EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004E0085

Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/85/CFSP tas-26 ta' Jannar 2004 dwar il-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni (riżoluzzjoni) ta' konflitti fl-Afrika u li jirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2001/374/CFSP

ĠU L 21, 28.1.2004, p. 25–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/04/2005; Imħassar b' 32005E0304

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2004/85/oj

32004E0085



Official Journal L 021 , 28/01/2004 P. 0025 - 0029


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/85/CFSP

tas-26 ta' Jannar 2004

dwar il-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni (riżoluzzjoni) ta' konflitti fl-Afrika u li jirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2001/374/CFSP

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropew ta' Cologne, Helsinki, Feira, Nizza u l-Programm Ewropew dwar il-Prevenzjoni ta' Konflitti Vjolenti,

Billi:

(1) Ir-responsabbilta primarja għall-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni ta' konflitti fil-kontinent ta' l-Afrika għandha tkun ta' l-Afrikani stess.

(2) Il-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti għandu r-reponsabbilta primarja għaż-żamma tal-paċi internazzjonali u sigurta taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3) Fil-kitba (Fl-innegozjar) tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurta tan-NU, id-difiża tal-posizzjonijiet u interessi ta' l-Unjoni Ewropea hija żgurata b'mod sħiħ bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4) Fl-14 ta' Mejju 2001 il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/374/CFSP dwar il-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni ta' konflitti fl-Afrika [1].

(5) Il-promozzjoni tal-paċi, sigurta u stabbilta fil-kontinent hija waħda (huwa wieħed) mill-għanijiet ta' l-Unjoni Afrikana (UA) u s-soluzzjoni paċifika tal-konflitti fost l-Istati Membri hija waħda (huwa wieħed) mill-prinċipji mnaqqxin fl-Att Kostituttiv ta' l-UA. Il-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni ta' konflitti kienu s-suġġett ta' djalogu ma' l-Organizzazzjoni ta' l-Unita Afrikana (OUA) u s-suċċessura tagħha, l-UA, u huma inklużi fid-Dikjarazzjoni u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kajr.

(6) Hemm rabta bejn il-prevenzjoni tal-konflitti u d-demokrazija, drittijiet tal-bniedem, stat tad-dritt u treġija tajba, fejn il-koperazzjoni fl-iżvilupp għandha parti strateġika x'taħdem fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex ikunu mmniġġati l-konflitti b'manjieri paċifiċi.

(7) L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha daħlu fi Ftehim ta' Partenarjat ma' l-Istati ta' l-ACP f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000.

(8) Il-Parlament Ewropew adotta fit-30 ta' Novembru 2000 Riżoluzzjoni dwar il-Parteċipazzjoni tan-Nisa fis-Soluzzjoni tal-Konflitti b'Mod Paċifiku; u l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-EU adottat fil-21 ta' Marzu 2002 Riżoluzzjoni dwar Kwistjonijiet ta' Ġeneru (Sess).

(9) Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta Linji Gwida dwar it-Tfal u Konflitti Armati,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. L-għan ta' din il-Pożizzjoni Komuni huwa li ssir kontribuzzjoni għall-prevenzjoni, immaniġġar u soluzzjoni ta' konflitti ta' konflitti vjolenti fl-Afrika billi jissaħħu l-kapaċita u l-mezzi ta' azzjoni Afrikani f'dan il-qasam, b'mod partikolari permezz ta' djalogu mtejjeb ma' u appoġġ għal l-UA u organizzazzjonijiet u inizjattivi subreġjonali, u organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili. Filwaqt li twettaq dan, l-UE għandha tieħu passi oħra biex tippromwovi l-kordinazzjoni bejn il-ħafna atturi li jistgħu jkunu involuti, inklużi kordinazzjoni iktar mill-qrib tal-miżuri meħuda mill-Komunità u l-Istati membri tagħha.

2. L-UE għandha, filwaqt li ssaħħaħ il-kapaċita tagħha fiż-żoni ta' l-immaniġġar tal-kriżijiet u prevenzjoni tal-konflitti, ittejjeb il-koperazzjoni stretta tagħha man-NU u organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali relevanti biex tikseb l-għan imsemmija hawn iktar ‘il fuq. Il-koperazzjoni man-NU dwar l-immaneġġar tal-kriżijiet għandha tkun avvanzata biex taqbel ma' u bħala parti minn l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Koperazzjoni NU-UE fl-Immaniġġar tal-Kriżijiet ta' l-24 ta' Settembru 2003. L-UE, minkejja l-impenn tagħha għad-dritt tal-pussess Afrikan, għandha tibqa' ppeparata li tkun involuta, kull meta meħtieġ, fl-immaniġġar ta' kriżijiet fl-Afrika bil-kapaċitajiet tagħha proprji.

3. L-UE għandha tiżviluppa inizjattivi fit-tul ta' prevenzjoni ta' konflitti u bini (kostruzzjoni) tal-paċi, filwaqt li tirrikonoxxi li progress f'dawn iż-żoni huwa wkoll prekondizzjoni meħtieġa għal Stati Afrikani biex jibnu u jsostu kapaċita biex jieqfu b'mod effettiv għat-terroriżmu.

4. L-UE għandha tiżviluppa avviċinament proattiv, komprensiv u integrat, li għandu jervi wkoll bħala qafas komuni għal azzjonijiet ta' Stati Membri individwali. Bħala parti minn dan, u biex itejjeb il-kapaċita għal azzjoni bikrija (ta' kmieni), stħarriġ ta' kull sena għandu jissokta jinkiteb mill-Presidenza assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni, biex ikunu identifikati u mmonitorjati konflitti vjolenti potenzali u li jippreżenta l-għażliet ta' politika meħtieġa biex ikun impedut it-tifqigħ jew ir-rikorrenza tagħhom.

Artikolu 2

Prevenzjoni b'suċċess ta' konflitti tiddependi minn preparazzjoni għal teħid ta' azzjoni qabel ma stwazzjoni teħżien fi vjolenza. Hekk, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa li twieġeb (tirreaġixxi) għall-kriżijiet eżistenti, il-politika ta' l-UE għandha tiffoka fuq li timpedixxi t-tifqigħ u l-firxa ta' konflitti vjolenti permezz ta' azzjoni bikrija (kmieni), u fuq li timpedixxi r-rikorrenza tal-konflitt vjolenti. F'dan il-kuntest, l-azzjoni ta' l-UE għandha tkopri:

- il-prevenzjoni ta' konflitti billi tfittex li tindirizza l-aktar kawżi strutturali fundamentali filwaqt li timmira lejn il-kawżi diretti - fatturi li jikkaġunaw - tal-konflitti vjolenti,

- l-immaniġġar ta' kriżijiet billi tindirizza fażijiet akuti ta' konflitti u tappoġġa sforzi biex tiġi tintemm il-vjolenza,

- il-bini (kostruzzjoni) tal-paċi billi tfittex li tappoġġa inizjattivi biex tillimita l-konflitti vjolenti u tipprepara, u ssostni, soluzzjonijiet paċifiċi għal konflitti tali,

- ir-rikostruzzjoni billi tappoġġa l-bini mill-ġdid ekonomiku, politiku u soċjali ta' Stati u soċjetajiet wara l-konflitt biex tippreveni ż-żieda mill-ġdid tal-vjolenza u tippromwovi paċi sostenibbli.

Artikolu 3

Biex tikkontribwixxi aħjar għall-immaniġġar tal-konflitti kif ukoll tirreaġixxi għall-kriżijiet eżistenti, l-UE għandha tqis:

- l-iżvilupp tas-sistemi legali internazzjonali, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, u arranġamenti koperattivi f'livell reġjonali,

- il-bini ta' istituzzjonijiet billi tiżdied l-effikaċja tas-sigurta nazzjonali u istituzzjonijiet ġudizzjali Afrikani inklużi attivitajiet ta' kontra t-terroriżmu kif ukoll b'-indetifikar ta' azzjoni speċifika biex tassisti lill-pajjiżi Afrikani fl-implimentar ta' l-impenji tagħhom taħt l-istrumenti internazzjonali eżistenti fl-oqsma kollha relevanti, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-traffikar illeċitu,

- l-appoġġ għar-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, li jista' jkollu parti importanti fit-tiswir ta' l-istituzzjonijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-impunita. Dan jinkludi r-rinfurzar ta' l-istituzzjonijiet ġudizzjali li għandhom parti komplimentari importanti f'dan il-kuntest.

Artikolu 4

Waqt li tirrikonoxxi li l-UA u l-organizzazzjonijiet subreġjonali Afrikani jikkostitwixxu l-atturi ċentrali fil-Pożizzjoni Komuni fl-Afrika:

1. l-UE għandha tfittex li żżid l-appoġġ tagħha lill-arranġamenti u sforzi għall-prevenzjoni tal-konflitti billi tkabbar ir-responsabbilta korporattiva, issaħħaħ l-istat tad-dritt, tħarreġ fil-prevenzjoni tal-konflitti, tibni kapaċitajiet għal, inter alia, analiżijiet politiċi u ekonomiċi, sistemi ta' allarm minn kmieni, abbiltajiet f'negozjati/medjazzjoni, titjib fil-mekkaniżi għall-issanzjonar u infurzar internazzjonali, żviluppar ta' mekkaniżmi li jindirizzaw fatturi ekonomiċi li jrewħu l-konflitti, u jsaħħu l-konnessjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet reġjonali bejniethom stess kif ukoll ma' l-atturi mhux Statali lokali, nazzjonali u reġjonali u membri oħra tal-Komunità internazzjonali. Sforzi li jappoġġaw l-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali fiż-żona tal-prevenzjoni tal-konflitti għandhom ikunu kkordinati b'attenzjoni mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw inizjattivi u sinerġiji konġunti, inkluż permezz ta' pprogrammar konġunt fejn xieraq;

2. L-appoġġ ta' l-UE għal u l-koperazzjoni ma' l-UA fil-qasam tal-Pożizzjoni Komuni għandhom ikunu segwiti bil-ħsieb li jiżviluppa partenarjat fit-tul, b'mod partikolari fil-qafas ta' l-insegwiment tas-Summit tal-Kajr.

Artikolu 5

Waqt li tagħraf li prevenzjoni effettiva tal-konflitti tirrikjedi strateġiji biex jinħolqu kondizzjonijiet li jagħmlu possibbli ambjent internazzjonali stabbli u iktar prevedibbli, u għajnuna komprensiva u bbilanċjata u programmi ta' assistenza għall-iżvilupp biex jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkaġunaw konflitti vjolenti, l-UE għandha tfittex li:

- tappoġġa l-ġabra flimkien tal-perspettivi dominanti fil-prevenzjoni tal-konflitti fil-qafas ta' l-iżvilupp u politika kummerċjali Komunitarji u l-istrateġiji assoċjati tagħha għall-pajjiżi u reġjonali,

- tintroduċi, kif xieraq, indikaturi tal-konflitti u għodda ta' stima ta' l-impatt tal-paċi u konflitt fuq il-koperazzjoni ta' żvilupp u kummerċ biex jitnaqqas ir-riskju li l-għajnuna u kummerċ irewħu l-konflitt, u timmassimizza l-impatt pożittiv tagħha fuq il-bini tal-paċi,

- tiżgura li dividendi tanġibbli jilħqu malajr lill-popolazzjoni kollha kemm hi (fit-totalita tagħha),

- ittejjeb il-kordinazzjoni bejn l-isforzi tal-Komunità u dawk ta' L-Istati Membri tagħha f'dan il-qasam,

- ittejjeb il-koperazzjoni fl-iżvilupp u kummerċ ma' atturi reġjonali, subreġjonali u lokali biex tkun żgurata l-konsistenza bejn inizjattivi u tappoġġa attivitajiet Afrikani,

- tikkordina l-isforzi tagħha ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

Artikolu 6

Rigward it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi Afrikani:

1. l-UE għandha tappoġġa, fuq terminu fit-tul, it-titjib tal-kapċitajiet ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi Afrikani, fil-livelli reġjonali, subreġjonali u bilaterali kif ukoll il-kapaċita ta' l-Istati Afrikani li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni reġjonali, paċi, sigurta u żvilupp. Minkejja titjib f'kapaċitajiet tali, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jissoktaw, fuq bażi ta' każ b'każ, jikkonsidraw it-tqegħid tal-mezzi operazzjonali għall-prevenzjoni tal-konflitti u mmaniġġar ta' kriżijiet tagħhom fl-Afrika, skond il-prinċipji tal-Karta tan-NU u f'koperazzjoni stretta ma' attivitajiet tan-NU fir-reġjun, kif intwera b'suċċess permezz ta' l-operazzjoni Artemis fir-reġjun ta' Ituri tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Konsiderazzjonijiet tali għandhom iqisu l-ambitu tal-kapaċitajiet żviluppati taħt il-kapaċitajiet ta' mmaniġġar ta' kriżijiet tan-NU, inkluż it-tqegħid ta' personal ċivili għal reazzjonijiet f'terminu iktar fit tul għall-bini tal-paċi;

2. Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-azzjonijiet kollha meħuda biex ikunu appoġġati l-kapaċitajiet ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi Afrikani bil-ħsieb li titjieb il-kordinazzjoni u jkunu żviluppati sinerġiji. Din l-informazzjoni għandha tinġabar fil-qosor fir-reviżjoni annwali ta' din il-Pożizzjoni Komuni li jipprovdi għaliha l-Artikolu 14;

3. Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu prijorita lil strateġiji u stima ta' riskji tal-pajjiżi u reġjonali. Strateġiji tal-pajjiżi jistgħu jkunu żviluppati bl-użu ta' indikaturi standardizzati u l-assistenza ta' gruppi ta' esperti. Stima ta' riskji u strateġiji tal-pajjiżi għandhom jibbenefikaw minn użu ikbar ta' għarfien lokali, inkluża l-informazzjoni minn esperti lokali mħarrġa fl-istima ta' allarm kmieni u riskji;

4. Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jiksbu kordinazzjoni mtejba ta' azzjoni bilaterali f'appoġġ ta' l-UA u organizzazzjonijiet subreġjonali Afrikani, b'mod partikolari l-Komunità Ekonomika ta' l-Istati Afrikani tal-Punent, il-Komunità ta' Żvilupp Afrikana t'Isfel u l-Awtorita Intergovernamentali dwar l-Iżvilupp, il-Komunità Ekonomika ta' l-Istati Ċentral Afrikani u l-Komunità Ekonomika u Monetarja ta' l-Afrika Ċentrali, rigward il-kapaċitajiet ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi Afrikani;

5. Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistiednu lil xulxin sistematikament shall systematically jew il-Presidenza, kif xieraq, biez jipparteċipaw f'eżerċizzi u seminars li huma jorganizzaw bil-ħsieb li jirrinfurzaw l-kapaċitajiet taż-żamma tal-paċi Afrikani;

6. kordinazzjoni u skambji dwar attivitajiet ta' tisħiħ (titjib) għandhom jintfittxu ma' partijiet terzi interessati, notabilment l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Ġappun b'mod partikolari fil-qafas tad-djalogu politiku ma' dawn il-pajjiżi;

7. L-UE għandha tagħmel ħilitha biex ittejjeb iktar il-kordinazzjoni tagħha man-NU, u b'mod partikolari mad-Dipartiment ta' l-Operazzjonijiet għaż-Żamma tal-Paċi, fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi Afrikani;

8. in-NU għandhom janalizzaw kif l-aħjar ikunu kkordinati l-isforzi ta' l-Istati Membri f'oqsma ta' taħriġ, tagħmir u eżerċizzi. Din l-analiżi għandha tieħu in konsiderazzoni (tqis) ż-żoni prinċipali tar-rapport Brahimi dwar operazzjoni ta' paċi tan-NU, inklużi l-interoperabilita ta' strutturi ta' truppi u kmand u kontroll;

9. fuq bażi ad hoc, l-UE għandha tikkunsidra fi żmien dovut tibda, fejn hemm valur miżjud, programmi ta' titjib tal-kapaċitajiet f'isimha stess, separatament jew flimkien ma' programmi mibdija minn Stati Membri individwali. Azzjonijiet tali jistgħu jkollhom ambitu minn missjonijiet żgħar (fuq skala żgħir) ta' osservaturi matul eżerċizzi taż-żamma tal-paċi sa programmi ta' taħriġ iktar komprensivi.

Artikolu 7

Stati Membri għandhom jissoktaw ikollhom politika restrittiva rigward l-esportazzjonijiet ta' armi, billi japplikaw bis-sħiħ il-Kodiċi ta' Mġiba dwar l-Esportazzjonijiet ta' Armi ta' l-1998 tan-NU. Waqt li jirrikonoxxu li d-disponibbilta u l-akkumulazzjoni ta' armi li jeċċedu l-ħtiġiet liġittimi ta' sigurta jistgħu jkunu fattur li jikkontribwixxi għall-instabbilta, u li t-trażżin tat-traffikar illeċitu f'armi huwa kontribuzzjoni importanti għat-tnaqqis ta' tensjoni u għall-proċeduri ta' rikonċiljazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom:

- jikkoperaw biex jippromwovu rispett internazzjonali għal embargoes ta' armi u deċiżjonijiet oħra relevanti tal-Kunsill tas-Sigurta tan-NU u appoġġaw inizjattivi biex jimplimentaw miżuri tali b'mod effettiv,

- jissoktaw jappoġġaw u jirrispettaw b'mod attiv inizjattivi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' u jikkumbattu t-traffiku illeċitu f'armi,

- jikkoperaw biex jinkuraġġixxu pajjiżi assoċjati jallinejaw ruħhom mal-prinċipji adottati u l-miżuri meħuda mill-UE. L-UE għandha wkoll tikkunsidra appoġġ għal sforzi Afrikani biex jitjiebu l-kontrolli fuq il-manifattura, importazzjoni u esportazzjoni ta' armi, u appoġġ għall-ikkontrollar jew tneħħija ta' armi żgħar żejda, kif ukoll appoġġ għal sforzi Afrikani biex jingħelbu problemi konnessi ma' armi żgħar skond l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/589/CFSP tat-12 ta' Lulju 2002 dwar il-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropa għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-tixrid li tiddestabbilzzaw ta' armi żgħar u armi ħfief (li jinġarru fuq il-persuna) [2],

- jissoktaw jappoġġaw il-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illeċitu f'Armi Żgħar u Armi Ħfief fl-Aspetti Kollha Tiegħu kif ukoll in-negozjati tal-Protokoll Kontra l-Immanufatturar u t-Traffikar Illeċitu f'Armi tan-Nar, il-Partijiet u Komponenti tagħhom u Munizzjoni, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalita Organizzata Trasnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-31 ta' Mejju 2001.

Artikolu 8

Waqt li tirrikonoxxi l-importanza ta' fatturi ekonomiċi fil-konflitti fl-Afrika, kif ukoll il-potenzal ta' miżuri diplomatiċi u ekonomiċi għall-prevenzjoni u soluzzjoni ta' konflitti vjolenti:

1. l-UE għandha:

- tfittex tindirizza l-fatturi ekonomiċi li jrewħu l-konflitti,

- tfittex tippromwovi l-integrazzjoni ikbar ta' l-Afrika fl-ekonomija dinjija, u tappoġġa aċċess xorta (ugwali) għall-benfiċċji u opportunitajiet ta' din minn soċjeta għal oħra,

- tappoġġa l-koperazzjoni ekonomika u politika, bħal arranġamenti ta' stabbilizzazzjoni reġjonali, biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet bħala miżuri preventivi u ta' bini tal-paċi wara l-konflitt,

- taħdem biex tiżgura li miżuri ta' integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali, fil-kuntest tal-politika li tinkludi xbieki ta' sigurezza għal gruppi vulnerabbli, jappoġġaw il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti;

2. l-UE għandha wkoll:

- tikkopera fil-promozzjoni tar-rispett universali għal embargoes konnessi ma' l-esplojtazzjoni illegali ta' u kummerċ f'komoditajiet ta' valur għoli u għal deċiżjonijiet relevanti oħra tal-Kunsill tas-Sigurta tan-NU; u tappoġġa inizjattivi li jimplimentaw miżuri tali b'mod effettiv,

- taħdem attivament lejn tfittix ta' mezzi li jrażżnu l-esplojtazzjoni illegali ta' riżorsi naturali li tikkontribwixxi għat-tfaqqigħ, tkabbir u kontinwazzjoni ta' konflitti vjolenti,

- fejn xieraq, tuża miżuri restrittivi, inklużi sanzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, immirati lejn atturi li jipprofittaw minn u jħarrxu konflitti vjolenti. F'dan il-kuntest, hemm il-ħtieġa li wieħed jirrifletti (jaħseb) iktar fuq il-parti (pożittiva jew negattiva) li għandu jaħdem is-settur privat fil-qasam tal-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti.

Artikolu 9

Matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' konflitt, l-UE għandha:

- tivvalorizza il-parti importanti li "l-atturi mhux Statali" jistgħu jaħdmu kemm biex irewħu l-konflitt kif ukoll biex jgħinu jsolvuh jew jimpedixxuh. Jagħmlu x'jagħmlu, il-parti tagħhom u l-kontribuzzjoni pożittiva li jistgħu jagħmlu, jeħtieġ isir rendikont tagħhom,

- tinkoraġġixxi l-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta tan-NU 1325 dwar Nisa, Paċi u Sigurta, permezz li tiżgura li l-perspettiva tal-ġeneru tispira l-ippjanar, implimentar u vvalutar ta' l-impatt tal-konflitt, il-ħtiġiet ta' l-atturi differenti fil-konflitt u l-livell u natura tal-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-Pożizzjoni Komuni, inklużi proċeduri u negozjati għal paċi,

- tindirizza l-impatt f'terminu qasir, medju u twil ta' konflitt armat fuq it-tfal f'majiera effettiva u komprensiva, billi tuża l-varjeta ta' għodda għad-dispożizzjoni tagħha, u tibni fuq attivitajiet imgħoddija u kurrenti, skond il-Linji Gwida ta' l-UE dwar Tfal u Konflitt Armat. Hija għandha wkoll tipprova tinfluwenza atturi minn pajjiżi terzi (gvernijiet kif ukoll atturi mhux Statali inklużi gruppi armati) biex jieħdu miżuri effettivi biex jipproteġu d-drittijiet tat-tfal milquta b'konflitt armat.

Artikolu 10

Biex tirrifletti l-ħtieġa li jinżamm focus fuq konflitt ukoll wara li jsir inqas intens, u tikkontribwixxi għal avviċinament iktar koerenti u sistematiku għal sitwazzjonijiet ta' wara l-gwerra fl-Afrika, l-UE għandha:

- tkun lesta tappoġġa riforma fis-settur tas-sigurta fil-qafas ta' prinċipji demokratiċi, rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, u treġija tajba, b'mod partikolari f'pajjiżi fi transizzjoni minn konflitt vjolenti għal paċi sostenibbbli,

- tissokta u tikkonsolida l-appoġġ tagħha biex jingħelbu l-problemi ta' l-akkumulazzjoni li tiddestabbilizza u t-tixrid bla kontroll ta' armi żgħar,

- ittejjeb l-appoġġ tagħha għad-diżarm u r-reintegrazzjoni sostenibbli ta' ex-kombattenti ddemobilizzati b'attenzjoni partikolari ta' ħtiġiet ibbażati fuq ġeneru u l-ħtiġiet tat-tfal irreklutati biex jieħdu sehem f'attivitajiet militari,

- iżżid l-assistenza tagħha biex jitneħħew il-mini ta' l-art eżistenti, kif ukoll għandha tippromwovi għarfien dwar il-mini u tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kapaċitajiet Afrikani fi tneħħija ta' mini,

- tissokta tappoġġa attivitajiet immirati lejn l-iffaċilitar tar-reintegrazzjoni ta' populazzjonijiet maqlugħin minn posthom f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, filwaqt li jitqiesu l-Prinċipji Gwida dwar Spostament Intern relevanti, tar-Rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali tan-NU,

- tinkoraġġixxi r-rikonċiljazzoni u tappoġġa r-rikostruzzjoni meħtieġa biex tippermetti l-pajjiżi ħerġin mill-konflitt jerġgħu jvaraw politiki ta' żvilupp għal terminu twil,

- skond il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali [3], ittenni d-djalogu politiku tagħha mal-kontropartijiet Afrikani tagħha l-impenn qawwi tagħha li tappoġġa l-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-pożizzjoni tagħha dwar ftehim bilaterali dwar non-ċediment proposti mill-Istati Uniti.

Artikolu 11

Billi żona partikolari ta' tħassib fl-Afrika hija r-relazzjoni bejn ir-radikalizzazzjoni ta' gruppi reliġjużi u l-vulnerabbilta tagħhom għal reklutaġġ terrorista, l-UE għandha tivvalorizza l-koperazzjoni possibbli fuq livelli nazzjonali u reġjonali f'din iż-żona tissuġġerixxi mezzi, billi tutilizza ambitu ta' strumenti, biex tindirizza din il-problema f'perspettiva ta' prevenzjoni ta' konflitti u bini tal-paċi. F'dan il-kuntest, l-UE tfakkar id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-Terroriżmu adottata mill-Konferenza Ministerjali ta' l-UE-Afrika fi Brussel (11 ta' Ottubru 2001), kif ukoll id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-Terroriżmu adottata mill-Konferenza Ministerjali ta' l-UE f'Ouagadougou (28 ta' Novembru 2002).

Artikolu 12

Billi l-importanza tal-HIV/AIDS u l-iskala ta' l-epidemija fil-kontinent ta' l-Afrika huma dawk li huma, l-UE għandha tiżgura li li tingħeleb l-HIV/AIDS hija parti integrali minn strateġiji ta' l-UE biex timpedixxi u ttaffi l-konflitt. F'dan il-kuntest, l-assistenza għal operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi għandha tiżgura elementi dwar għarfien u taħriġ għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS.

Artikolu 13

Il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tidderieġi l-azzjoni tagħha lejn il-ksib ta' l-għanijiet u prijoritajiet ta' din il-Pożizzjoni Komuni, fejn xieraq b'miżuri Komunitarji pertinenti.

Artikolu 14

Fuq il-bażi ta' rapport mill-Presidenza, f'assoċjazzjoni mas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni, din il-Pożizzjoni Komuni u l-implimentazzjoni tagħha għandha tkun irriveduta annwalment u emendata kif jixraq.

Artikolu 15

Il-Pożizzjoni Komuni 2001/374/CFSP hija b'dan irrevokata.

Artikolu 16

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett (tidħol fis-seħħ) fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 17

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 132, 15.05.01, p. 3.

[2] ĠU L 191, 19.07.02, p. 1.

[3] ĠU L 150, 18.06.03, p. 67.

--------------------------------------------------

Top