Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0693

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Ottubru 2004 li temenda deċiżjoni 2004/233/KE li tirrigwarda l-lista tal-laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effettività tat-tilqim kontra r-rabja (rabies) f'ċerti karnivori domestiċi (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3686) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 315, 14.10.2004, p. 47–51 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 194–198 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0436

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/693/oj

    12.10.2005   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    194


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta' Ottubru 2004

    li temenda deċiżjoni 2004/233/KE li tirrigwarda l-lista tal-laboratorji awtorizzati li jiċċekkjaw l-effettività tat-tilqim kontra r-rabja (rabies) f'ċerti karnivori domestiċi

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3686)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/693/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li tinnomina istitut speċifiku li jkun responsabbli biex jistabbilixxi l-Kriterji neċessarji biex jiġu standardizzati testijiet seroloġiċi li josservaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja (rabies) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE innominat il-laboratorju ta' l- Agenċe Française de Séċurité Sanitaire des Aliments de Nanċy (il-Laboratorju ta'l-AFSSA, Nanċy), Franza bħala l-istitut responsabbli li jistabbilixxi l-kriterji neċessarji biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi biex josservaw l-effettività tat-tilqim tar-rabja. Din id-deċiżjoni tipprovdi wkoll għal-laboratorju ta' l-AFSSA, Nanċy li jibgħat lill-Kummissjoni l-lista tal-laboratorji tal-Komunità biex jiġu awtorizzati biex jagħmlu dawn it-testijiet seroloġiċi. Għaldaqstant, il-laboratorju ta' l-AFSSA, Nanċy jopera l-proċedura stabbilita ta' ttestjar ta' profiċjenza biex jivvaluta l-laboratorji għall-awtorizazzjoni biex jagħmlu t-testijiet seroloġiċi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE ta' l-4 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-laboratorji li jiċċekkjaw l-effettività tat-tilqim kontra r-rabja f'ċerti karnivori (2), stabbilixxit lista ta' laboratorji approvati fl-Istati Membri fuq il-bażi tar-riżultati tat-testijiet ta' profiċjenza kkommunikati mill-Laboratorju ta'l-AFSSA ta' Nanċy.

    (3)

    Tliet Laboratorji, fl-Olanda, il-Polonja u l-Portugall rispettivament, kienu approvati mill-Laboratorju ta' l-AFSSA, ta' Nanċy, skond id-deċiżjoni 2000/258/KE.

    (4)

    Minbarra dan, huwa xieraq li jiġu miżjuda dawn it-tlett laboratorji mal-lista ta' laboratorji approvati fl-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/233/KE.

    (5)

    Minbarra dan, wara t-talba tal-Ġermanja, jridu jsiru ċerti emendi fl-indirizzi ta' żewġ laboratorji Ġermaniżi.

    (6)

    Barra minn hekk, wara t-talba ta'l-Islovenja, l-isem tal-laboratorju dijanjostiku f'dan l-Istat Membru għandu jiġi emendat.

    (7)

    Id-Deċiżjoni 2004/233/KE għandha għalhekk tiġi emendata b'dan il-mod.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti fid-deċiżjoni skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/233/KE jiġi mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, fit-8 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 79, tat-30.3.2000, p. 40. Deċiżjoni kif emendta l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 30).

    (2)  ĠU L 71, ta' l-10.3.2004, p. 30. Deċiżjoni kif emendta l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/448/KE (ĠU L 193, ta' l-1.6.2004, p. 64).


    ANNESS

    “ANNESS I

    ISMIJIET TAL-LABORATORJI

     

    (AT) L-AWSTRIJA

    Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

    Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling

    Robert-Koch-Gasse 17

    A-2340 Mödling

     

    (BE) IL-BELĠJU

    Institut Pasteur de Bruxelles

    642, rue Engeland

    B-1180 Bruxelles

     

    (DE) IL-ĠERMANJA

    1.

    Institut für Virologie, Fachbereich Veterinärmedizin

    Justus-Liebig-Universität Gießen

    Frankfurter Straße 107

    D-35392 Gießen

    2.

    Eurovir Hygiene-Institut

    Im Biotechnologiepark

    D-14943 Luckenwalde

    3.

    Bayrisches Landesamt für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit

    Dienststelle Oberschleißheim

    Veterinärstraße 2

    D-85764 Oberschleißheim

    4.

    Landesamt für Verbraucherschutz Sachsen-Anhalt

    Fachbereich 4

    Veterinäruntersuchungen und -epidemiologie

    Haferbreiter Weg 132-135

    D-39576 Stendal

    5.

    Staatliches Veterinäruntersuchungsamt

    Zur Taubeneiche 10-12

    D-59821 Arnsberg

    6.

    Institut für epidemiologische Diagnostik

    Friedrich-Loeffler-Institut

    Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit

    Standort Wusterhausen

    Seestraße 155

    D-16868 Wusterhausen

    7.

    Landesuntersuchungsanstalt für das Gesundheits- und Veterinärwesen Sachsen

    Zschopauer Straße 186

    D-09126 Chemnitz

     

    (DK) ID-DANIMARKA

    Danish Institute for Food and Veterinary Research

    Lindholm

    DK-4771 Kalvehave

     

    (GR) IL-GREĊJA

    Centre of Athens Veterinary Institutions Virus Department

    25, Neapoleos Str

    GR-153 10 Ag. Paraskevi, Athens

     

    (ES) SPANJA

    Laboratorio Central de Veterinaria de Santa Fe

    Camino del Jau s/n

    E-18320 Santa Fe (Granada)

     

    (FI) IL-FINLANDJA

    National Veterinary and Food Research Institute

    PL 45

    FIN-00581 Helsinki

     

    (FR) FRANZA

    1.

    AFSSA Nancy

    Domaine de Pixérécourt

    B.P. 9

    F-54220 Malzeville

    2.

    Laboratoire vétérinaire départemental de la Haute-Garonne

    78, rue Boudou

    F-31140 Launaguet

    3.

    Laboratoire départemental de la Sarthe

    128, rue de Beaugé

    F-72018 Le Mans Cedex 2

    4.

    Laboratoire départemental d'analyses du Pas-de-Calais

    Parc des Bonnettes

    2, rue du Genévrier

    F-62022 Arras Cedex

     

    (IT) L-ITALJA

    1.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Venezie

    Via Romea 14/A

    I-35020 Legnaro (PD)

    2.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell'Abruzzo e del Molise

    Via Campio Boario

    I-64100 Teramo

    3.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Lazio e della Toscana

    Via Appia Nuova 1411

    I-00178 Roma Capannelle

     

    (NL) L-OLANDA

    Central Institute for Animal Disease Control (CIDC) Lelystad

    P.O. Box 2004

    8203 AA Lelystad

     

    (PL) IL-POLONJA

    National Veterinary Research Institute

    Al. Partyzantow 57

    24-100 Pulawy

     

    (PT) IL-PORTUGALL

    Laboratório Nacional de Investigaçãao Veterinária (LNIV)

    Estrada de Benfica N° 701

    P-1500 Lisboa

     

    (SE) L-IŻVEZJA

    National Veterinary Institute

    (Department of Virology)

    S-751 89 Uppsala

     

    (SI) IS-SLOVENJA

    National Veterinary Institute

    Gerbiceva 60

    1000 Ljubljana

     

    (SK) IS-SLOVAKKJA

    State Veterinary Institute

    Pod drahami 918)

    960 86 Zvolen

     

    (GB) IR-RENJU UNIT

    1.

    Veterinary Laboratories Agency

    Virology Department

    Woodham Lane,

    New Haw

    Addlestone

    Surrey KT15 3NB

    United Kingdom

    2.

    Biobest

    Pentlands Science Park

    Bush Loan

    Penicuik

    Midlothian EH26 0PZ

    United Kingdom

    Nota:

    Dettalji rigward il-persuni ta' kuntatt li jkunu aġġornati regolarment, faxes u n-numri tat-telefon, indirizzi ta' l-e-mail li jikkonċernaw il-laboratorji li jissemmew hawn fuq jistgħu jinstabu fuq:

    http://europa.eu.int/comm/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm“


    Top