EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0096

2004/96/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2004/96/KE tas- 27 ta' Settemrbu 2004 temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KE fir-rigward ta' restrizzjonijiet fit-tqegħid fis-suq u fl-użu tan-nikil għall-muntaturi tat-titqib għall-fini tal-addattament tal-Anness I tiegħu mal-progress tekniku Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 301, 28.9.2004, p. 51–52 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 1–2 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/96/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/96/KE

tas-27 ta' Settemrbu 2004

temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KE fir-rigward ta' restrizzjonijiet fit-tqegħid fis-suq u fl-użu tan-nikil għall-muntaturi tat-titqib għall-fini tal-addattament tal-Anness I tiegħu mal-progress tekniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (1), b'mod partikolari l-Artikolu 2a tagħħa,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 76/769/KE kif emendata mid-Direttiva 94/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), in-nikil u l-komposti tiegħu ma jistgħux jiġu użati f'ċertu muntaturi għat-titqib u ċerti prodotti oħra sakemm dawn ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 76/769/KE.

(2)

Ir-riskju ta' sensibilizzazzjoni għan-nikil għall-bniedem minn muntaturi tat-titqib kien evalwat mill-ġdid permezz ta' valutazzjoni tar-riskji speċifika; il-valutazzjoni tar-riskji kkonkludiet illi limitu tal-migrazzjoni għal muntaturi tat-titqib huwa aktar addattat minn limitu tal-kontenut.

(3)

Ir-rata l-ġdida tal-ħelsien tan-nikil (limitu tal-migrazzjoni) għandha tkun aġġustata bil-fattur ta' multiplikazzjoni stipulat fl-EN 1811 sabiex jagħmel tajjeb għal varjazzjonijiejt bejn il-laboratorji u ineżattezzi fil-kejl. Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) qed ikun mistieden sabiex b'mod partikolari jirrevedi EN 1811 fir-rigward tal-fattur tal-aġġustament u sabiex jipprepara standard rivedut bla fattur tal-aġġustament, jew b'fattur tal-aġġustament iżgħar, jekk ikun il-każ.

(4)

Il-valutazzjoni tar-riskji kienet riferita lill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (CSTEE) għal parir espert ieħor u l-CSTEE ikkonferma li limitu tal-migrazzjoni tan-nikil jista' jikkaġuna tnaqqis fir-riskji ta' sensibilizzazzjoni meta paragunat ma' limitu tal-kontenut tan-nikil.

(5)

Id-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva jikkunsidraw l-istat kurrenti ta' għarfien, xjenza u teknika.

(6)

Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-Komunità li tistipula rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (3), u Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t'April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għall-karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (is-Sitt Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (4).

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-addattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-sustanzi u taħlitiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijijet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni, it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabulat korrelattiv bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn referenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta' Settemrbu 2004.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/21/KE (ĠU L 57, 25.2.2004, p. 4).

(2)  ĠU L 188, 22.7.1994, p. 1.

(3)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE, fil-punt 28, Nikil, fil-punt 1tat-tieni kolonna qed jiġi mibdul b'dan li ġej:

“1.

Fil-muntaturi kollha li jiġu mdaħħla f'widnejn imtaqqba jew partijiet oħra mtaqqba tal-ġisem tal-bniedem sakemm ir-rata tal-ħelsien tan-nikil għal dawn il-muntaturi tkun anqas minn 0,2 μg/ċm2/ġimgħa (limitu tal-migrazzjoni);”


Top