma eliġibbli bħala “tier one assets” tad-database ta' l-attiv eliġibbli ta' l-Ewrosistema, kif ippubblikati u aġġornati kuljum fuq il-website tal-BĊE, bl-eċċezzjoni ta' kemm it-titoli li jaqgħu taħt “issuer group 3” u, għall-issuer groups li jifdal, it-titoli li jaqgħu taħt “kategorija ta' likwidita IV”. Għall-fini ta' din il-Linja ta' Gwida, riżervi ma jinkludux la l-attiv miżmum esklussivament għall-iskop li jintlaħqu l-obbligi relatati mal-penzjoni tal-klijent, fil-konfront ta' l-istaff eżistenti jew ta' qabel, lanqas il-kontijiet mirhuna u miftuħa minn xi klijent ma' xi membru ta' l-Ewrosistema, għall-iskopijiet ta' l-ippjanar mill-ġdid tad-dejn pubbliku fi ħdan il-qafas ta' ftehim internazzjonali, |
— |
“terzi pajjiżi” għandha tfisser pajjiżi barra l-UE. |
Artikolu 2
Lista ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema
Is-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema għandhom jikkonsistu f'li ġejjin:
1. |
Kontijiet ta' kustodja (safe keeping) għar-riżervi; |
2. |
Servizzi kustodji (safe keeping):
|
3. |
Servizzi ta' ħlas:
|
4. |
Servizzi ta' flus kontanti/investiment:
|
Artikolu 3
Proviżjon ta' servizzi mill-ESPs u l-ISPs
1. Fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, qed issir distinzjoni bejn il-membri ta' l-Ewrosistema bħala jew ESP jew ISP.
2. Flimkien mas-servizzi indikati fl-Artikolu 2, kull ESP jista' wkoll joffri servizzi oħra ta' l-immaniġġjar tar-riżerva lill-klijenti. Xi ESP għandu jiddetermina dawn is-servizzi fuq bażi individwali u dawn is-servizzi ma għandhomx ikunu suġġett għal din il-Linja ta' Gwida.
3. Xi ISP għandu jkun suġġett għal din il-Linja ta' Gwida, u għall-obbligi tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema fir-rigward ta' servizz wieħed jew aktar ta' l-immaniġġjar tar-riżerva, jew fir-rigward ta' parti minn dak is-servizz, li dan l-ISP jipprovdi u li jagħmel parti mis-sett komplut tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema. Barra minn dan, kull ISP jista wkoll joffri servizzi oħra ta' l-immaniġġjar tar-riżerva lill-klijenti u għandu jiddetermina dawn is-servizzi fuq bażi individwali. Dawn is-servizzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal din il-Linja ta' Gwida.
Artikolu 4
Informazzjoni dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema
1. Membri ta' l-Ewrosistema għandhom jipprovdu lill-personàl awtorizzat tal-BĊE b' kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar il-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil klijenti ġodda u eżistenti, u jinfurmawh ukoll meta xi klijent potenzjali javviċinahom.
2. Qabel ma l-membri ta' l-Ewrosistema jikxfu l-identità ta' klijent eżistenti, ġdid jew potenzjali, huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jakkwistaw il-kunsens għall-kxif ta' l-identità tal-klijent.
3. Jekk ma jakkwistax il-kunsens, il-membru ta' l-Ewrosistema interessat għandu jipprovdi lill-personàl awtorizzat tal-BĊE bl-informazzjoni meħtieġa mingħajr ma jikxef l-identità tal-klijent.
Artikolu 5
Projbizzjoni u sospensjoni tal-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema
1. Il-BĊE se jżomm għall-konsultazzjoni mill-membri ta' l-Ewrosistema, lista ta' klijenti eżistenti jew potenzjali u li r-riżervi tagħhom huma milquta minn ordni ta' iffriżar jew xi miżura simili, imposta jew minn wieħed mill-istati Membri ta' l-UE abbażi tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda jew mill-Unjoni Ewropea.
2. Jekk abbażi ta' xi miżura jew deċiżjoni, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, addottati għal politika nazzjonali jew għal raġunijiet ta' interess nazzjonali, minn membru ta' l-Ewrosistema jew mill-istat Membru li fih ikun qiegħed il-membru ta' l-Ewrosistema, il-membru ta' l-Ewrosistema jissospendi l-proviżjon tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil xi klijent eżistenti, jew jirrifjuta li jipprovdi dawn is-servizzi lil xi klijent ġdid, dan il-membru għandu jinnotifika minnufih lill-personàl awtorizzat tal-BĊE. Il-personàl tal-BĊE awtorizzat għandu jinforma minnufih lill-membri l-oħra ta' l-Ewrosistema. Miżura jew deċiżjoni bħal din m'għandhiex iżżomm il-membri l-oħra ta' l-Ewrosistema milli jipprovdu servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema lil dawk il-klijenti.
3. L-Artikolu 4(2) u (3) għandhom japplikaw għal kwalunkwe kxif ta' l-identità ta' xi klijent eżistenti jew potenzjali magħmula skond il-paragrafu 2.
Artikolu 6
Responsabbilta għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema
1. Kull membru ta' l-Ewrosistema għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti tiegħu li huwa jikkonsidra xierqa għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema.
2. Salvi xi kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi u applikabbli, jew miftiehma minn membru ta' l-Ewrosistema, kull membru ta' l-Ewrosistema li jipprovdi servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema, jew xi parti minn dawn is-servizzi, lill-klijenti tiegħu, għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe servizzi bħal dawn li huwa jipprovdi.
Artikolu 7
Karatteristiċi komuni minimi addizzjonali f'arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti
Il-membri ta' l-Ewrosistema għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom mal-klijenti jkunu, mill-1 ta' Jannar, 2005, konsistenti ma' din il-linja ta' Gwida u mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali li ġejjin. L-arranġamenti kuntrattwali għandhom:
(a) |
jiddikjaraw li l-kontroparti tal-klijent huwa l-membru ta' l-Ewrosistema li miegħu dak il-klijent ikun ikkonkluda arranġament għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema jew għall-proviżjon ta' xi parti minnhom, u li fih innifsu dak l-arranġament ma joħloqx drittijiet tal-klijent jew jeddijiet fil-konfront ta' kwalunkwe membru ieħor ta' l-Ewrosistema. Din id-dispożizzjoni ma żżommx xi klijent milli jkollu xi arranġament ma' bosta membri ta' l-Ewrosistema; |
(b) |
jirreferu għar-rabtiet (links) li jistgħu jintużaw għall-ħlas ta' titoli miżmuma mill-kontropartijiet tal-klijenti, u għar-riskji relevanti fl-użu ta' rabtiet (links) mhux evalwati għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja; |
(ċ) |
jirreferu għall-fatt li ċerti tranżazzjonijiet fi ħdan il-qafas tas-servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema għandhom jitwettqu bl-akbar prudenza u diliġenza possibbli; |
(d) |
jirreferu għall-fatt li l-membru ta' l-Ewrosistema jistà jagħmel suġġerimenti lill-klijenti dwar iż-żmien u l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni biex jevita kunflitti mal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju ta' l-Ewrosistema, u li dan il-membru m' għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenzi li dawk is-suġġerimenti jistgħu jkollhom għall-klijent; |
(e) |
jirreferu għall-fatt li t-tariffi li l-membri ta' l-Ewrosistema jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom għall-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema huma suġġetti għal reviżjonijiet mill-Ewrosistema, u li l-klijenti għandhom, skond il-liġi applikabbli, ikunu marbuta bir-reviżjonijiet tat-tariffi li jistgħu jirriżultaw minn dawn ir-reviżjonijiet. |
Artikolu 8
Ir-rwol tal-BĊE fil-proviżjon ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema
Il-BĊE se jikkoordina l-proviżjon ġenerali ta' servizzi ta' l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema u l-qafas informattiv relatat. Kull membru ta' l-Ewrosistema li jsir ESP jew li jittermina l-istatus tiegħu bħala ESP għandu jinforma lill-BĊE dwar dan.
Artikolu 09
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju, 2004.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar, 2005.
Artikolu 10
Destinatarji
Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fl-1 ta' Lulju, 2004.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET