Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0614

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta' Awwisu 2004 dwar il-miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tajr patoġeniku fir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel (innotifikata fid-doċument bin-numru C(2004) 3293) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 275, 25.8.2004, pp. 20–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, pp. 92–94 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/11/2005; Imħassar b' 32005D0799

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/614/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

92


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Awwisu 2004

dwar il-miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tajr patoġeniku fir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel

(innotifikata fid-doċument bin-numru C(2004) 3293)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/614/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(6) u (7) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 22(1) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tajr hija marda virali kuntaġġjuża ħafna fit-tjur u l-għasafar, li malajr tista' tieħu proporżjonijiet epiżootiċi li jistgħu jkunu ta' tehdida għas-saħħa ta' l-annimali u tal-bniedem u li tnaqqas b'mod sinjifikanti l-profitt tat-trobbija tat-tjur.

(2)

Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jiġi introdott permezz tal-kummerċ internazzjonali fit-tjur ħajjin u prodotti tat-tjur.

(3)

Fis-6 ta' Awissu 2004, ir-Repubblia ta' l-Afrika t' Isfel ikkonfermat żewġ attakki patoġeniċi kbar ta' influwenza tat-tjur f'gruppi ta' għasafar li ma jtirux fil-Provinċja tal-Kap tal-Lvant.

(4)

Dan il-virus ta' razza ta' l-influwenza tat-tjur li ġie osservat hu tas-sottotip H5N2 u b'hekk differenti mir-razza li bħalissa qiegħda tikkawża l-epidemija fl-Azja. Tagħrif kurrenti jissuġġerixxi li r-riskju għas-saħħa pubblika li għandu x'jaqsam ma' dan is-sottotip hu inferjuri għar-rskju tar-razza li tiċċirkola fl-Ażja, li hu sottotip ta' virus H5N1.

(5)

Bħalissa għat-tjur u prodotti tat-tjur, ir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isef hi biss awtorizzata tesporta lill-Komunità, għasafar li ma jtirux, ħajjin u l-bajd li jfaqqas tagħhom u laħam frisk mill-għasafar li ma jtirux u prodotti tal-laħam/preparazzjonijiet tal-laħam li fih l-laħam ta' l-għasafar li ma jtirux, kif ukoll għasafar oħra minbarra tjur.

(6)

Madankollu l-awtoritajiet awtorizzati tar-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel ssospendew iċ-ċertifikazzjoni ta' għasafar li ma jtirux, ħajjin u l-laħam tagħhom u ċerti prodotti tal-laħam lill-UE fis-6 ta' Awwissu 2004 sakemm is-sitwazzjoni tiċċara.

(7)

B'konsiderazzjoni għar-riskju tas-saħħa ta' l-annimali minħabba l-introduzzjoni ta' mard fil-Komunità, importazzjonijiet ta' għasafar li ma jtirux, ħajjin, u bajd li jfaqqsu ta' dawn l-ispeċi u laħam frisk ta' l-għasafar li ma jtirux, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li huma magħmula minn, jew għandhom laħam ta' dawk l-ispeċi, minn għasafar maqtula wara s-16 ta' Lulju 2004, ġew sospiża mir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel mill-10 ta' Awwissu 2004 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/594/KE (3)

(8)

Bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE (4) importazzjoni ta' għasafar minbarra t-tjur hu awtorizzat mill-pajjiżi membri kollha ta' l-OIE (Organizzazzjoni Dinji għas-Saħħa ta' l-Annimali) soġġetta għal garanziji tas-saħħa ta' l-annimali pprovduti mill-pajjiż ta' l-oriġini, u miżuri stretti ta' kwarantina, ta' wara l-importazzjoni, stabbiliti fl-Istati Membri.

(9)

Madankollu, l-importazzjoni ta' għasafar minbarra dawk tat-tjur, inklużi għasafar domestiċi li huma akkompanjati mis-sid tagħhom ġew sospiżi ukoll mir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel mid-Deċiżjoni 2004/594/KE bħala miżuri oħra sabiex jeskludu kwalunkwe riskju possibbli għal kawża ta' mard fil-postijiet ta' kwarantina taħt l-awtorità ta' l-Istati Membri.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE (5) tistipula l-lista tal-pajjizi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam, u jistabbilixxi skemi ta' trattamenti sabiex jevitaw ir-riskju ta' teħid ta' mard permezz ta' prodotti bħal dawn.It-trattament li għandu jiġi applikat mal-prodott jiddependi fuq l-istat tas-saħħa tal-pajjiż ta' l-oriġini, b'konnessjoni ma' l-ispeċi li minnu ġie meħud il-laħam, sabiex jevitaw tagħbija żejda fuq il-kummerċ, importazzjoni tal-prodotti tal-laħam ta' l-għasafar li ma jtirux li joriginaw mir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel sottopost għal temperatura ta' mill-inqas 70o Ċelsius f'kull parti tal-prodott, għandha tiġi awtorizzata.

(11)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-importazzjoni ta' trofej tal-kaċċa mhux trattati ta' l-għasafar li joriginaw mir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel hi fil-preżent awtorizzata. Minħabba is-sitwazzjoni preżenti ta' l-influwenza tat-tajr, din l-importazzjoni għandha tiġi sospiża biex b'hekk tipprevieni kwalunkwe riskju ta' introduzzjoni tal-marda fil-Komunità.

(12)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-importazzoni ta' rix u partijiet ta' rix mhux ipproċessati li joriginaw mir-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel hi fil-preżent awtorizzata. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti ta' l-influwenza tat-tajr, din l-importazzjoni għandha tiġi sospiża biex b'hekk tipprevieni kwalunkwe riskju ta' introduzzjoni tal-marda fil-Komunità. Madankollu, l-importazzjoni ta' rix tista' tiġi awtorizzata permezz ta' dokument kummerċjali li jiddikjara li r-rix ġew ittrattati.

(13)

Miżuri ta' kontroll sanitarju applikabbli għal materja prima għal produzzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel ta' l-annimali u prodotti farmaċewtiċi u tekniċi jippermettu l-esklużjoni tal-medda ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' importazzjoni soġġetti għal kontroll ta' prodotti bħal dawn.

(14)

Minħabba f'hekk, il-miżuri ta' ħarsien applikabbli għat-territorju sħiħ tar-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel għandhom jiġu estiżi u d-Deċiżjoni 2004/594/KE għandha tiġi irrevokata.

(15)

Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u tas-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIZJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-territorju tar-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel:

għasafar ħajjin li ma jtirux, u bajd li jfaqqsu ta' dawn l-ispeċi,

għasafar minbarra dawk tat-tjur kif ukoll għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom,

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-territorju tar-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel:

laħam frisk ta' għasafar li ma jtirux,

preparazzjonijiet ta' laħam u prodotti ta' laħam magħmulin minn, jew li għandhom laħam ta' dawn l-ispeċi,

trofej tal-kaċċa mhux trattati ta' kwalunkwe tip ta' għasfur,

rix u partijiet tar-rix mhux ipproċessati.

Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dak l-Artikolu li ġew meħuda minn għasafar maqtula qabel is-16 ta' Lulju 2004.

2.   Fiċ-ċertifikati veterinarji li jiġu mal-kunsinni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu inklużi ma' l-ispeċi kkonċernati l-kliem li jmiss kif xieraq:

“Laħam frisk ta' għasafar li ma jtirux/prodotti tal-laħam li huma magħmulin minn, jew li għandhom laħam ta' l-għasafar li ma jtirux/preparazzjonijiet tal-laħam li huma magħmulin minn, jew li għandhom laħam ta' l-għasafar li ma jtirux (1), li ġie miksub minn għasafar li ma jtirux maqtula qabel is-16 ta' Lulju 2004, skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/.../KE”.

(1)  Ħassar fejn ma jgħoddx."

3.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam, magħmulin minn, jew li għandhom laħam ta' għasafar li ma jtirux, meta l-laħam ta' dawn l-ispeċi rċevew trattamenti speċifiċi msemmija fil-punti B, Ċ jew D fil-parti IV ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE.

4.   Għall-importazzjoni ta' rix ipproċessat jew partijiet tar-rix (minbarra r-rix pproċessat biex iżejjen, rix ipproċessat li jġorruh vjaġġaturi għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta' rix ipproċessat mibgħut lill-individwi privati għal skopijiet mhux industrijali) dokument kummerċjali li jiddikjara li r-rix ipproċessat jew partijiet minnhom ġew maħsula bil-fwawar jew ġew ittrattati b' metodi oħra li jiżguraw li l-ebda patoġeni li jistaw jittieħdu ma jinsabu fil-kunsinna.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2004/594/KE ġiet irrevokata.

Artikolu 5

L-Istati Membi għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għal importazzjonijiet sabiex ikunu bi qbil ma' din id-Deċiżjoni u għandhom mill-aktar fiss jagħrfu pubblikament bil-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-marda u t-tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet veterinarji tar-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fl-24 Awwisu 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56, kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-2004.

(2)   ĠU L 24, tal-31.1.1998, p. 9, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 882/2004 (ĠU L 165 tal-25.5.2004, p. 1).

(3)   ĠU L 265, tal-12.8.2004, p. 9.

(4)   ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 26, kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99 tas-16.4.2002, p. 17).

(5)   ĠU L 98, ta' l-4.4.1997, p. 39, kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-2004.

(6)   ĠU L 273, ta' l-10.10.2002, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 878/2004 (ĠU L 162 tal-30.4.2004, p. 62).


Top