This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004E0087
Council Joint Action 2004/87/CFSP of 26 January 2004 amending Joint Action 2003/681/CFSP on the European Union Police Mission in the Former Yugoslav Republic of Macedonia (EUPOL Proxima)
Azzjoni konġunta tal-kunsill 2004/87/CFSP tas-26 ta' Jannar 2004 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja (EUPOL Proxima)
Azzjoni konġunta tal-kunsill 2004/87/CFSP tas-26 ta' Jannar 2004 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja (EUPOL Proxima)
ĠU L 21, 28.1.2004, p. 31–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2004
Official Journal L 021 , 28/01/2004 P. 0031 - 0031
Azzjoni konġunta tal-kunsill 2004/87/CFSP tas-26 ta' Jannar 2004 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Maċedonja li qabel kienet il-Jugoslavja (EUPOL Proxima) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tieghu, Billi: (1) Fid-29 ta' Settembru 2003, il-Kunsill jadotta l-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP [1], li jniżżel, inter alia, arranġamenti finanzjarji, inkluż l-iffinanzjar ta' per diems għall-2003 mill-estimi tal-Komunità. (2) Per diems għall-2004 għandhom ikunu ffinanzjati mill-estimi tal-Komunità. (3) L-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP għandha emendata hekk, ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA: Artikolu 1 L-Artikolu 10(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/681/CFSP għandha tkun emendata kif ġej: 1. fl-ewwel subparagrafu, il-punt li ġej għandu jkun miżjud: "(d) massimu ta' 6,555 miljun EUR għal kull per diems ta' 100 EUR kull persuna għall-2004 għandu jkun iffinanzjat mill-estimi tal-Komunità."; 2. "it-tieni subparagrafu għandu jitbiddel mis-subparagrafu li ġej:"L-iffinanzjar ta' per diems għall-2003 u l-2004 mill-estimi tal-Komunità ma jippreġudikax l-ammont tagħhom u l-metodi tal-iffinanzjar tagħhom għas-snin li ġejjin."" ; 3. it-tielet subparagrafu għandu jitħassar. Artikolu 2 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Tibda tgħodd mill-1 ta' Jannar 2004. Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU L 249, ta' l-1.10.2003, p. 66. --------------------------------------------------