EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0104

Direttiva tal-Kummissjoni 2004/104/KE ta' l- 14 ta' Ottubru 2004 li tadatta għad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE fuq progress tekniku, dwar l-interferenza tar-radjo (kompatibiltà elettro-manjetika) minn vetturi, u li temenda Direttiva 70/156/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, dwar approvazzjoni tat-tip, ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 337, 13.11.2004, p. 13–58 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 283–328 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/104/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

283


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/104/KE

ta' l-14 ta' Ottubru 2004

li tadatta għad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE fuq progress tekniku, dwar l-interferenza tar-radjo (kompatibiltà elettro-manjetika) minn vetturi, u li temenda Direttiva 70/156/KEE fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, dwar approvazzjoni tat-tip, ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Rat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Rat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip, ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (1), kif l-aħħar emendata b’Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE, u partikularment Artikolu 13(2) tad-Direttiva,

Rat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE ta' l-20 ta' Ġunju 1972 dwar l-interferenza tar-radjo (kompatibiltà elettro-manjetika)tal-vetturi (2), kif l-aħħar emendata b’Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE u partikularment Artikolu 4 tad-Direttiva.

Billi:

(1)

Direttiva 72/245/KEE hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip, stabbilita b’Direttiva 70/156/KEE.

(2)

Mill-1995, meta ġiet emendata Direttiva 72/245/KEE, kien hemm żjieda konsiderevoli fin-numru ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi imwaħħla fuq vetturi bil-mutur. Dawn il-komponenti llum jikkontrollaw apparat mhux biss ta’ kumdità, tagħrif u divertiment imma wkoll xi funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà.

(3)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-emenda ta’ Direttiva 72/245/KEE ’l hawn, m’huwiex aktar meħtieġ li tagħmir li jkun ħareġ mis-suq li u li ma jkollux x’jaqsam ma’ funzjonijiet ta’ sigurtà jkun regolat b’Direttiva speċifikament fuq il-kompatibiltà elettro-manjetika (EMC) fis-settur awtomobilistiku. Għal tagħmir bħal dan, biżżejjed tinkiseb Dikjarazzjoni ta’ Konformità skond il-proċeduri stabbiliti f’Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fuq il-kompatibiltà elettro-manjetika (3), kif l-aħħar emendata b’Direttiva 93/68/KEE u b’Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 fuq it-tagħmir tar-radjo u fuq it-tagħmir tat-terminali tat-telekomunikazzjonijiet u l-għarfien rispettiv tal-konformità tagħhom (4).

(4)

Il-kondizzjonijiet u l-provvedimenti ta’ l-eżami ta’ l-EMC tat-tagħmir elettriku u elettroniku ġew aġġornati kontinwament bil-ħidma ta’ Standardizzazzjoni tal-Kumitat Speċjali Internazzjonali fuq l-Interferenza tar-Radjo (CISPR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). Għalhekk jixraq li f’din id-Direttiva ssir referenza għall-proċeduri ta’ l-eżami, deskritti ħafif fl-edizzjonijiet riċenti ta’ l-istàndards relevanti.

(5)

Direttiva 72/245/KEE għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens.

(6)

L-emendi lid-Direttiva 72/245/KEE għandhom impatt fuq Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, jeħtieġ li dik id-Direttiva tiġi emendata f’dan is-sens.

(7)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma kompatibbli ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, fuq Adattament għall-Progress Tekniku, stabbilita b’Direttiva 70/156/KEE,

TADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi għal Direttiva 72/245/KEE qegħdin jiġi mibdula bl-Annessi għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2006, għal vetturi, komponenti jew units tekniċi separati konformi mal-provvedimenti ta’ Annessi I sa X ta’ Direttiva 72/245/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, ebda Stat Membru ma jista’, fuq bażi li għandha x’taqsam ma’ kompatibiltà elettro-manjetika:

a)

jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip, tal-KE, jew approvazzjoni tat-tip, nazzjonali, jew

b)

jpprojbixxi r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-Servizz.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għal tip ta’ vettura, komponent jew unit tekniku separat, li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Annessi I sa X ta’ Direttiva 72/245/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri, fuq bażi marbuta ma’ kompatibiltà elettro-manjetika:

a)

m’għandhomx aktar jagħtu approvazzjoni tat-tip, tal-KE, u

b)

jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip, nazzjonali.

3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, jekk il-provvedimenti ta’ Annessi I sa X ta’ Direttiva 72/245/KEE kif emendati b’din id-Direttiva ma jiġux sodisfatti, l-Istati Membri, fuq bażi marbuta ma’ kompatibiltà elettro-manjetika:

a)

għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jiġu ma’ vetturi ġodda, fil-kuntest ta’ Direttiva 70/156/KEE, mhux aktar validi għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 (1) ta’ dik id-Direttiva,

b)

jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-Servizz ta’ vetturi ġodda li ma jiġux b’ċertifikat ta’ konformità skond Direttiva 70/156/KEE.

4.   B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, il-provvedimenti ta’ l-Annessi I sa X ta’ Direttiva 72/245/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, fuq il-kompatibiltà elettro-manjetika, għandha tapplika għal komponenti jew units tekniċi separati għall-għanijiet ta’ Artikolu 7(2) ta’ Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 3

Direttiva 70/156/KEE qiegħda tiġi emendata kif ġej:

1.

Anness I qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a)

f’punt 0.5, qiegħda tiżdied il-linja li ġejja:

“Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:”

(b)

qiegħed jiżdied il-punt li ġej

“12.7

Tabella ta’ l-installazzjoni u l-użu tat-transmiters ta’ l-RF fil-vettura(i), fejn japplikaw (ara Anness I, 3.1.8.):

bands ta’ frekwenza [Hz]

massimu ta’ enerġija prodotta [W]

pożizzjoni ta’ l-erjal fuq il-vettura, kondizzjonijiet speċifiċi għall-installazzjoni u/jew l-użu

L-applikant għall-approvazzjoni tat-tip għandu wkoll jipprovdi, fejn jixraq:

 

Appendiċi 1

Lista (bid-ditta(/i) u t-tip(i) tal-komponenti kollha elettriċi u/jew elettroniċi milquta minn din id-Direttiva (ara punti 2.1.9. u 2.1.10) u mhux elenkati qabel.

 

Appendiċi 2

Dijagrammi kematiċi jew tpinġija ta’ l-arranġament ġenerali tal-komponenti elettriċi u/jew elettronici (milquta minn din id-Direttiva) u l-arranġament ġenerali tal-harness ta-sistema tal-wajers.

 

Appendiċi 3

Deskrizzjoni tal-vettura magħżula biex tirrappreżenta t-tip

 

Stil tal-bòdi:

 

Left jew right hand drive:

 

Distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara:

 

Appendiċi 4

Rapport(i) relevanti tat-testijiet ipprovduti mill-produttur jew laboratorji approvati/rikonoxxuti biex joħorġu ċ-ċerifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.”

2.

F’Anness III, Sezzjoni A, qiegħda tiżdied il-linja li jimiss ma’ punt 0.5:

“Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:”

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu u jippubblikaw, sat-30 ta’ Diċembru 2005 l-aktar tard, il-liġijiet, regolamenti u provvedimenti amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Minnufih, għandhom jgħaddu lill-Kumissjoni, it-test ta’ dawk il-provvedimenti u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-provvedimenti u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk il-provvedimenti mill-1 ta’ Jannar 2006.

Meta l-Istati Membri jdaħħlu dawk il-provvedimenti, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tal-provvedimenti prinċipali tal-liġi nazzjonali, li jdaħħlu fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE (ĠU L 153, 30.04.2004, P. 103).

(2)  ĠU L 152, 6.7.1972, p.15. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 8.11.1995, p.1).

(3)  3 ĠU L 139, 23.5.1989, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, P.1).

(4)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.


ANNESS

LISTA TA’ ANNESSI

ANNESS I

Kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati mill-vetturi u sotto-muntaġġi elettriċi/elettroniċi magħmula fuq vettura

Appendiċi 1:

Lista ta’ standards imsemmija f’din id-Direttiva

Appendiċi 2:

Limiti ta’ referenza għall-broadband ta’ vettura

Erjal - separazzjoni mill-vettura: 10 m

Appendiċi 3:

Limiti ta’ referenza għall-broadband ta’ vettura

Erjal - separazzjoni mill-vettura: 3 m

Appendiċi 4:

Limiti ta’ referenza għan-narrowband ta’ vettura

Erjal - separazzjoni mill-vettura: 10 m

Appendiċi 5:

Limiti ta’ referenza għan-narrowband ta’ vettura

Erjal - separazzjoni mill-vettura: 3 m

Appendiċi 6:

Sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku

Limiti ta’ referenza għall-broadband

Appendiċi 7:

Sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku

Limiti ta’ referenza għan-narrowband

Appendiċi 8:

Mudell għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip, tal-KE

ANNESS II A

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni ta’ vettura, tal-KE

ANNESS II B

Dokument ta’ tagħrif dwar l-approvazzjoni ta’ sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku, tal-KE

ANNESS III A

Mudell ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip, tal-KE

ANNESS III B

Mudell ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip, tal-KE

ANNESS III C

Mudell ta’ attestazzjoni skond Anness I, 3.2.9.

L-ANNESS IV

Metodu ta’ kejl ta’ emissjonijiet elettro-manjetiċi broadband irradjati minn vetturi

L-ANNESS V

Metodu ta’ kejl ta’ emissjonijiet elettro-manjetiċi narrowband irradjati

L-ANNESS VI

Metodu ta’ eżami għall-immunità tal-vetturi għal radjazzjoni elettro-manjetika

L-ANNESS VII

Metodu ta’ kejl ta’ emissjonijiet elettro-manjetiċi broadband irradjati minn sotto-muntaġġi elettriċi/elettroniċi

Appendiċi 1 - Dijagramma 1:

Sit ta’ l-eżami, medda miftuħa: Konfini tal-medda ta’ l-eżami tas-sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku.

Medda lixxa libera bla wċuh li jirriflettu electro-manjetiċi

L-ANNESS VIII

Metodu ta’ kejl ta’ emissjonijiet elettro-manjetiċi narrowband irradjati minn sotto-muntaġġi elettriċi/elettroniċi

L-ANNESS IX

Metodu/i ta’ eżami għall-immunità ta’ sotto-muntaġġi elettriċi/elettroniċi għal radjazzjoni elettro-manjetika

Appendiċi 1 - Dijagramma 1

800 mm Testijiet ta’ l-istripline

Appendiċi 1 - Dijagramma 2

800 mm Dimensjonijiet ta’ l-istripline

Appendiċi 2

Dimensjonijiet tipiċi ta’ ċellula ta’ TEM

ANNESS X

Metodu/i ta’ eżami għal immunità għal u emissjoni ta’ transients ta’ sotto-muntaġġi elettriċi/elettroniċi

ANNESS I

KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU RISPETTATI MILL-VETTURI U SOTTO-MUNTAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI MWAĦĦLA FUQ VETTURA

1.   Intenzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-kompatibiltà elettro-manjetika ta’ vetturi koperti f’Artiklu 1, li huma vetturi jew trejlers (’il quddiem imsemmija bħala vetturi) kif fornuti mill-produttur tal-vettura u għal komponenti jew units tekniċi separati maħsuba biex jitwaħħlu fuq vetturi.

Tkopri:

Kondizzjonijiet dwar l-immunità għal radjazzjoni ta’ disturbanzi u trażmissjoni ta’ disturbanzi għal funzjonijiet relatati mal-kontroll dirett tal-vettura, relatati mal-ħarsien tas-sewwieq, passiġġier u oħrajn li jużaw it-triq u relatati ma’ disturbanzi, li joħolqu konfużjoni lis-sewwieq jew oħrajn li jużaw it-triq;

Kondizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet mhux mixtieqa rradjati u trażmessi, biex jiġi mħares l-użu tagħmir ta’ l-elettriku jew elettroniku fl-istess vettura jew vetturi magħha jew ħdejha, u l-kontroll ta’ disturbanzi minn aċċessorji li jistgħu ikunu miżjuda lill-vettura.

2.   Definizzjonijiet

2.1   Għall-fini ta’ din id-Direttiva:

2.1.1.

“Kompatibiltà elettro-manjetika” tfisser il-kapaċità ta’ vettura jew komponent(i) jew unit(s) separati tekniċi, li jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti fl-ambjent elettro-manjetiku tagħhom bla ma jiġu introdotti disturbanzi elettro-manjetiċi intollerabbli fi kwalunkwe ħaġa li tkun f’dak l-ambjent.

2.1.2.

“Disturbanza elettro-manjetika” tfisser xi fenomenu elettro-manjetiku li jista’ jnaqqas l-eżekuzzjoni ta’ vettura jew komponent(i) jew unit(s) separati tekniċi, jew ta’ apparat ieħor, unit ta’ tagħmir jew sistema mħaddma qrib il-vettura. Disturbanza elettro-manjetika tista’ tkun storbju elettro-manjetiku, sinjal mhux intenzjonat jew bidla fl-oġġett stess li qiegħed joħloqha.

2.1.3.

“Immunità elettro-manjetika” tfisser il-kapaċità ta’ vettura jew komponent(i) jew unit(s) separati tekniċi, li jaħdmu bla tnaqqas fl-eżekuzzjoni fil-preżenza ta’ disturbanzi elettro-manjetiċi (speċifiċi) li jnkludu sinjali maħsuba ta’ frekwenza tar-radjo minn transmiters tar-radjo jew radjazzjoni ta’ emissjonijiet in-band minn apparat Industrijali-Xjentifiku-Mediku (ISM), ġewwa jew barra ’l-vettura.

2.1.4.

“Ambjent elettro-manjetiku” tfisser it-totalità ta’ fenomeni elettro-manjetiċi li jeżistu fil-lokalità partikulari.

2.1.5.

“Emissjoni broadband” tfisser emissjoni, li jkollha wisa’ ta’ banda akbar minn dik ta’ apparat għall-kejl jew riċevitur partikulari (Kumitat Speċjali Internazzjonali għall-Interferenza mir-Radjo (CISPR) 25, it-2 Edizzjoni).

2.1.6.

“Emissjoni narrowband” tfisser emissjoni li jkollha wisa’ ta’ banda inqas minn dik ta’ apparat għall-kejl jew riċevitur partikulari (CISPR 25, it-2 Edizzjoni).

2.1.7.

“Sistema ta” l-elettriku/elettronika' tfisser apparat jew sett(ijiet) ta’ apparat ta’ l-elettriku/jew electtroniku/ċi flimkien ma’ xi konnekxins li jagħmlu biċċa minn vettura imma li m’humiex maħsuba għal approvazzjoni tat-tip separatament mill-vettura.

2.1.8.

“Sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku” (ESA) tfisser apparat ta’ l-elettriku u/jew electtroniku jew sett(ijiet) ta’ apparat maħsuba biex jagħmlu biċċa nill-vettura, flimkien ma’ xi konnekxins u sistema tal-wajers assoċjati, li jaqdu funzjoni jew aktar speċjalizzata. ESA tista’ tkun approvata fuq talba ta’ produttur jew rappreżentant awtorizzat tiegħu, jew bħala “komponent” jew “unit separat tekniku (STU)” (ara Direttiva 70/156/KEE, Artiklu 2).

2.1.9.

“Tip ta’ vettura” b’relazzjoni ma’ kompatibiltà elettro-manjetika tfisser vetturi, li ma jvarjawx essenzjalment f’tali kwalitajiet bħal:

2.1.9.1.

id-daqs u l-għamla totali tal-kumpartiment tal-magna;

2.1.9.2.

l-arranġament ġenerali tal-komponenti ta’ l-elettriku u/jew elettroniċi u l-arranġament ġenerali tas-sistema tal-wajers;

2.1.9.3.

il-materjal primarju li huwa mibni bih il-bòdi jew qoxra (fejn japplika) tal-vettura (per eżempju, qoxra tal-bòdi ta’ l-azzar, aluminju jew fibra tal-ħgieġ). Il-preżenza ta’ pjanċi ta’ materjal differenti ma’ tibdilx it-tip ta’ vettura sakemm il-materjal primarju tal-bòdi mhux mibdul. Madankollu, varjazzjonijiet bħal dawn iridu jiġu notifikati.

2.1.10.

“Tip ta ESA” b’relazzjoni ma’ kompatibiltà elettro-manjetika tfisser ESAs, li ma jvarjawx fi kwalitajiet essenzjali bħal:

2.1.10.1.

il-funzjoni li taqdi l-ESA;

2.1.10.2.

l-arranġament ġenerali tal-komponenti elettriċi u/jew elettroniċi, fejn japplika.

2.1.11

Harness tas-sistema tal-wajers tal-vettura” tfisser kejbils ta’ provvista tal-vultaġġ, ta’ bus systems (e.g. CAN), ta’ sinjali jew ta’ erjals attivi, li jiġu installati mill-produttur tal-vettura.

2.1.12

Funzjonijiet marbuta ma’ l-Immunità huma:

a)

Funzjonijiet marbuta mal-kontroll dirett tal-vettura:

b’degradazzjoni jew bidla fil-: e.g. magna, gêr, brejk, suspenxin, stêring attiv, apparat għall-limitazzjoni tal-veloċità;

b’tibdil li jolqot il-pożizzjoni tas-sewwieq: e.g. pożizzjoni tas-sît jew l-istêring;

b’tibdil li jolqot il-viżibiltà tas-sewwieq: e.g. dawl baxx, wajper tal-ħġieġa ta’ quddiem.

b)

Funzjonijiet marbuta mal-protezzjoni tas-sewwieqa, passiġġieri u oħrajn li jużaw it-triq:

e.g. airbag u sistemi ta’ restrizzjoni ta’ sigurtà.

c)

Funzjonijiet ii meta jiġu mfixkla joħolqu konfużjoni lis-sewwieq jew lil oħrajn li jużaw it-triq:

tfixkil ottiku: tħaddim mhux sew ta’ e.g. indikejters tad-direzzjoni, dwal tal-brejkijiet, dwal li jimmarkaw t-truf tal-vettura, dawl ta’ wara, light bars għas-sistema ta’ l-emerġenza, tagħrif żbaljat minn indikejters ta’ twissija, dwal jew displays marbuta ma’ funzjonijiet fil-klawsoli a.) jew b.) li jistgħu jiġu osservati fil-vista diretta tas-sewwieq;

tfixkil akustiku: tħaddim mhux sew ta’ e.g. alarm tas-serq, ħorn.

d)

Funzjonijiet marbuta mal-funzjonalità tad-data bus tal-vettura:

b’imblukkar ta’ trażmissjoni tad-data fuq sistemi ta’ data bus ta’ vettura, li jintużaw biex tiġi trażmessa data, meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta’ funzjonijiet oħra marbuta ma’ l-immunità.

e)

Funzjonijiet li meta jiġu mfixkla jaffettwaw id-data statutorja tal-vettura: e.g. takografu, odometru.

3.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE

3.1.   Approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura

3.1.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip vettura, skond il-kompatibiltà elettro-manjetika tagħha b’konformità ma’ Artiklu 3 (4) ta’ Direttiva 70/156/KEE għandha tintefa’ mill-produttiur tal-vettura.

3.1.2.   Anness IIA jagħti mudell għad-dokument ta’ tagħrif.

3.1.3.   Il-produttur tal-vettura għandu jfassal ċedola li tiddeskrivi s-sistema kollha relevanti ta’ l-elettriku/elettroniċi tal-vettura jew ESAs, stili ta’ bòdi (1), varjazzjonijiet fil-materjal tal-bòdi (1), arranġamenti ġeneral tas-sistemi tal-wajers, varjazzjonijiet tal-magna, verżjonijiet left-hand/right-hand drive u verżjonijiet ta’ wheelbase. Sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi jew ESAs relevanti tal-vettura huma dawk li jistgħu jitfgħu radjazzjoni sinifikanti broadband jew narrowband u/jew dawk li huma involuti f’funzjonijiet relatati ma’ l-immunità (ara paragrafu 2.1.12 ta’ dan l-Anness) tal-vettura.

3.1.4.   Vettura rappreżentattiva għandha tintagħżel minn din l-iskeda sabiex tiġi eżaminata, bi qbil rispettiv bejn il-produttur u l-awtorità kompetenti. Din il-vettura għandha tirrappreżenta t-tip ta’ vettura (ara l-Appendiċi 1 għall-Anness IIA). L-għażla tal-vettura għandha tkun imsejsa fuq is-sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi offruti mill- produttur. Tista’ tintagħżel vettura jew aktar minn din l-iskeda sabiex tiġi eżaminata jekk jitqies bi ftehim rispettiv bejn il-produttur u l-awtorità kompetenti li hemm inklużi sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi differenti li jista’ jkollhom effett sinifikanti fuq il-kompatibiltà elettro-manjetika tal-vettura meta mqabbla ma’ l-ewwel vettura rappreżentattiva.

3.1.5.   L-għażla tal-vettura/i b’konformità ma’ paragrafu 3.1.4 hija limitata għall-kombinazzjonijiet vettura/sistema ta’ l-elettriku/sistema elettronika maħsuba għall-produzzjoni attwali.

3.1.6.   Il-produttur jista’ jissupplimenta l-applikazzjoni b’rapport mill-eżamijiet li saru. Kwalunkwe tali data pprovduta tist’ tintuża mill-awtorità għall-approvazzjoni, sabiex tfassal iċ-ċerifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.1.7.   Jekk is-Servizz Tekniku responsabbli mill-eżami għall-approvazzjoni tat-tip jagħmel l-eżami huwa stess, imbagħad għandha tiġi pprovduta vettura rappreżentattiva tat-tip għall-approvazzjoni, skond paragrafu 3.1.4.

3.1.8.   Il-produttur tal-vetturi għandu jipprovdi ċertifikat ta’ bands ta’ frekwenza, livelli ta’ enerġija, pożizzjonijiet ta’ l-erjals u provvedimenti ta’ l-installazzjoni għall-installazzjoni ta’ transmiters ta’ l-RF, anki jekk il-vettura mhix mgħammra bi transmiter ta’ l-RF fiż-żmien ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Dan għandu jkopri s-servizzi kollha tar-radjo mobbli normalment użati fil-vetturi. Dan it-tagħrif għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara l-approvazzjoni tat-tip.

Il-produttur tal-vetturi għandu jpprovdi evidenza li l-eżekuzzjoni tal-vettura ma tintlaqatx ħażin b’tali installazzjonijiet ta’ transmiters.

3.2   Approvazzjoni ta’ tip ta’ sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku (ESA)

3.2.1.   Applikabilità ta’ din id-Direttiva għall-ESA:

Image

3.2.2.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ ESA skond il-kompatibiltà elettro-manjetika tagħh b’kompatibilta’ ma’ Artiklu 3 (4) ta’ Direttiva 70/156/KEE għandha tintefa’ mill-produttiur ta’ l-ESA jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2.3.   Anness IIB jagħti mudell għad-dokument ta’ tagħrif.

3.2.4.   Il-produttur jista’ jissupplimenta l-applikazzjoni b’rapport mill-eżamijiet li saru. Kwalunkwe tali data pprovduta tist’ tintuża mill-awtorità għall-approvazzjoni, sabiex tfassal iċ-ċerifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Għal tagħmir maħsub għall-installazzjoni f’vettura, il-produttur jista’ jissupplimenta l-applikazzjoni bid-Dikjarazzjoni tal-Produttur ta’ Konformità skond il-provvedimenti ta’ Direttiva 99/5/KE jew Direttiva 89/336/KEE, ir-rapport ta’ l-eżami ta’ l-EMC u l-inistruzzjoni għal min juża li tagħti gwida għall-installazzjoni ta’ tali tagħmir fil-vetturi.

3.2.5.   Jekk is-Servizz Tekniku responsabbli mill-eżami għall-approvazzjoni tat-tip jagħmel l-eżami huwa stess, imbagħad għandu jiġi pprovdut kampjun tas-sistema ta’ l-ESA rappreżentattiva tat-tip biex jiġi approvat, jekk meħtieġ, wara diskussjoni mal-produttur fuq, per eżempju, varjazzjonijiet li jista’ jkun hemm fl-arranġament, numru ta’ komponenti, numru ta’ sensers. Jekk is-Servizz Tekniku jqis li hemm il-ħtieġa, jista’ jagħżel kampjun ieħor.

3.2.6.   Il-kampljun(i) għandu jiġi mmarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem fil-kummerċ jew il-marka tal-produttur u l-isem tat-tip.

3.2.7.   Fejn japplika, kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-użu għandhom jiġu identifikati. Kwalunkwe tali restrizzjonijiet għandhom jiddaħħlu f’Annessi IIB u/jew IIIB.

3.2.8   ESAs li jinġiebu fuq is-suq bħala spare parts m’għandhom ħtieġa ta’ ebda approvazzjoni jekk huma mmarkati b’mod ovvju bħala spare parts b’numru ta’ l-identifikazzjoni u jekk huma identiċi u mingħand l-istess produttur tat-tagħmir oriġinali (OEM) għal vettura ta’ tip ġa approvat.

3.2.9.   Komponenti mibjugħa bħala tagħmir ta’ wara s-suq u intiżi għall-installazzjoni f’vetturi bil-mutur ma jeħtieġu ebda approvazzjoni tat-tip jekk m’humiex relatati ma’ funzjonijiet relatati ma’ l-immunità. (Anness I, 2.1.12). F’dan il-każ għandha tinħareġ Dikjarazzjoni ta’ Konformità skond il-proċeduri tad-Direttivi 89/336/KEE jew 1999/5/KE. Biċċa minn din id-dikjarazzjoni trid tkun li l-ESA tirrispetta l-limiti stabbiliti f’paragrafi 6.5, 6.6, 6.8 u 6.9 ta’ Anness I ta’ din id-Direttiva.

Matul perijodu ta’ tranżizzjoni ta’ 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, min huwa responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ tali prodott għandu jissottometti t-tagħrif relevanti kollu u/jew kampjun għas-Servizz Tekniku li għandu jiddetermina jekk it-tagħmir ikunx relatat jew le ma’ l-immunità. Ir-riżultat ta’ l-ispezzjoni għandu joħroġ fi żmien 3 ġimgħat u ma jeħtieġx aktar eżamijiet. Dokument skond l-eżempju li jagħti l-Anness IIIC għandu jinħareġ mis-Servizz Tekniku matul l-istess perijodu. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, sa data tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, kwalunkwe każijied miċħuda fuq bażi ta’ sigurtà. Fuq il-bażi ta’ esperjenza prattika ta’ din il-kondizzjoni u fuq il-bażi tar-rapporti preżentati mill-Istati Membri, għandu jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija f’Artiklu 13 ta’ Direttiva 70/156/KEE, u qabel it-tmiem tal-perijodu tranżitorju, jekk għadx hemm il-ħtieġa ta’ dan id-dokument minbarra d-Dikjarazzjoni ta’ Konformità.

4.   Approvazzjoni tat-tip

4.1.   Rotot għall-approvazzjoni tat-tip

4.1.1.   Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura

Ir-rotot alternattivi li ġejjin, għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, jistgħu jintużaw fid-diskrezzjoni tal- produttur tal-vettura.

4.1.1.1.   Approvazzjoni ta’ installazzjoni ta’ vettura

Installazzjoni ta’ vettura tista’ tikseb approvazzjoni tat-tip direttament billi ssegwi l-provvedimenti tal-biċċiet relevanti ta’ paragrafu 6 ta’ dan l-Anness. Jekk tintagħżel din ir-rotta mill-produttur tal-vettura, m’huwa meħtieġ ebda eżami separat ta’ sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi jew ESAs.

4.1.1.2.   Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura b’eżami b’eżami ta’ l- ESAs individwali

Produttur ta’ vettura jista’ jikseb approvazzjoni għall-vettura billi juri lill-awtorità għall-approvazzjoni li s-sistemi kollha relevanti (ara paragrafu 3.1.3 ta’ dan l-Anness) ta’ l-elettriku/elettroniċi jew ESAs ġew approvati individwalment skond din id-Direttiva u ġew installati skond xi kondizzjonijiet li jista’ jkun hemm marbuta magħhom.

4.1.1.3.   Produttur jista’, jekk jixtieq, jikseb approvazzjoni għal din id-Direttiva jekk il-vettura m’għandha ebda tagħmir tat-tip, li huwa suġġett għal eżamijiet għal immunità jew emissjoni. Tali approvazzjonijiet ma jeħtieġux eżamijiet.

4.1.2.   Approvazzjoni tat-tip ta’ ESA

Approvazzjoni tat-tip jista jingħata lil ESA biex titwaħħal jew fuq xi tip ta’ vettura (Approvazzjoni tal-Komponent) jew fuq xi tip jew tipi speċifiku/ċi ta’ vettura types mitlub/a mill-produttur ta’ l-ESA (Approvazzjoni ta’ Unit Tekniku Separat).

4.1.3.   ESAs, li huma ntiżi jittrażmettu l-RF, u li ma rċevewx approvazzjoni tat-tip b’konnessjoni ma’ produttur tal-vetturi, għandu jkollhom linji ta’ gwida xierqa għall-installazzjoni.

4.2.   Għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip

4.2.1.   Vettura

4.2.1.1.   Jekk il-vettura rappreżentattiva tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond Artiklu 4 (3), u fejn japplika, Artiklu 4 (4) ta’ Direttiva 70/156/KEE.

4.2.1.2.   L-Anness IIIA jagħti mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.2.2.   ESA

4.2.2.1.   Jekk sistema/i rappreżentattiva/i ta’ l-ESAs tirrispetta/jirrispettaw il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandha tingħat approvazzjoni tat-tip tal-KE skond Artiklu 4 (3), u fejn japplika, Artiklu 4 (4) ta’ Direttiva 70/156/KEE.

4.2.2.2.   L-Anness IIIB jagħti mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4.2.3.   Biex tfassal iċ-ċertifikati msemmija f’paragrafu 4.2.1.2 jew 4.2.2.2, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li qiegħda tagħti l-appovazzjoni tista’ tuża rapport imħejji minn laboratorju ta’ l-eżamijiet akkreditat għall-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità għall-Approvazzjoni.

4.3.   Emendi ta’ l-approvazzjonijiet

4.3.1.   Fil-każ ta’ emendi ta’ approvazzjonijiet mgħotija skond din id-Direttiva, il-provvedimenti ta’ Artiklu 5 ta’ Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

4.3.2.   Emenda ta’ approvazzjoni tat-tip vettura b’żjieda jew sostituzzjoni ta’ ESA.

4.3.2.1.   Fejn produttur ta’ vettura jkun kiseb approvazzjoni għal installazzjoni ta’ vettura u jixtieq iżid jew jissostitwixxi sistema ta’ l-elettriku jew elettronika jew ESA li ġa rċeviet approvazzjoni skond din id-Direttiva, u li se tkun installata skond xi kondizzjonijiet marbuta magħha, l-approvazzjoni tal-vettura tista’ tiġi emendata bla aktar eżamijiet. Is-sistema ta’ l-elettriku jew elettronika jew ESA addizzjonali għanda titqies bħala biċċa mill-vettura, għall-għanijiet ta’ konformità tal-produzzjoni.

4.3.2.2.   Fejn il-part(ijiet) addizzjonali jew sostitwita ma rċevietx/ewx approvazzjoni skond id-Direttiva, u jekk jitqies li t-testijiet huma meħieġa, il-vettura kollha għandha titqies konformi jekk jista’ jintwera li l-part(ijiet) ġodda jew riveduti jkunu konformi mal-kondizzjonijiet relevanti ta’ paragrafu 6 jew jekk, f’eżami komparattiv, jista jintwera li l-pârt m’għandhiex tolqot ħażin il-konformità tat-tip ta’ vettura.

4.3.3   Iż-żjieda ta’ ESAs użati, li m’għandhomx it-tip approvat skond din id-Direttiva billi meta ġew installati l-ewwel darba, ma kienx hemm ħtieġa ta’ ebda approvazzjoni tat-tip, m’għandhiex tinvalida l-approvazzjoni tat-tip jekk l-installazzjoni ta’ tali ESAs użati issir skond ir-rikmandazzjonijiet tal-produttur ta’ l-ESA u tal-vettura.

5.   Marka

5.1.   Kull ESA konformi ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollu marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE.

5.2.   Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tikkonsisti fi

rettanglu madwar l-ittra “e” bit-tipa minuskola segwita bin-numru li jiddistingwi l- Istat Membru li ta l-approvazzjoni tal KE tat-tip ta’ komponent:

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Olanda

5

għall-Isvezja

6

għall-Belġju

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għall-Lussemburgu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

20

għall-Polonja

21

għall-Portugal

23

għall-Greċja

24

għall-Irlanda

26

għall-Islovenja

27

għall-Islovakja

29

għall-Estonja

32

għall-Latvja

36

għall-Litwanja

49

għal Ċipru

50

għal Malta

Qrib ir-rettanglu in-“numru ta’ l-approvazzjoni tal-bażi” li hemm f’artiklu 4 tan-numru ta’ approvazzjoni tat-tip imsemmi f’Anness VII ta’ Direttiva 70/156/KEE wara ż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat lill-aħħar emenda teknika prinċipali ta’ din id-Direttiva. In-numru ta’ sekwenza ta’ l-emenda u n-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent muri fuq iż-żertifikat għandhom ikunu mifruda b’asterisk. F’din id-Direttiva, in-numra tas-sekwenza huwa 03.

5.3.   Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għandha tkun imwaħħla mal-pârt prinċipali ta’ l-ESA (e.g. il-unit tal-kontroll elettroniku) b’tali mod li tkun tinqara sew ma tistax titħassar.

5.4.   Eżempju ta’ marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE huwa muri f’Appendiċi 8.

5.5   M’hija meħtieġa l-ebda marka għal sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi inklużi f’tipi ta’ vetturi approvati b’din id-Direttiva, u għal spare parts kif definiti f’paragrafu 3.2.8.

5.6.   Marki fuq kompatibiltà ta’ ESAs ma’ paragrafu 5.3 m’għandhomx għalfejn ikunu jidhru meta l-ESA tkun installata fil-vettura.

6.   Karatteristiċi

6.1.   Karatteristika ġenerali

6.1.1.   Vettura u s-sistema/i ta’ l-elettriku/elettroniċi jew ESA(s) tagħha għandhom ikunu mfassla, mibnija u mwaħħla b’tali mod li jippermettu lill-vettura, f’kondizzjonijiet normali ta’ l-użu, tkun konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

6.1.1.1.   Vettura għandha tiġi eżaminata għar-radjazzjoni ta’ emissjonijiet u għall-immunità għal radjazzjoni ta’ disturbanzi. M’huma meħtieġa ebda eżamijiet għat-trażmissjoni ta’ emissjonijiet jew immunità għal disturbanzi trażmessi, għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

6.1.1.2.   L-ESA(s) għandhom jiġu eżaminati għar-radjazzjoni u t-trażmissjoni ta’ emissjonijiet, għall-immunità għal radjazzjoni u trażmissjoni ta’ disturbanzi.

6.1.2.   Qabel jagħmel l-eżami, is-Servizz Tekniku għandu jħejji pjan ta’ l-eżami flimkien mal-produttur, li jkun fih għallinqas, mod ta’ tħaddim, funzjoni(jiet) stimulat(i), funzjoni(jiet) immonitorjati, kriterju(i) ta’ suċċess/falliment u emissjonijiet intiżi.

6.2.   Karatteristiċi li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettro-manjetika broadband mill-vetturi.

6.2.1.   Metodu ta’ kejl

Ir-radjazzjoni elettro-manjetika ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel bil-metodi deskritti f’Anness IV. Dawn għandhom jiġu definiti mill-produttur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

6.2.2.   Limiti għall-approvazzjoni tat-tip broadband tal-vettura

6.2.2.1.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt f’Appendiċi IV bi spazju mill-vettura-għall-erjal ta’ 10,0 ± 0,2 m, il-limiti għandhom ikunu ta’ 32 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 30 sa 75 MHz u ta’ 32 sa 43 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 75 sa 400 MHz, liema limitu jiżdied logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 43 dB mikrovolt/m.

6.2.2.2.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt fl-Anness IV bi spazju mħaddem mill-vettura-għall-erjal ta’ 3.0 ± 0.05 m, il-limiti għandhom ikunu ta’ 42 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 30 sa 75 MHz u ta’ 42 sa 53 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 75 sa 400 MHz, liema limitu jiżdied logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 53 dB mikrovolt/m.

6.2.2.3.   Il-valuri mkejla, espressi f’dB mikrovolt/m għandhom ikunu taħt il-limiti għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha.

6.3.   Karatteristiċi li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettro-manjetika narrowband mill-vetturi.

6.3.1.   Metodu ta’ kejl

Ir-radjazzjoni elettro-manjetika ġġenerata mill-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel bil-metodi deskritti f’Anness V. Dawn għandhom jiġu definiti mill-produttur tal-vettura bi qbil mas-Servizz Tekniku.

6.3.2.   Limiti għall-approvazzjoni tat-tip narrowband tal-vettura

6.3.2.1.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt fl-Anness V bi spazju mħaddem mill-vettura-għall-erjal ta’ 10,0 ± 0,2 m, il-limiti għandhom ikunu ta’ 22 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 22 sa 33 MHz u ta’ 22 sa 33 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 75 sa 400 MHz, liema limitu jiżdied logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 33 dB mikrovolt/m.

6.3.2.2.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt fl-Anness V bi spazju mħaddem mill-vettura-għall-erjal ta’ 3,0 ± 0,05 m, il-limiti għandhom ikunu ta’ 32 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 30 sa 75 MHz u ta’ 32 sa 43 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza ta’ 75 sa 400 MHz, liema limitu jiżdied logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 5 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 43 dB mikrovolt/m.

6.3.2.3.   Il-valuri mkejla, espressi f’dB mikrovolts/m għandhom ikunu taħt il-limiti għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha.

6.3.2.4.   Bla ħsara għall-limiti stabbiliti f’paragrafi 6.3.2.1, 6.3.2.2 u 6.3.2.3 ta’ dan l-Appendiċi, jekk, waqt il-miżura tal-bidu stabbilita f’Anness V, paragrafu 1.3, il-qawwa tas-sinjali mkejla mill-erjal tar-radjo tax-xandir tal-vettura tkun inqas minn 20 dB mikrovolt ’il fuq mill-marġni ta’ frekwenza ta’ 76 sa 108 Mhz imkejla b’ditekter average, il-vettura għandha mbagħad titqies konformi mal-limiti għal emissjonijiet narrowband u ma jkun meħtieġ ebda eżami ieħor.

6.4.   Karatteristiċi li jikkonċernaw l-immunità ta’ vetturi għal radjazzjoni elettro-manjetika.

6.4.1.   Metodu ta’ eżami

L-immunità għal radjazzjoni elettro-manjetika, tal-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha, għandha titkejjel bil-metodu deskritt f’Anness VI.

6.4.2.   Limiti ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-immunità tal-vettura

6.4.2.1.   Jekk l-eżamijiet isiru bil-metodu deskritt f’Anness VI, il-qawwa tal-kamp għandha tkun ta’ 30 volt/m rms f’aktar minn 90 % tal-banda ta’ frekwenza ta’ 20 sa 2000 MHz u a minimu ta’ 25 volt/m rms ’il fuq mill-banda kollha ta’ frekwenza ta’ 20 sa 2000 MHz.

6.4.2.2.   Il-vettura rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titqies konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-immunità jekk, waqt l-eżamijiet magħmula skond Anness VI, ma jkunx hemm tnaqqis fl-eżekuzzjoni ta’ “funzjonijiet relatati ma’ l-immunità”.

6.5.   Karatteristiċi li jikkonċernaw ir-radjazzjoni elettro-manjetika narrowband mill-ESAs.

6.5.1.   Metodu ta’ kejl

Ir-radjazzjoni elettro-manjetika ġġenerata mill-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha titkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness VII.

6.5.2.   Limiti għall-approvazzjoni tat-tip broadband minn ESAs

6.5.2.1.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt fl-Anness VII, il-limiti għandhom ikunu ta’ 62 sa 52 dB mikrovolt/m fil- fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 30 sa 75 MHz, this limitudecreasing logarithmically with frequencies above 30 MHz, u 52 to 63 dB microvolts/m in il-75 to 400 MHz band, liema limitu jonqos logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 6 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 63 dB mikrovolt/m.

6.5.5.2.   Il-valuri mkejla, espressi f’dB mikrovolts/m għandhom ikunu taħt il-limiti għall-approvazzjoni tat-tip fuq l-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha.

6.6.   Karatteristiċi li jikkonċernaw ma’ Narrowband electromagnetic interference generated by ESAs.

6.6.1.   Metodu ta’ kejl

Ir-radjazzjoni elettro-manjetika ġġenerata mill-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha, għandha titkejjel bil-metodu deskritt f’Anness VIII.

6.6.2.   Limiti għall-approvazzjoni tat-tip narrowband ta’ l-ESA.

6.6.2.1.   Jekk il-kejl isir bil-metodu deskritt fl-Anness VIII, il-limiti għandhom ikunu ta’ 52 sa 42 dB mikrovolt/m fil-banda ta’ frekwenza tal-marġni ta’ 30 sa 75 MHz, liema limitu jonqos logaritmikament ma’ frekwenzi ’l fuq minn 75 MHz kif muri f’Appendiċi 7 ta’ dan l-Anness. Fil-banda ta’ frekwenza ta’ 400 sa 1,000 MHz, il-limitu jibqa’ kostanti ta’ 53 dB mikrovolt/m.

6.6.2.2.   Il-valur imkejjel, espress f’dB mikrovolts/m, għandu jkun taħt il-limiti għall-approvazzjoni tat-tip fuq l-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha.

6.7.   Karatteristiċi li jikkonċernaw l-immunità ta’ l-ESAs għar-radjazzjoni elettro-manjetika.

6.7.1.   Metodu/i ta’ eżami

L-immunità għal radjazzjoni elettro-manjetika ta’ l-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha għandu jitkejjel bil-metodu/i magħżula minn dawk deskritti f’Anness IX.

6.7.2.   Limiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ l-immunità ta’ l-ESAs

6.7.2.1.   Jekk l-eżamijiet isiru bil-metodi deskritti f’Anness IX, il-livelli ta’ l-eżami ta’ l-immunità għandhom ikunu ta’ 60 volt/m għall-metodu ta’eżami ta’ l-Istripline ta’ 150 mm, 15 -il volt/għall-metodu ta’eżami ta’ l-Istripline ta’ 800 mm, 75 volt/m għall-metodu ta’ eżami taċ-ċellula tat-TEM, 60 mA għall-metodu ta-eżami tal-Bulk Current Injection (BCI) u 30 volt/m għall-metodu ta’ eżami tal-kamp liberu fuq 90% tal-banda ta’ frekwenza ta’ 20 sa 2000 MHz, u sa minimu ta’ 50 volt/m għall-metodu ta’ eżami ta’ l-istripline ta’ 150 mm, 12.5 volts/m f għall-metodu ta’ eżami ta’ l-istripline ta’ 800 mm, 62.5 volts/m,, 50 mA għall-metodu ta-eżami tal-Bulk Current Injection (BCI) u 25 volt/m għall-metodu ta’ eżami tal-kamp liberu fuq il-banda kollha ta’ frekwenza ta’ 20 sa 2,000 MHz.

6.7.2.2.   L-ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tiġi kkunsidrata konformi mal-kondizzjonijiet ta’ l-immunità jekk, waqt it-testijiet magħula skond Anness IX, ma jkun hemm ebda tnaqqis fil-“funzjonijiet relatati ma’ l-immunità”.

6.8.   Karatteristiċi li jikkonċernaw l-immunità għal disturbanzi għaddiena trażmessi fil-linji ta’ provvista.

6.8.1.   Metodu ta’ l-eżami

L-immunità ta’ ESA rappreżentattiva tat-tip tagħha għandha tiġi eżaminata bil-metodu/i ta’ l-ISO 7637-2:DIS2002 kif deskritti f’Anness X bil-livelli ta’ l-eżami mogħtija f’Tabella 1.

Tabella 1:   Immunità ta’ ESA

Numri ta’ Pulses ta’ l-Eżami

Livell ta’ Immunità ta’ l-Eżami

Status Funzjonali għas-sistemi:

Relatat ma’ funzjonijiet relatati ma’ l-immunità

Mhux relatat ma’ funzjonijiet relatati ma’ l-immunità

1

III

Ċ

D

2a

III

B

D

2b

III

Ċ

D

3a/3b

III

A

D

4

III

B

(għal ESA li trid ikun operattiva waqt fażijiet ta’ startjar tal-magna)

C

(għal ESA oħra)

D

6.9.   Karatteristiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-emissjoni ta’ disturbanzi mgħoddija

6.9.1.   Metodu ta’ eżami

L-emissjoni ta’ ESA rappreżentattiva għat-tip tagħha għandha tiġi eżaminata bil-metodu/i skond l-ISO 7637-2:DIS2002 kif spjegat f’Anness X għal-livelli mogħtija f’Tabella 2.

Tabella 2:   Estensjoni massima tal-polz permessa

Estensjoni massima tal-polz permess għal

Polarità ta’ estensjoni tal-polz

Vetturi b’sistemi ta’ 12 -il V

Vetturi b’sistemi ta’ 24 V

Pożittiva

+75

+150

Negattiva

-100

-450

7.   Konformità ta’ produzzjoni

7.1.   Miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ta’ produzzjoni għandhom jittieħdu skond il-provvedimenti ta’ Artiklu 10 ta’ Direttiva 70/156/KEE.

7.2.   Il-konformità ta’ produzzjoni skond il-kompatibiltà elettro-manjetika tal-vettura jew komponent ta’ unit tekniku separati unit għandha tiġi ċċekkjata fuq il-bażi tad-data inkluża fiċ-ċertifikat(i) ta’ l-approvazzjoni tat-tip stabbilita f’Anness IIIA u/jew IIIB ta’ din id-Direttiva kif jixraq.

7.3.   Jekk l-awtorità ma tkunx kuntenta bil-proċedura ta’ verifikazzjoni tal-produttur, imbagħad għandhom japplikaw l-oġġetti ta’ 2.4.2 u 2.4.3 ta’ Annes X ta’ Direttiva 70/156/KEE u paragrafi 7.3.1 u 7.3.2.

7.3.1.   Jekk qiegħda tiġi verifikata l-konformità ta’ vettura, komponent jew STU meħud mis-sensiela, il-produzzjoni għandha titqies konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ radjazzjoni ta’ emissjonijiet broadband u radjazzjoni ta’ emissjonijiet narrowband jekk il-livelli mkejla ma jaqbżux il-limiti ta’ l-approvazzjoni tat-tip, stabbiliti f’paragrafi 6.2.2.1, 6.2.2.2, 6.3.2.1, 6.3.2.2, 6.3.2.4, 6.5.2.1 u 6.6.2.1 (kif japplika), b’aktar minn 4 dB (60 %).

7.3.2.   Jekk qiegħda tiġi verifikata l-konformità ta’ vettura, komponent jew STU meħud mis-sensiela, il-produzzjoni għandha titqies konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ immunità għar-radjazzjoni elettro-manjetika jekk il-vettura, komponent jew STU ma juru ebda tnaqqis fl-eżekuzzjoni ta’ “funzjonijiet relatati ma’ l-immunità” meta l-vettura, komponent jew STU jkunu fl-istat stabbilit f’Anness VI, paragrafu 2, u suġġettati għall-qawwa ta’ kamp jew kurrent, espress f’volts/m jew mA, sa 80 % tal-limiti għall-approvazzjoni tat-tip stabbiliti f’paragrafi 6.4.2.1 u 6.7.2.1 ta’ din l-Appendiċi, kif jsppliks.

7.3.3.   Jekk qiegħda tiġi verifikata l-konformità ta’ vettura, komponent jew STU meħud mis-sensiela, il-produzzjoni għandha titqies konformi mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ immunità għal disturbanzi u emissjoni trażmessi jekk il-komponent jew STU ma juru ebda tnaqqis fl-eżekuzzjoni ta’ “funzjonijiet relatati ma’ l-immunità” sal-l-velli mogħtija f’6.8.1 u ma jaqbżux il-livelli mogħtija f’6.9.1.

8.   Eċċezzjonijiet

8.1.   Fejn vettura jew sistema ta’ l-elettriku/elettronika jew ESA ma jinkludux oxxillatur elettroniku bi frekwenza operattiva aknbar minn 9 kHz, għandhom jitqiesu konformi ma’ paragrafu 6.3.2 jew 6.6.2 ta’ Anness I u ma’ Annessi V u VIII.

8.2.   Vetturi li m’għandhomx sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi b’“funzjonijiet relatati ma’ l-immunità” m’għandhomx għalfejn jiġu eżaminati għall-immunità għar-radjazzjoni ta’ disturbanzi u għandhom jitqiesu konformi ma’ paragrafu 6.4 ta’ Anness I u ma’ Anness VI ta’ din id-Direttiva.

8.3.   ESAs bla ebda “funzjonijiet relatati ma’ l-immunità” m’għandhomx għalfejn jiġu eżaminati għall-immunità għar-radjazzjoni ta’ disturbanzi u għandhom jitqiesu konformi ma’ paragrafu 6.7 ta’ Anness I u ma’ Anness I u ma’ Anness IX ta’ din id-Direttiva.

8.4.   Ħruġ ta’ ċarġ elettrostatiku

Għal vetturi bit-tajers, il-bòdi tal-vettura/xàsi jistgħi jitqiesu struttura elettrikament. Ikun hemm forzi elettro-statiċi sinifikanti relatati ma’ l-ambjent estern tal-vettura fil-mument biss li xi ħadd jiodħol jew joħroġ mill-vettura. Billi l-vettura tkun wieqfa f’dawn il-mumenti, mhux meqjusa li hemm ħtieġa ta’ eżami għall-approvazzjoni tat-tip għall-ħruġ ta’ ċarġ elettrostatiku.

8.5.   Emissjoni mgħoddija

ESAs li ma jiġux swiċċjati, m’għandhomx swiċis jew ma jinkludux loads m’għandhomx għalfejn jiġu eżminati għal emissjoni mgħoddija u għandhom jitqiesu konformi ma’ paragrafu 6.9 ta’ dan l-Anness.

8.6   It-telf ta’ funzjoni ta’ riċevituri waqt l-eżami ta’ l-immunità, meta s-sinjal ta’ l-eżami jkun fil-parametri tal-wisa’ tal-banda (banda ta’ esklużjoni ta’ RF) kif speċifikat għas-servizz speċifiku tar-radjo/prodott fl-istàndard armonizzat ta’ l-EMC u li r-referenza tiegħu hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, mhux bilfors iwassal għal kriterju ta’ falliment.

8.7.   Transmiters ta’ RF għandhon jiġu eżaminati fil-mode tat-trażmissjoni. Emissjonijiet maħsuba (e.g. minn sistemi ta’ trażmissjoni ta’ RF) fil-parametri tal-wisa’ tal-banda neċessarja u barra mill-emissjonijiet tal-banda m’humiex meqjusa għall għan ta’ din id-Direttiva. Emissjonijiet foloz jaqaw taħt din id-Direttiva imma m’għandhomx għalfejn jiġu eżaminati jekk it-transmiter ikollu Dikjarazzjoni ta’ Konformità skond id-Direttiva 1999/5/KE bl-użu ta’ stàndard armonizzat.

8.7.1.

“Wisa” ta’ banda neċessarja': għal kategorija ta’ emissjoni, il-wisa’ tal-banda ta’ frekwenza li mhix biżżejjed biez tiżgura t-trażmissjoni ta’ tagħrif bir-rata u tal-kwalità meħtieġa taħt il-kondizzjonijiet speċifikati (Artiklu 1, Nr. 1.152 tar-Regolamenti dwar ir-Radjo).

8.7.2.

“Emissjonijiet barra mill-banda”: Emissjoni fuq frekwenza jew frekwenzi eżatt barra l-wisa’ ta’ banda meħtieġa, li tirriżulta mill-proċess ta’ modulazzjoni, imma bl-esklużjoni ta’ emissjonijiet foloz (Artiklu 1, Nr. 1.144 tar-Regolamenti dwar ir-Radjo).

8.7.3.

“Emissjoni Falza”: F’kull proċess ta’ modulazzjoni jeżistu sinjali mhux mixtieqa. Dawn jinġabru taħt l-espressjoni “emissjonijiet foloz”. Emissjonijiet foloz huma emissjonijiet fuq frekwenza jew frekwenzi, li huma barra mill-wisa’ tal-banda meħtieġa u li l-livell tagħhom jista’ jitnaqqas bla tintmess it-trażmissjoni korrispondenti ta’ tagħrif. Emissjonijiet foloz jinkludu emissjonijiet armoniċi, emissjonijiet parassitiċi, prodotti ta intermodulazzjoni u prodotti ta’ konverżjoni tal-frequency, imma jeskludu emissjonijiet barra-mill-banda (Artiklu 1 Nr 1.145 tar-Regolamenti dwar ir-Radjo).


(1)  Fejn japplika

Appendiċi 1

Lista ta’ standards imsemmija f’din id-Direttiva

[1]

CISPR 12 “Karatterisitċi ta’ disturbanza mir-Radjo, ta’ vetturi, dgħajjes bil-mutur u oġġetti li jaħdmu b’magna li taqbad taħdem permezz ta’ spark - Limiti u metodi ta’ kejl”, il-5 edizzjoni 2001

[2]

CISPR 16-1 “Karatteristiċi ta’ disturbanza mir-radjo u apparat u metodi ta’ kejl ta’ immunità - L-Ewwel Parti: Disturbanza mir-radjo u apparat ta’ kejl ta’ l-immunità”, it-2 Edizzjoni 2002

[3]

CISPR 25 “Limiti u metodi ta’ kejl ta’ karatteristiċi ta’ disturbanza mir-radjo għall-protezzjoni ta’ riċevituri wżati fuq il-vetturi”, it-2 Edizzjoni 2002

[4]

ISO 7637- 1 “Vetturi tat-triq - Disturbanza fl-elettriku minn trażmissjoni ta’ l-elettriku u akkoppjar – L-Ewwel Parti: Definizzjonijiet u kundizzjonijiet ġenerali”, it-2 Edizzjoni 2002

[5]

ISO 7637-2 “Vetturi tat-triq - Disturbanza fl-elettriku minn trażmissjoni ta’ l-elettriku u akkoppjar – It-2 Parti: Trażmissjoni għaddenija ta’ l-elettriku minn linji ta’ provvista fuq vetturi b-vultaġġ nominal ta’ 12 -il V jew vultaġġ ta’ provvista ta’ 24 V biss”, it-2 Edizzjoni 2004

[6]

ISO-EN 17025 “Kondizzjonijiet ġenerali għall-kompetenza ta’ laboratorji ta’ eżami u kalibrar”, l-1Edizzjoni 1999

[7]

ISO 11451 “Vetturi tat-triq – Disturbanzi fl-elettriku by Narrowband rradjati electromagnetic energy – Vettura metodu ta’ l-eżamis”

Part 1:

Ġenerali u definizzjonijiet

(CD ISO 11451-1:2002)

Part 2:

Sors ta’ radjazzjoni ’l hinn mill-vettura

(FDIS 11451-2:2004)

Part 4:

Bulk current injection (BCI)

(ISO 11451-4: L-1 Edizzjoni 1995)

[8]

ISO 11452 “Vetturi tat-triq – Disturbanzi fl-elettriku minn radjazzjoni ta’ enerġija elettro-manjetika narrowband – Metodi ta’ eżami tal-komponenti”

Part 1:

Ġenerali u definizzjonijiet

(CD ISO 11452-1:2002)

Part 2:

Absorber lined chamber

(CD ISO 11452-2:2002)

Part 3:

Transverse electromagnetic mode (TEM)

(ISO 11452-3:it-3 Edizzjoni 2001)

Part 4:

Bulk current injection (BCI)

(CD ISO 11452-4:2002)

Part 5:

Strip line

(ISO 11452-5:it-2 Edizzjoni 2002)

[9]

ITU Regolamenti tad-Radjo, Edizzjoni 2001

Appendiċi 2

Limiti ta’ referenza għall-Broadband ta’ vettura

Separazzjoni ta’ l-erjal mill-vettura: 10 m

Limitu E (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 32

E = 32 + 15,13 log (F/75)

E = 43

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

Limiti ta’ referenza għall-Broadband ta’ vettura

Separazzjoni ta’ l-erjal mill-vettura: 3 m

Limitu E (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 42

E = 42 + 15,13 log (F/75)

E = 53

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 4

Limiti ta’ referenza għan-Narrowband ta’ vettura

Seprazzjoni ta’ l-erjal mill-vettura: 10 m

Limitu E (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 22

E = 22 + 15,13 log (F/75)

E = 33

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

Limiti ta’ referenza għan-Narrowband ta’ vettura

Separazzjoni ta’ l-erjal mill-vettura: 3 m

Limitu E (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 32

E = 32 + 15,13 log (F/75)

E = 43

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 6

Sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku

Limiti ta’ referenza għall-Broadband

Limitu E (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 62 - 25,13 log (F/30)

E = 52 + 15.13 log (F/75)

E = 63

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 7

Sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku

Limiti ta’ referenza għan-Narrowband

LimituE (dBμV/m) fi frekwenza F (MHz)

30 - 75 MHz

75 - 400 MHz

400 - 1000 MHz

E = 52 - 25,13 log (F/30)

E = 42 + 15.13 log (F/75)

E = 53

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 8

Mudell għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat tip, tal-KE

Image

Test ta 'immaġni

L-ESA bil-marka tat-tip, ta’ l-approvazzjoni tal-KE, huwa apparat, li ġie approvat fil-Ġermanja (e1) taħt l-approvazzjoni tal-bażi numru 0148. L-ewwel żewġ figuri (03) jindikaw li l-apparat huwa konformi mal-kundizzjonijiet tad-Direttiva 72/245/KEE, kif emendati b’din id-Direttiva.

Id-dijagrammi huma biss indikattivi.

ANNESS IIA

Dokument ta’ tagħrif Nr … wara Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE (*) dwar approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, tal-KE, fejn tidħol kompatibiltà elettro-manjetika (72/245/KEE), kif l-aħħar emendata b’Direttiva …/…/KE

It-tagħrif li ġej, fejn japplika, għandu jingħata bi tliet kopji u għandu jkollu werrej. Fejn hemm xi tpinġijiet, dawn għandhom jingħataw fuq skala xierqa u f’dettal adegwat fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritrati, jekk hemm, għandhom juru dettal adegwat.
Jekk is-sistemi, komponent jew units tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (isem fil-kummerċ tal-produttur):

0.2.   Tip:

0.4.   Kategorija tal-vettura (c):

0.5.   Isem u indirizz of produttur:

Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant ta’ l-immuntar:

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ritratt(i) u/jew tpinġija/iet ta’ vettura rappreżentattiva:

1.6.   Pożizzjoni u arranġament tal-magna:

3.   IMPJANT TA’ L-ENERĠIJA(q)

3.1.   Produttur:

3.1.1.   Kowd tal-magna tal-produttur kif immarkat fuq il-magna:

3.2.   Magna ta’ kombustjoni interna

3.2.1.1.   Prinċipju operattiv: ignixin pożittiva/ignixin bil-kompressjoni, erba’ ċilindri/żewġ ċilindri (1)

3.2.1.2.   Numru ta’ ċilindri u arranġament tagħhom:

3.2.4.   Tubu tal-fjuwil

3.2.4.2.   Bi fjuwil inġekxin (ignixin bil-kompressjoni biss): iva/le (1)

3.2.4.2.9.   Unit tal-kontroll elettroniku

3.2.4.2.9.1.   Ditta/i:

3.2.4.2.9.2.   Deskrizzjoni tas-sistema:

3.2.4.3.   Bi fjuwil inġekxin (ignixin pożittiva biss): iva/le (1)

3.2.5.   Sistema ta’ l-elettriku

3.2.5.1.   Vultaġġ stmat: … V, pożittiv/negattiv, bażi (1)

3.2.5.2.   Ġeneratur

3.2.5.2.1.   Tip:

3.2.6.   Ignixin

3.2.6.1.   Ditta/i:

3.2.6.2.   Tip(i):

3.2.6.3.   Prinċipju operattiv:

3.2.15.   Sistema tal-fjuwil LPG: iva/le (2)

3.2.15.2.   Unit elettroniku tal-kontroll ta’ l-immaniġġar tal-magna għal fjuwiling LPG

3.2.15.2.1.   Ditta/i:

3.2.15.2.2.   Tip(i):

3.2.16.   Sistema tal-fjuwil NG: iva/le (2)

3.2.16.2.   Unit għall-kontroll elettroniku ta’ l-immaniġġar tal-magna għal fjuwiling NG

3.2.16.2.1.   Ditta/i:

3.2.16.2.2.   Tip(i):

3.3.   Mutur ta’ l-elettriku

3.3.1.   Tip (vinċ, kurrent):

3.3.1.2.   Vultaġġ operattiv:

3.9.   MAGNI JAĦDMU BIL-GASS (fil-każ ta’ sistemi mqassma b’mod differenti, agħti tagħrif ekwivalenti)

3.9.7.   Unit għall-kontroll elettroniku (ECU)

3.9.7.1.   Ditta/i:

3.9.7.2.   Tip/i:

4.   TRAŻMISSJONI (v)

4.2.   Tip (mekkanika, idrolika, bl-elettriku, eċċ.):

4.2.1.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm):

6.   SOSPENSJONI

6.2.2.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm):

7.   STÊRING

7.2.2.1.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm):

8.   BREJKIJIET

8.5.   Sistema ta’ brejkijiet ma jillokkjawx: iva/le/jekk trid (2)

8.5.1.   Għal vetturi b’sistemi ma jillokkjawx, deskrizzjoni ta’ l-operazzjoni tas-sistema (inklużi xi partijiet elettroniċi), blokka dijagramma ta’ l-elettriku, pjan taċ-ċirkuwitu idroliku jew pnewmatiku:

9.   BÒDI

9.1.   Tip ta’ bòdi:

9.2.   Materjal użat u metodi ta’ kostruzzjoni:

9.5.   Ħġieġa ta’ quddiem u twieqi oħra

9.5.2.3.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm) biex tittella’ t-tieqa:

9.9.   Mirja li juru wara (għid għall kull mera)

9.9.7.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm) tas-sistema ta’ aġġustament:

9.12.   Ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi oħra ta’ restrizzjoni:

9.12.4.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm):

9.18.   Eliminazzjoni ta’ interfenza tar-radjo

9.18.1.   Deskrizzjoni u tpinġijiet/ritratti ta’ l-għamliet u l-materjal tal-parti tal-bòdi li tifforma l-kumpartiment tal-magna u l-parti tal-kumpartiment tal-passiġġier l-eqreb lejha:

9.18.2.   Tpinġijiet jew ritratti tal-pożizzjoni tal-komponenti tal-metall li jinsabu fil-kumpartiment tal-magna (e.g. ħîters, stepni, filtru ta’ l-arja, mekkaniżmu ta’ l-istêring, eċċ.):

9.18.3.   Tabella u tpinġija ta’ tagħmir għall-kontroll ta’ interferenza tar-radjo:

9.18.4.   Dettalji tal-valur nominali tar-reżistenza għal kurrent dirett u, fil-każ ta’ resistive ignition cables, tar-reżistenza nominali tagħhom kull metru:

10.   DWAL U APPARAT TA’ SINJALI BID-DAWL

10.5.   Deskrizzjoni fil-qosor ta’ komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi minbarra l-fanali (jekk hemm):

12.   MIXXELLANJI

12.2.   Apparat li jimpedixxi użu mhuz awtorizzat tal-vettura

12.2.3.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-komponenti ta’ l-elettriku/elettroniċi (jekk hemm):

12.7.   Tabella ta’ installazzjoni u użu ta’ transmiters ta’ l-RF fil-vettura/i, fejn japplika (ara Appendiċi I, 3.1.8.):

baned ta’ frekwenza [Hz]

produzzjoni massima ta’ enerġija [W]

pożizzjoni ta’ l-erjal fuq il-vettura,

kondizzjonijiet speċifiċi għal installazzjoni u/jew użu

L-applikanti għall-approvazzjoni tat-tip għandhom jagħtu wkoll, fejn jixraq:

 

Appendiċi 1

Lista (bid-ditta/i u tip/i ta’ all komponenti ta’ l-elettriku u/jew elettroniċi milquta minn din id-direttiva (ara paragrafu 2.1.9. u 2.1.10 ta’ l-Appendiċi I) u mhux elenkati qabel.

 

Appendiċi 2

Dijagrammi skematiċi jew tpinġija ta’ l-arranġament ġenerali ta’ komponenti ta’ l-elettriku u/jew elettroniċi (milquta minn din id-Direttiva) u l-arranġament ġenerali tal-harness tas-sistema tal-wajers.

 

Appendiċi 3

Deskrizzjoni tal-vettura magħżla biex tirrappreżenta t-tip

Stil tal-bòdi:

Left jew right hand drive:

Distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara:

 

Appendiċi 4

Rapport(i) relevanti ta’ l-eżamijiet ipprovduti mill-produttur minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni biex joħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip


(*)  In-numri ta’ l-oġġetti u n-noti f’qiegħ il-paġna wżati f’dan id-dokument ta’ tagħrif jaqblu ma’ dawk murija fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. Oġġetti li m’humiex relevanti għall-għan ta’ din id-Direttiva tħallew barra.

(1)  Ħassar fejn ma japplikax

(2)  Ħassar fejn ma japplikax

ANNESS IIB

Dokument ta’ tagħrif Nr. … dwar approvazzjoni tat-tip ta’ sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku, tal-KE, fejn tidħol il-kompatibiltà elettro-manjetika (72/245/KEE), kif l-aħħar emendata b’Direttiva …/…/KE

It-tagħrif li ġej, fejn japplika, għandu jingħata bi tliet kopji u għandu jkollu werrej. Fejn hemm xi tpinġijiet, dawn għandhom jingħataw fuq skala xierqa u f’dettal adegwat fuq daqs A4 jew fuq fowlder ta’ format A4. Ir-ritrati, jekk hemm, għandhom juru dettal adegwat.
Jekk is-sistemi, komponent jew units tekniċi separati għandhom kontrolli elettroniċi, għandu jingħata t-tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-operazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   Ditta (isem fil-kummerċ tal-produttur):

0.2.   Tip:

0.3.   Mod ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-komponent/unit tekniku separat (1):

0.3.1.   Fejn tinsab dik il-marka:

0.5.   Isem u indirizz tal-produttur:

Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:

0.7.   Fil-każ ta’ komponenti u units tekniċi separati, fejn tinsab u kif titwaħħal il-marka ta’ approvazzjoni tal-KE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) tal-muntaġġ:

1.   Din l-ESA għandha riġi approvata bħala komponent/STU (1)

2.   Xi restrizzjonijiet fl-użu u kondizzjonijiet għat-twaħħil:

3.   Vultaġġ stmat tas-sistema ta’ l-elettriku: … V, poż./neg. (1) Bażi

Appendiċi 1

Deskrizzjoni ta’ l-ESA magħżula biex tirrappreżenta t-tip (blokka dijagramma elettronika u lista ta’ komponenti prinċipali li jikkostitwixxu l-ESA (e.g.: ditta u tip tal-mikroproċessur, kristallina, …)):

Appendiċi 2

Rapport(i) relevanti ta’ l-eżamijiet ipprovduti mill-produttur minn laboratorju tat-testijiet akkreditat għall-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni biex joħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.


(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-komponent jew unit tekniku separat koperti b’dan id-dokument ta’ tagħrif, dawn il-karattri jistgħu jiġu rappreżentati fid-dokumenti bis-simbolu: ’?’ (e.g. ABĊ??123??).

(1)  Ħassar fejn ma japplikax.

ANNESS III A

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TAL-KE TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li għandha x’taqsam mal-:

approvazzjoni tat-tip (1)

estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ta’ tip ta’ vettura skond id-Direttiva …/…/KE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …/…/KE.

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

SEZZJONI I

0.1.   Ditta (isem fil-kummerċ tal-produttur):

0.2.   Tip

0.4.   Kategorija tal-vettura (ċ):

0.5.   Isem u indirizz tal-produttur:

Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) tal-muntaġġ:

SEZZJONI II

1.   Tagħrif addizzjonali (fejn japplika): Ara l-Appendiċi

2.   Servizz Tekniku responsabbli biex jagħmel l-eżamijiet:

3.   Data tar-rapport ta’ l-eżami:

4.   Numru tar-rapport ta’ l-eżami:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Appendiċi

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

9.   Il-fajl ta’ l-approvazzjoni tat-tip iddepożitat mas-Servizz Amministrattiv wara li tingħadda l-approvazzjoni tat-tip, jista jinkiseb fuq talba.

Appendiċi għall-approvazzjoni tal-KE tat-tip ta’ vettura skond id-Direttiva 72/245/KEE, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva …/…/KE

1.   Aktar tagħrif:

1.1.   Vultaġġ stmat tas-sistema ta’ l-elettriku: … V. pożittiv/negattiv, bażi:

1.2.   Tip ta’ bòdi:

1.3.   Lista tal-funzjonijiet elettroniċi kollha (milquta b’dik id-Direttiva) installati fil-vettura/i

1.4.   Laboratorju akkreditat għall-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità għall-Aprovazzjoni (għall-għan ta’ din id-Direttiva) responsabbli biex tagħmel l-eżamijiet:

5.   Rimarki:

(e.g. valida kemm għal vetturi left-hand drive kif ukoll għal right-hand drive)


(1)  Ħassar fejn ma japplikax

ANNESS III B

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP, TAL-KE

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Komunikazzjoni li għandha x’taqsam mal-:

approvazzjoni tat-tip (1)

estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ċaħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip (1)

ta’ tip ta’ komponent/unit tekniku separat (1) skond id-Direttiva …/…/KE, kif emendata l-aħħar b’Direttiva …/…/KE.

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

Raġuni għall-estensjoni:

Marka tal-KE ta’ l-approvazzjoni tat-tip li għandha titwaħħal fuq l-ESA:

SEZZJONI I

0.1.   Ditta (isem tad-ditta tal-produttur):

0.2.   Tip:

0.3.   Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-komponent/unit tekniku separat (1)  (2):

0.3.1.   Fejn qiegħda dik il-marka:

0.5.   Isem u indirizz tal-produttur:

Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat, jekk hemm:

0.7.   Fil-każ ta’ komponenti u units tekniċi separati, lokalità u metodu ta’ twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tal-KE:

0.8.   Indirizz(i) ta’ l-impjant(i) tal-muntaġġ:

SEZZJONI II

1.   Tagħrif addizzjonali (fejn japplika): Ara l-Appendiċi

2.   Servizz Tekniku responsabbli biex jagħmel l-eżamijiet:

3.   Data tar-rapport ta’ l-eżami:

4.   Numru tar-rapport ta’ l-eżami:

5.   Rimarki (jekk hemm): Ara l-Appendiċi

6.   Post:

7.   Data:

8.   Firma:

9.   Il-fajl ta’ l-approvazzjoni tat-tip iddepożitat mas-Servizz Amministrattiv wara li tingħadda l-approvazzjoni tat-tip, jista jinkiseb fuq talba.

Appendiċi għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nr … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku fejn tidħol kompatibiltà elettro-manjetika (72/245/KEE), kif l-aħħar emendata b’Direttiva …/…/KE

1.   Aktar tagħrif:

1.1.   Vultaġġ stmat tas-sistema ta’ l-elettriku: … V. pożittiv/negattiv, bażi:

1.2.   Din l-ESA tista’ tintuża fuq kull tip ta’ vettura bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

1.2.1.   Kondizzjonijiet ta’ l-installazzjoni, jekk hemm:

1.3.   Din l-ESA tista’ tintuża biss fuq it-tipi ta’ vetturi li ġejjin:

1.3.1.   Kondizzjonijiet ta’ l-installazzjoni, jekk hemm:

1.4.   Il-metodu/i speċifiku/ċi ta’ eżmi wżat u l-marġni ta’ frekwenza koperti biex tiġi determinate l-immunità kienu: (jekk jogħġbok, speċifika l-metodu preċiż użat mill-Anness IX)

1.5.   Laboratorju akkreditat għall-ISO 17025 u rikonoxxut mill-Awtorità għall-Aprovazzjoni (għall-għan ta’ din id-Direttiva) responsabbli biex tagħmel l-eżamijiet:

5.   Rimarki:


(1)  Ħassar fejn ma japplikax

(2)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux relevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-komponent jew unit tekniku separat koperti b’dan iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, dawn il-karattri jistgħu jiġu rappreżentati fid-dokumenti bis-simbolu:“?” (e.g. ABĊ??123??).

ANNESS III Ċ

MUDELL

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

ATTESTAZZJONI SKOND ANNESS I, 3.2.9.

Timbru ta’ l-amministrazzjoni

Applikant:

Deskrizzjoni Ġenerali tal-Prodott:

Tagħrif mogħti mill-applikant:

Din l-ESA tista’ tintuża fuq kull tip ta’ vettura bir-restrizzjonijiet li ġejjin:

Kondizzjonijiet ta’ Installazzjoni, jekk hemm:

Nikkonfermaw li l-prodott deskritt hawn fuq m’huwiex marbut ma’ immunità skond id-Direttiva 72/245/KEE kif l-aħħar emendata b’Direttiva 2004/XX/KE. Kwalunkwe testijijiet marbuta ma’ l-immunità kif speċifikat f’din id-Direttiva, m’humiex meħtieġa.

Servizz Tekniku responsabbli għall-evalwazzjoni:

Post:

Data:

Firma:

ANNESS IV

METODU TA’ KEJL TA’ EMISSJONIJIET ELETTRO-MANJETIĊI BROADBAND IRRADJATI MINN VETTURI

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu ta’ l-eżami deskritt f’dan l-Appendiċi għandu jitħaddem biss għall-vetturi.

1.2.   Metodu ta’ l-eżami

It-test huwa maħsub biex ikejjel l-emissjonijiet Broadband iġġenerati minn sistemi elettriċi jew elettroniċi mwaħħla fuq il-vettura (e.g. sistema ta’ l-ignixin jew muturi ta’ l-elettriku).

Sakemm mhux preskritt mod ieħor f’dan l-anness, l-eżami għandu jsir skond is-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001).

2.   Stat tal-vettura waqt l-eżamijiet

2.1.   Il-magna

Il-magna għandha tkun qiegħda taħdem skond is-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001) klawsola 5.3.2.

2.2.   Sistemi oħra tal-vettura

It-tagħmir kollu li jista’ jiġġenera emissjonijiet broadband u li jista’ jinxtegħel b’mod permanenti mis-sewwieq jew il-passiġġier għandu jkun qiegħed jaħdem b’load massima, e.g. muturi tal wajpers jew fannijiet. Il-ħorn u l-muturi ta’ l-electric windows eċċ. huma esklużi billi ma jintużawx kontinwament.

3.   Kondizzjonijiet ta’ l-eżami

3.1.   Il-limiti japplikaw matul il-marġni ta’ frekwenza kollha minn 30 sa 1000 MHz għal kejl meħud f’semi anechoic chamber jew sit fuq barra.

3.2.   Il-kejl jista’ jittieħed b’ditekters jew quasi-peak jew peak. Il-limiti mogħtija fl-Anness 1, paragrafi 6.2 u 6.5 huma għal ditekters quasi-peak. Jekk jintużaw ditekters peak, għandu jiġi applikat element ta’ korrezzjoni ta’ 20 dB kif spjegat fis-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001).

3.3.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-intervalli speċifikati fis-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001) stàndard matul il-marġni ta’ frekwenza 30 sa 1000 MHz.

Inkella, jekk il-produttur jagħti d-data tal-kejl għall banda ta’ frekwenza kollha, minn laboratorju tat-testijiet akkreditat, għall-partijiet li japplikaw ta’ l-ISO 17025 (l-1 Edizzjoni 1999) u rikonixxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaqsam il-marġni ta’ frekwenza f’14 -il banda ta’ frekwenza ta’ 30 – 34, 34 – 45, 45 – 60, 60 – 80, 80 – 100, 100 – 130, 130 – 170, 170 – 225, 225 – 300, 300 – 400, 400 – 525, 525 – 700, 700 – 850, 850 – 1000 MHz u jagħmel it-testijiet fit-13 -il frekwenza li huma, u jagħti l-għola gradi ta’ emissjoni għal kull banda biex jikkonferma li l-vettura tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

F’każ li waqt l-eżami jinqabeż il-limitu, għandu jsir stħarriġ biex jiġi żgurat li dan ġej mill-vettura u mhux mir-radjazzjoni ta’ l-isfond, inkluża r-radjazzjoni broadband minn xi ESA.

3.4.   Qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni mimduda u wieqfa u pożizzjoni ta’ l-erjal fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-vettura) f’kull waħda mit-14 -il banda ta’ frekwenza għandu jittieħed bħala l-qari karatterisitku fil-frekwenza li sar il-kejl.

ANNESS V

METODU TA’ KEJL TA’ EMISSJONIJIET ELETTRO-MANJETIĊI NARROWBAND IRRADJATI MINN VETTURI

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu ta’ eżami deskritt f’dan l-Anness għadu jitħaddem għall-vetturi biss.

1.2.   Metodu ta’ l-eżami

Dan it-test huwa maħsub biex ikejjel l-emissjonijiet elettro-manjetiċi narrowband li jistgħu joħorġu minn sistemi msejsa fuq mikro-proċessuri jew sors ieħor ta’ narrowband.

Sakemm mhux preskritt mod ieħor f’dan l-anness, l-eżami għandu jsir skond is-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001) jew skond is-CISPR 25 (it-2 Edizzjoni 2002).

2.   Stat tal-vettura waqt it-testijiet

2.1.   L-iswiċċ ta’ l-ignixin għandu jinxtegħel. Il-magna m’għandhiex tkun qiegħda taħdem.

2.2.   Is-sistemi elettroniċi tal-vettura għandhom ikunu kollha ssettjati normali bil-vettura wieqfa.

2.3.   It-tagħmir kollu li jista’ jinxtegħel b’mod permanenti mis-sewwieq jew il-passiġġier b’oxxillaturi interni > 9 kHz jew sinjali repetittivi għandu jkun qiegħed jaħdem normali.

3.   Kondizzjonijiet ta’ l-eżami

3.1.   Il-limiti japplikaw matul il-marġni ta’ frekwenza kollha minn 30 sa 1000 MHz għal kejl meħud f’semi anechoic chamber jew sit fuq barra.

3.2.   Il-kejl għandu jsir b’ditekter tal-medja.

3.3.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-intervalli speċifikati f’CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001) stàndard matul il-marġni ta’ frekwenza 30 sa 1000 MHz.

Inkella, jekk il-produttur jagħti d-data tal-kejl għall banda ta’ frekwenza kollha, minn laboratorju tat-testijiet akkreditat, għall-partijiet li japplikaw ta’ l-ISO 17025 (l-1 Edizzjoni 1999) u rikonixxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaqsam il-marġni ta’ frekwenza fi 13 -il banda ta’ frekwenza ta’ 30 – 34, 34-45, 45 – 60, 60-80, 80-100, 100 – 130, 130 – 170, 170 – 225, 225 – 300, 300 – 400, 400 – 525, 525 – 700, 700 – 850, 850 – 1000 MHz u jagħmel it-testijiet fit-13 -il frekwenza li huma, u jagħti l-għola gradi ta’ emissjoni għal kull banda biex jikkonferma li l-vettura tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

F’każ li waqt l-eżami jinqabeż il-limitu, għandu jsir stħarriġ biex jiġi żgurat li dan ġej mill-vettura u mhux mir-radjazzjoni ta’ l-isfond inkluża raddjazzjoni broadband minn xi ESA.

3.4.   Qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni mimduda u wieqfa u pożizzjoni ta’ l-erjal fuq in-naħat tax-xellug u tal-lemin tal-vettura) f’kull waħda mill-14 -il banda ta’ frekwenza għandu jittieħed bħala l-qari karatterisitku fil-frekwenza li sar il-kejl.

ANNESS VI

METODU TA’ EŻAMI GĦALL-IMMUNITÀ TA’ VETTURI GĦAL RADJAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu ta’ eżami deskritt f’dan l-Anness għandu jitħaddem għall-vetturi biss.

1.2.   Metodu ta’ l-eżami

Dan it-test huwa intiż biex juri l-immunità tas-sistemi elettroniċi tal-vettura. Il-għandha tiġi suġġetta għal kampi elettro-manjetiċi kif jissemma f’dan l-Anness. Il-vettura għandha tkun immonitorjata waqt l-eżamijiet.

Sakemm mhux preskritt mod ieħor f’dan l-anness, l-eżami għandu jsir skond l-ISO11451-2:2002.

1.3   Metodi alternativi ta’ eżami

L-eżami jista’ inkella jsir f’sit fuq barra għall-vetturi kollha. Il-faċilità ta’ l-eżami għandha tkun konformi mal-kondizzjonijiet legali (nazzjonali) dwar l-emissjoni ta’ kampi elettro-manjetiċi.

Jekk vettura tkun itwal minn 12-il m u/jew usa’ minn 2.60m u/jew għola minn 4.00m, jista’ jintuża metodu ta’ BCI skond l-ISO 11451-4 (l-1 Edizzjoni 1995) fil-marġni ta’ frekwenza ta’ 20-2000 MHz b’livelli speċifikati fl-Anness I paragrafu 6.7.2.1.

2.   Stat tal-vettura waqt l-eżamijiet

2.1   Il-vettura għandha tkun f’kondizzjoni mhux mgħobbija ħlief għat-tagħmir ta’ l-eżami.

2.1.1.   Il-magna għandha ddawwar ir-roti tas-sewqan b’mod normali b’veloċità waħda ta’ 50 km/h jekk m’hemm ebda raġuni teknika ġejja mill-vettura biex tiġi speċifikata kondizzjoni differenti. Il-vettura għandha tkun fuq dinamometru mgħobbi kif jixraq jew inkella miżmuma fuq l-istands tal-fus iżolati b’għoli minimu mill-art jekk ma jkun l-ebda dinamometru ma jkun disponibbli. Fejn ikun il-każ, ix-xaftijiet tat-trażmissjoni għandhom ikunu diskonettjati (e.g. trakkijiet).

2.1.2.   Kundizzjonijiet bażiċi tal-vettura

Il-pagrafu jispeċifika l-kondizzjonijiet minimi ta’ l-eżami u l-kriterji ta’ fallimenti għall-eżamijiet ta’ immunità tal-vettura. Sistemi oħra tal-vetturi, li jistgħu jaffettwaw funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immunità għandhom jiġu eżaminati bil-mod li għandu jinftiehem bejn il-produttur u s-servizz tekniku.

Kundizzjonijiet ta’ l-eżami tal-vettura b’“ċiklu ta’ 50 km/h”

Kriterji ta’ falliment

Veloċità tal-vettura ta’ 50 km/h ± 20% (il-vettura tmexxi r-rombli). Jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ cruise control, għandha tkun operattiva

Varjazzjoni fil-veloċità akbar minn ± 10% tal-veloċità nominali

Fil-każ ta’ kaxxa tal-gerijiet: bidla tal-proporzjon tal-gerijiet li tikkaġuna varjazzjoni tal-veloċità akbar minn ±10% tal-veloċità nominali

Dimm ON (mode mannwali)

Dwal OFF

Wajper ta’ quddiem ON (mode mannwali) veloċità massima

Waqfien għal kollox tal-wajper ta’ quddiem

L-indikejter tad-direzzjoni fuq in-naħa tas-sewwieq ON

Bidla fil-frekwenza (aktar baxxa minn 0.75 Hz jew akbar minn 2.25 Hz)

Bidla fid-duty cycle (aktar baxxa minn 25% jew akbar minn 75%)

Sospensjoni aġġustabbli fil-pożizzjoni normali

Varjazzjoni sinifikanti mhux mistennija

Sît tas-sewwieq u stêring f’pożizzjoni medja

Varjazzjoni mhux mistennija akbar minn 10% tal-marġni kollha

Alarm mhux issettjat

Attivazzjoni mhux mistennija ta’ l-allarm

Ħorn OFF

Attivazzjoni mhux mistennija tal-ħorn

Airbag u sistemi ta’ restrizzjoni tas-sigurtà operattivi bl-airbag tal-passiġġier inibit jekk din il-funzjoni teżisti

Attivazzjoni mhux mistennija

Bibien awtomatiċi magħluqin

Ftuħ mhux mistenni

Lîver tal-brejk b’reżistenza aġġustabbli fil-pożizzjoni normali

Attivazzjoni mhux mistennija


Kondizzjoniiet ta’ l-eżami tal-vettura b’“ċiklu ta’ brejk”

Kriterji ta’ falliment

Għandhom jiġu definiti fil-pjan ta’ l-eżami taċiklu ta’ brejk. Dan għandu jinkludi tħaddim tal-pedala tal-brejk (sakemm m’hemmx raġunijiet tekniċi biex ma jsirx hekk) imma mhux bilfors azzjoni ta’ sistema tal-brejkijiet li ma tillokkjax.

Dwal ta’ waqfien inattivati waqt iċ-ċiklu

Dawl tat-twissija ta’ brejk ON bil-funzjoni mitlufa

Attivazzjoni mhux mistennija

2.1.3.   It-tagħmir kollu li jista’ jinxtegħel b’mod permanenti mis-sewwieq jew passiġġier għandu jkun qiegħed jaħdem normali.

2.1.4.   Is-sistemi l-oħra kollha li jaffettwaw il-kontroll tas-sewwieq fuq il-vettura għandhom ikunu (on) bħal meta l-vettura tkun qiegħda taħdem normali.

2.2.   Jekk hemm sistemi ta’ l-elettriku/elettroniċi tal-vettura li jiffurmaw parti integrali mill-kontroll dirett tal-vettura, li ma jaħdmux taħt il-kondizzjonijiet deskritti f’paragrafu 4.1, ikun permissibbli li l-produttur jipprovdi rapport jew evidenza addizzjonali lilll-Awtorità ta’ l-Eżamijiet li s-sistema ta’ l-elettriku/elettronika tal-vettura tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Tali evidence għandha tinżamma fid-dokumnetazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

2.3.   Meta tkun qiegħda tiġi mmonitorjata l-vettura, jista jintuża’ biss tagħmir li ma joħloqx disturbazzjoni. Il-parti ta’ barra tal-vettura u l-kumpartiment tal-passiġġier għandu jkun immonitorjat biex jiġi determinat jekk il-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness humiex rispettati (e.g. bl-użu ta’ vidjokamera(s), mikropfonu, eċċ.).

3.   Kondizzjonijiet ta’ l-eżami

3.1.   Marġni ta’ frekwenza, ħinijiet ta’ pawsa, polarizzazzjoni

Il-vettura għandha tiġi esposta għal radjazzjoni elettro-manjetika fil-marġni ta’ 20 sa 2000 MHz f’polarizzazzjoni vertikali.

Il-modulazzjoni tas-sinjali ta’ l-eżami għandha tkun:

AM, b’modulazzjoni ta’ 1 kHz modulation u fond ta’ 80% modulazzjoni fil-marġni ta’ frekwenza 20-800 MHz, u

PM, t fuq 577μs, perijodu 4600μs fil-marġni ta’ frekwenza 800-2000 MHz,

jekk ma jkunx inftiehem mod ieħor bejn is-Servizz Tekniku u l-produttur tal-vettura.

Id-daqs ta’ l-istep ta’ frekwenza u l-ħin ta’ pawsa għandhom jintgħażlu skond l-ISO 11451-1:2002.

3.1.1.   Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-intervalli speċifikati fl- ISO 11451-1:2002 matul il-marġni ta’ frekwenza 20 sa 2000 MHz.

Inkella, jekk il-produttur jagħti d-data tal-kejl għall banda ta’ frekwenza kollha, minn laboratorju tat-testijiet akkreditat, għall-partijiet li japplikaw ta’ l-ISO 17025 (l-1 Edizzjoni 1999) u rikonixxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jagħżel numru iżgħar ta’ frekwenzi fil-marġni, e.g. 27, 45, 65, 90, 120, 150, 190, 230, 280, 380, 450, 600, 750, 900, 1300, u 1800 MHz biex jikkonferma li l-vettura tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

Jekk vettura teħel mill-eżami definit f’dan l-Anness, għandu jiġu verifikat li falliet fil-kondizzjonijiet relevanti ta’ l-eżami u mhux minħabba l-ġenerazzjoni ta’ kampi mhux kontrollati.

4.   Ġenerazzjoni tas-saħħa meħtieġa tal-kamp

4.1   Metodoloġija ta’ l-eżami

4.1.1.   Il-metodu ta’ sostituzzjoni skond l-ISO 11451-1:2002 għandu jintuża biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-kamp ta’ l-eżami.

4.1.2.   Kalibrar

Għal Transmission-Line-Systems (TLS), għandha tintuża field probe waħda fil-punt ta’ referenza tal-faċilità.

Għall-erjals, għandhom jintużaw erba’ field probes fil-punt ta’ referenza tal-faċilità.

4.1.3.   Fażi ta’ l-eżami

Il-vettura għandha titqiegħed bil-linja ta’ nofs il-vettura fuq il-punt jew linja ta’ referenza. Il-vettura għandha normalment tħares lejn erjal fiss. Madankollu, fejn il-units għall-kontroll elettroniku u l-harness relatata tas-sistema tal-wajers huma bi predominanza fuq wara tal-vettura, l-eżami għandu normalment isir bil-vettura tħares ’l hinn mill-erjal. Fil-każ ta’ vetturi twal (i.e. karozzi u vannijiet żgħar esklużi), li għandhom il-units għall-kontroll elettroniku u l-harness relatata tas-sistema tal-wajers bi predominanza lejn in-nofs tal-vettura, jista’ jiġi stabbilit punt ta’ referenza bbażat jew fil-wiċċ tan-naħa tal-lemin jew fil-wiċċ tan-naħa tax-xellug tal-vettura. Dan il-punt ta’ referenza għandu jkun f’nofs it-tul tal-vettura jew f’punt mintul il-ġenb tal-vettura magħżula mill-produttur flimkien ma’ l-awtorità kompetenti wara li jiġu kkunsidrati d-distribuzzjoni tas-sistemi elettroniċi u t-tqassim ta’ xi harness tas-sistema tal-wajers.

Dawn it-testijiet jistgħu isiru biss jekk il-kostruzzjoni fiżika taċ-chamber tippermetti. Il-pożizzjoni ta’ l-erjal għandha titniżżel fir-rapport ta’ l-eżami.

ANNESS VII

METODU TA’ KEJL TA’ EMISSJONIJIET ELETTRO-MANJETIĊI BROADBAND IRRADJATI MINN SOTTO-MUNTAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu ta’ eżami deskritt f’dan l-Anness jista’ jitħaddem għall-ESAs, li wara jitgħu jitwaħħlu fuq vetturi, li jkunu konformi, ma’ l-Anness IV.

1.2.   Metodu ta’ l-eżami

Dan l-eżami huwa intiż biex ikejjel l-emissjonijiet elettro-manjetiċi minn ESAs (e.g. sistemi ta’ ignixin, mutur ta’ l-elettriku eċċ.).

Sakemm mhux preskritt mod ieħor f’dan l-anness, l-eżami għandu jsir skond is- CISPR 25 (it-2 Edizzjoni, 2002).

2.   Stat ta’ l-ESA waqt l-eżamijiet

2.1   L-ESA għandha tkun issettjata biex taħdem normali, preferibbilment b’load massimu.

3.   Arranġamenti ta’ l-eżami

3.1.   L-eżami għandu jsir skond is-CISPR 25 (it-2 Edizzjoni) klawsola 11 - metodu ta’ l-ALSE.

3.2.   Post alternattiv għall-kejl

Bħala alternattiva għall-Absorber Lined Shielded Enclosure (ALSE), jista’ jintuża Open Area Test Site (OATS) konformi mal-kondizzjonijiet tas-CISPR 16-1 (it-2 Edizzjoni 2002) (ara l-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

3.4.   Ambient

Biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm storbju jew sinjali estranji kbar biżżejjed biex jaffettwaw il-kejl materjalment, għandu jittieħed kejl qabel jew wara l-eżami prinċipali. F’dan il-kejl, l-istorbju jew sinjali estranji għandhom ikunu għall-inqas 6 dB taħt il-limiti ta’ l-interferenza mogħtija fil-paragrafu 6.5.2.1 ta’ l-Anness I, ħlief għal trażmissjonijiet ambient ta’ trażmissjonijiet narrowband maħsuba.

4.   Kondizzjonijiet ta’ l-eżami

4.1.   Il-limiti japplikaw matul il-marġni ta’ frekwenza minn 30 sa 1000 MHz għal kejl meħud f’semi anechoic chambers jew siti ta’ l-ittestjar li jkunu fuq barra.

4.2.   Il-kejl jista’ jittieħed b’ditekters jew quasi-peak jew peak. Il-limiti mogħtija fl-Anness 1, paragrafi 6.2 u 6.5 huma għal ditekters quasi-peak. Jekk jintużaw ditekters peak, għandu jiġi applikat element ta’ korrezzjoni ta’ 20 dB kif spjegat fis-CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001).

4.3.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-intervalli speċifikati fis-CISPR 25 (it-2 Edizzjoni 2002) stàndard matul il-marġni ta’ frekwenza 30 sa 1000 MHz

Inkella, jekk il-produttur jagħti d-data tal-kejl għall banda ta’ frekwenza kollha, minn laboratorju tat-testijiet akkreditat, għall-partijiet li japplikaw ta’ l-ISO 17025 (l-1 Edizzjoni 1999) u rikonixxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaqsamil-marġni ta’ frekwenza fi 13 -il banda ta’ frekwenza 30–50, 50-75, 75-100, 100-130, 130-165, 165-200, 200-250, 250-320, 320-400, 400-520, 520-660, 660-820, 820-1000 MHz u jagħmel testijiet fit-13 -il frekwenza li huma, u jagħti l-għola gradi ta’ emissjoni għal kull banda biex jikkonferma li l-ESA tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

F’każ li waqt l-eżami jinqabeż il-limitu, għandu jsir stħarriġ biex jiġi żgurat li dan ġej mill-ESA u mhux mir-radjazzjoni ta’ l-isfond inkluża radjazzjoni ta’ broadband mill-ESA.

4.4.   Qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni mimduda u wieqfa) f’kull waħda mit-13 -il banda ta’ frekwenza għandu jittieħed bħala l-qari karatterisitku fil-frekwenza li sar il-kejl.

Appendiċi 1

Dijagramma 1

Sit ta’ l-eżami, medda miftuħa: Konfini tal-medda ta’ l-eżami tas-sotto-muntaġġ elettriku/elettroniku

Medda lixxa libera bla wċuh li jirriflettu electro-manjetiċi

Image Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

METODU TA’ KEJL TA’ EMISSJONIJIET ELETTRO-MANJETIĊI NARROWBAND IRRADJATI MINN SOTTO-MUNTAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu ta’ eżami deskritt f’dan l-Anness għandu jitħaddem għal ESAs, li wara jistgħu jitwaħħlu fuq vetturi, li jkunu konformi, ma’ l-Anness IV.

1.2.   Metodu ta’ l-eżami

Dan it-test huwa intiż biex ikejjel l-emissjonijiet elettro-manjetiċi narrowband li jistgħu joħorġu minn sistemi msejsa fuq mikro-proċessuri.

Sakemm mhux preskritt mod ieħor f’dan l-anness, l-eżami għandu jsir skond is-CISPR 25 (it-2 Edizzjoni 2002).

2.   Stat tal-vettura waqt l-eżamijiet

2.1 L-ESA għandha tkun imqabbda normali.

3.   Arranġamenti ta’ l-eżami

3.1.   L-eżami għandu jsir skond is-CISPR 25 (it-2 Edizzjoni 2002) klawsola 11 - metodu ta’ l-ALSE.

3.2.   Posta alternattiv għall-kejl

Bħala alternattiva għal Absorber Lined Shielded Enclosure (ALSE), jista’ jintuża Open Area Test Site (OATS) konformi mal-kondizzjonijiet tas-CISPR 16-1 (it-2 Edizzjoni 2002) (ara l-Appendiċi 1 sa l-Appendiċi VII).

3.4.   Ambient

Biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm storbju jew sinjali estranji kbar biżżejjed biex jaffettwaw il-kejl materjalment, għandu jittieħed kejl qabel jew wara l-eżami prinċipali. F’dan il-kejl, l-istorbju jew sinjali estranji għandhom ikunu għall-inqas 6 dB taħt il-limiti ta’ l-interferenza mogħtija fil-paragrafu 6.5.2.1 ta’ l-Appendiċi I, ħlief għal trażmissjonijiet ambient ta’ narrowband intenzjonati.

4.   Kondizzjonijiet ta’ l-eżami

4.1.   Il-limiti japplikaw matul il-marġni ta’ frekwenza minn 30 sa 1000 MHz għal kejl meħud f’semi anechoic chambers jew siti ta’ l-ittestjar li jkunu fuq barra.

4.2.   Il-kejl għandu jsir b’ditekter average.

4.3.   Kejl

Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-intervalli speċifikati f’CISPR 12 (il-5 edizzjoni 2001) stàndard matul il-marġni ta’ frekwenza minn 30 sa 1000 MHz.

Inkella, jekk il-produttur jagħti l-kejl għad-data tal-banda ta’ frekwenza kollha, minn laboratorju tat-testijiet akkreditat, għall-partijiet li japplikaw ta’ l- ISO 17025 (l-1 Edizzjoni 1999) u rikonixxut mill-Awtorità ta’ l-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jaqsam il-marġni ta’ frekwenza fi 13 -il banda ta’ frekwenza ta’ 30–50, 50-75, 75-100, 100-130, 130-165, 165-200, 200-250, 250-320, 320-400, 400-520, 520-660, 660-820, 820-1000 MHz u jagħmel testijiet fit-13 -il frekwenza li huma, u jagħti l-għola gradi ta’ emissjoni għal kull banda biex jikkonferma li l-ESA tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness. F’każ li waqt l-eżami jinqabeż il-limitu, għandu jsir stħarriġ biex jiġi żgurat li dan ġej mill-ESA u mhux mir-radjazzjoni ta’ l-isfond inkluża radjazzjoni ta’ broadband mill-ESA.

4.4.   Qari

Il-massimu tal-qari relatat mal-limitu (polarizzazzjoni mimduda u wieqfa) f’kull waħda mit-13 -il banda ta’ frekwenza għandu jittieħed bħala l-qari karatterisitku fil-frekwenza li sar il-kejl.

ANNESS IX

METODU/I TA’ EŻAMI GĦALL-IMMUNITÀ TA’ SOTTO-MUNTAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI GĦAL RADJAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA

1.   Ġenerali

1.1.   Il-metodu/i ta’ eżami deskritt/i f’dan l-Anness jistgħu jitħaddmu għal ESAs.

1.2.   Metodi ta’ eżami

1.2.1.   L-ESAs jistgħu ikunu konformi mal-kondizzjonijiet ta’ xi taħlita tal-metodi ta’ eżami li ġejjin, fid-diskrezzjoni tal-produttur, sakemm tkopri l-marġni kollha ta’ frekwenza kif speċifikat f’paragrafu 3.1 ta’ dan l-Anness.

Eżami ta’ l-Absorber Chamber: skond l-ISO 11452-2:2002

Eżami taċ-ċellola tat-TEM: skond l-ISO 11452-3:3rd Edizzjoni 2001

Bulk Current Injection Testing: skond is-CD ISO 11452-4:2002

Eżmi ta’ l-Istripline: skond l-ISO 11452-5:it-2 Edizzjoni 2002

Stripline ta’ 800 mm: skond klawsola 4.5 ta’ dan l-Anness

(Il-marġni ta’ frekwenza u l-kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-eżami għandhom ikunu msejsa fuq l-ISO 11452-1:2002).

2.   Stat ta’ l-ESA waqt l-eżamijiet

2.1.   Il-kondizzjonijiet ta’ l-eżami għandhom ikunu skond l-ISO 11452-1:2002.

2.2.   L-ESA eżaminata għandha tinxtegħel u trid tiġi stimulata biex tkun fil-kundizzjoni ta’ operazzjoni normali tagħha. Hija għandha tiġi rranġata bħal ma huwa definit f’dan l-Anness sakemm il-metodi individwali ta’ l-eżami ma jiddettawx mod ieħor.

2.3.   Tagħmir barrani li jista’ jkun meħtieġ biex titħaddem l-ESA eżaminata m’għandux ikun f’postu waqt il-fażi ta’ kalibrar. Ebda tagħmir barrani m’għandu jkun eqreb minn 1 m mill-punt ta’ referenza waqt il-kalibrar.

2.4.   Biex jiġi żgurat li jinkisbu riżultati ta’ kejl riproduċibbli meta jiġu ripetuti l-eżamijiet u l-kejl, it-tagħmir li jiġġenera s-sinjali ta’ l-eżami u t-tqassim tat-tagħmir għandu jkun ta’ l-istess karatteristiċi bħal dak użat waqt kull fażi proprja tal-kalibrar.

2.5.   Jekk l-ESA eżaminata tkun magħmula minn aktar minn unit wieħed, il-kejbils li jgħaqqduhom għandhom idealment ikunu l-harnesses tas-sistemi tal-wajers kif ikunu maħsuba għall-użu fil-vettura. Jekk dawn ma jkunux disponibbli, it-tul bejn il-unit ta’ kontroll elettroniku u l-AN għandu jkun definit l-istess fl-istandard. Il-kejbils tal-harness tas-sistema tal-wajers għandhom jiġu tterminati realistikament kemm jista’ jkun u preferbbilment b’loadsactuators veri.

3.   Kondizzjonijiet ġenerali ta’ l-eżami

3.1   Marġni ta’ frekwenza, ħinijiet ta’ pawsa

Il-kejl għandu jsir fil-marġni ta’ frekwenza ta’ 20 sa 2000 MHz bi steps ta’ frekwenza skond l-ISO 11452-1:2002.

Il-modulazzjoni tas-sinjali ta’ l-eżami għandha tkun:

AM, b’modulazzjoni ta’ 1 kHz u 80% fond tal-modulazzjoni fil-marġni ta’ frekwenza 20 - 800 MHz,

PM, t fuq 577μs, perijodu 4600μs fil-marġni ta’ frekwenza ta’ 800-2000 MHz,

sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn is-Servizz Tekniku u l-produttur ta’ l-ESA.

Id-daqs ta’ l-isteps ta’ frekwenza u l-ħin ta’ pawsa għandhom jintagħżlu skond l-ISO 11452-1:2001.

3.2.   Is-Servizz Tekniku għandu jagħmel l-eżami fl-ntervalli msemmija fl-ISO 11452-1:2002 matul il marġni kollha ta’ frekwenza minn 20 sa 2000 MHz.

Inkella, jekk il-produttur jagħti l-kejl għal data għall-banda ta’ fekwenza kollha minn laboratorju ta’ l-eżamijiet akkreditat għall-partijiet applikabbli ta’ l-ISO 17025 (1 Edizzjoni 1999) u rikonoxxut mill-Awtorità għall-Approvazzjoni, is-Servizz Tekniku jista’ jagħżel numru iżgħar ta’ spot frequencies fil-marġni, e.g. 27, 45, 65, 90, 120, 150, 190, 230, 280, 380, 450, 600, 750, 900, 1300, u 1800 MHz biex jikkonferma li l-ESA tirrispetta l-kondizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

3.3.   Jekk ESA teħel mill-eżamijiet definiti f’dan l-Anness, għandu jiġi vverifikat li weħlet taħt il kondizzjoniiet relevanti speċifiċi u mhux b’riżultat tal-ġenerazzjoni ta’ kampi mhux kontrollati.

4.   Kondizzjoniiet speċifiċi tat-test

4.1.   Eżami ta’ l- Absorber Chamber

4.1.1.   Metodu ta’ l-eżami

Dan il-metodu ta’ l-eżami jippermetti l-eżami tas-sistemi ta’ l-elettriku u elettroniċi tal-vettura billi jesponi ESA għal radjazzjoni elettro-manjetika ġġenerata minn erjal.

4.1.2.   Metodoloġija ta’ l-eżami

Il-’metodu ta’ sostituzzjoni’ għandu jintuża sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-kamp skond l-ISO 11452-2:2002.

L-eżami għandu jsir b’polarizzazzhoni vertikali.

4.2.   Eżami taċ-ċellola tat-TEM

4.2.1.   Metodu ta’ l-eżami

Iċ-ċellola tat-TEM (transverse electromagnetic mode) tiġenera kampi omoġenji bejn il-konduttur ta’ ġewwa (septum) u l-housing (ground plane).

4.2.2.   Metodoloġija ta’ l-eżami

L-eżami għandu jsir skond l-ISO 11452-3:3 Edizzjoni 2001.

Skond l-ESA li trid tiġi eżaminata, l-Awtorità ta’ l-Eżamijiet għandha tagħżel il-metodu t’akkoppjar massimu ta’ kampi ma’ l-ESA jew mal-harness tas-sistema tal-wajers ġoċ-ċellola tat-TEM.

4.3.   Bulk Current Injection Testing

4.3.1.   Metodu ta’ l-eżami

Dan huwa metodu ta’ testijiet ta’ l-immunità billi jiġu mgħaoddija kurrenti direttament fil-harness tas-sistema tal-wajers bl-użu ta’ injection probe ta’ kurrent.

4.3.2.   Metodoloġija ta’ l-eżami

L-eżami għandu jisr skond l-ISO DIS 11452-4:2003 fuq bank tat-testijiet. Inkella, l-ESA tista’ tiġi eżaminata waqt li tkun installata fil-vettura skond l-ISO 11451-4 (l-Ewwel Edizzjoni 1995).

L-injection probe għandha titqiegħed f’distanza ta’ 150 mm mill-ESA li trid tiġi eżaminata.

Għandu jintuża l-metodu ta’ referenza biex jiġu kkalkulati l-kurrenti injettati mill-forward power.

Il-marġni ta’ frekwenza tal-metodu jiġu limitati mill-karatteristika ta’ l-injection probe.

4.4.   Eżami ta l-Istripline

4.4.1.   Metodu ta’ l-eżami

Dan il-metodu ta’ eżami jikkonsisti fis-suġġettar tal-harness tas-sistema tal-wajers li tgħaqqad il-komponenti ta’ ESA f’kampi speċifiċi ta’ enerġija.

4.4.2.   Metodoloġija ta’ l-eżami

L-eżami għandu jsir skond l-ISO 11452-5 (it-2 Edizzjoni 2002).

4.5.   Eżami ta’ l-Istripline ta’ 800mm

4.5.1.   Metodu ta’ l-eżami

L-istripline jikkonsisti f’żewġ pjanċi metalliċi paralleli mifruda bi 800 mm. It-tagħmir eżaminat jitqiegħed f’nofs il-pjanċi u jiġi suġġettat għal kamp elettro-manjetiku (ara Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness).

Dan il-metodu jista'jeżmina sistemi elettroniċi sħaħ inklużi sensers u actuators, kif ukoll il-controller u l-wiring loom. Huwa adattat għal apparat li l-akbar dimensjoni tiegħu hija inqas minn terz ta’ l-ispazju ta’ bejn il-pjanċi.

4.5.2.   Metodoloġija ta’ l-eżami

4.5.2.1.   Pożizzjoni ta’ l-istripline

L-istripline għandu jiddaħħal ġo kamra bi skrins (biex jiġu evitati emissjonijiet esterni) u jitqiegħed 2 m ’l hinn mill-ħitan u xi għeluq metalliku biex jiġu evitati riflessi elettro-manjetiċi. Jista’ jintuża materjal li jassorbi l-RF, biex jittaffew dawn ir-riflessi. L-istripline għandu jitqiegħed fuq appoġġi li ma jħallux kurrent jgħaddi, li jkunu għall-inqas 0.4 m ’l fuq mill-art.

4.5.2.2.   Kalibrar ta’ l-istripline

Għandha titqiegħed probe li tkejjel il-kamp fit-terz tan-nofs tad-dimensjonijiet lonġitudinali, vertikali u trasversali ta’ l-ispazju ta’ bejn il-pjanċi paralleli mingħajr is-sistema li għandha tiġi eżaminata.

It-tagħmir l-ieħor għall-kejl għandu jitqiegħed barra l-kamra ta’ l-iskrin. Kull frekwenza ta’ eżami mixtieqa, għandu jingħadda livell ta’ enerġija għall ġo l-istripline biex jipproduċi l-kamp ta’ enerġija meħtieġ fl-erjal. Dan il-livell ta’ forward power, jew parametru ieħor direttament relatat mal-forward power meħtieġ biex jiddefinixxi l-kamp, għandu jintuża għal eżamijiet ta’ approvazzjoni tat-tip sakemm ma jkunx hemm bidliet fil-faċilitajiet jew tagħmir, li joħolqu bżonn li din il-proċedura tiġi ripetuta.

4.5.2.3.   Installazzjoni ta’ l-ESA eżaminata

Il-unit tal-kontroll prinċipali għandu jitqiegħed fit-terz tan-nofs tad-dimensjonijiet lonġitudinali, vertikali u trasversali ta’ l-ispazju ta’ bejn il-pjanċi paralleli. Huwa għandu jinżamm fuq stand magħmul minn materjal li ma jħallix kurrent jgħaddi.

4.5.2.4.   Newl prinċipali tas-sistema tal-wajers u kejbils ta’ sensers/actuators

In-newl prinċipali tas-sistema tal-wajers u xi kejbils ta’ sensers/actuators għandhom jitilgħu vertikalment mill-unit tal-kontroll għall-ground plate tal-wiċċ (dan jgħin biex jiġi massimizzat l-akkoppjar mal-kamp elettro-manjetiku). Imbagħad għandhom isegwu l-parti ta’ taħt tal-pjanċa għal wieħed mix-xfar liberi tagħha fejn għandhom jiffurmaw ingassa u jsegwu l-wiċċ tal-ground plate sal-konnekxins mal-bokka ta’ l-istripline. Il-kejbils imbagħad għandhom jitgħaddew għat-tagħmir relatat, li għandhom jitqiegħdu f’erja barra l-nfluwenza tal-kamp elettro-manjetiku, e.g.: ma’ l-art fil-kamra ta’ l-iskrin 1 m lonġitudinalment ’il bogħod mill-istripline.

Appendiċi 1

Dijagramma 1

800mm Testijiet ta’ l-istripline

Image Test ta 'immaġni

Dijagramma 2

800mm Dimensjonijiet ta’ l-istripline

Image Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

Dimensjonijiet tipiċi ta’ ċellula ta’ TEM

It-tabella li jmiss, turi l-kejl għall-bini ta’ ċellula b’massimi speċifiċi ta’ frekwneza:

Frekwenza massima

(MHz)

Fattur tal-forma taċ-ċellula

W: b

Fattur tal-forma taċ-ċellula

L/W

Firda tal-pjanċi

b (ċm)

Septum

S (ċm)

200

1,69

0,66

56

70

200

1,00

1

60

50

ANNESS X

METODU/I TA’ EŻAMI GĦALL-IMMUNITÀ GĦAL U EMISSJONI TA’ TRANSIENTS TA’ SOTTO-MUNTAĠĠI ELETTRIĊI/ELETTRONIĊI

1.   Ġenerali

Dan il-metodu ta’ eżami għandu jiżgura l-immunità ta’ ESAs għal transients mgħoddija fuq il-provvista ta’ l-elettriku tal-vettura u jillimita t-transients mgħoddija mill ESAs għall-provvista ta’ l-elettriku tal-vettura.

2.   Immunità kontra disturbanzi mgħoddija mill-linji tal-provvista

Applika l-pulses tat-testijiet 1, 2a, 2b, 3a 3b u 4 skond l-Istàndard Internazzjonali ISO 7637-2:2002 fuq il-linji tal-provvista kif ukoll fuq connections oħra ta’ ESAs li jsitgħu ikunu mwaħħla funzjonalment mal-linji tal-provvista.

3.   Emissjoni ta’ disturbanzi mgħoddija mill-linji tal-provvista

Kejl skond l-Istàndard Internazzjonali ISO 7637-2:2002 fuq linji ta’ provvista kif ukoll fuq connections oħra ta’ ESAs li jsitgħu ikunu mwaħħla funzjonalment mal-linji tal-provvista.


Top