Roghnaigh na gnéithe turgnamhacha is mian leat a thriail

Is sliocht ón suíomh gréasáin EUR-Lex atá sa doiciméad seo

Doiciméad 32004D0363

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’April 2004 dwar miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tal-għasafar patoġenika ħafna fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata skond id-dokument numru K(2004) 1310)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 114, 21.4.2004, lgh. 19-21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Stádas dlíthiúil an doiciméid Gan a bheith i bhfeidhm a thuilleadh, Deireadh bailíochta: 23/08/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/363/oj

    32004D0363



    Official Journal L 114 , 21/04/2004 P. 0019 - 0021


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’April 2004

    dwar miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tal-għasafar patoġenika ħafna fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

    (notifikata skond id-dokument numru K(2004) 1310)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2004/363/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi prinċipji li jiggvernaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li jemendaw id-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 18(6) u (7) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1) u b’ mod partikolari l-Artikolu 22(1) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1) L-influwenza tal-għasafar hija marda virali kontaġġuża ħafna fit-tjur u l-għasafar, li malajr tista’ tikseb proporzjonijiet epiżootiċi li x’aktarx jistgħu jheddu serjament lis-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku u biex jitnaqqas ħafna l-qligħ mit-tobbija tat-tjur.

    (2) Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fit-tjur ħajjin u fil-prodotti tat-tjur.

    (3) Fit-23 ta’ Frar 2004 l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ikkonfermat każ ta’ influwenza patoġenika ħafna ta’ l-għasafar f’qatgħa tajr fl-Istat ta’ Texas (Kontea ta’ Gonzales), li nstab bħala posittiv matul sorveljanza magħmula fis-17 ta’ Frar 2004.

    (4) Dan it-tip ta’ virus ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar huwa tas-subtip H5N2 u għalhekk huwa differenti mit-tip li bħalissa qed jikkawża epidemija fl-Asja. L-għarfien preżenti jissuġġerixxi li r-riskju għas-saħħa pubblika fir-rigward ta’ dan is-subtip huwa inferjuri għar-riskju tat-tip li qed jiċċirkola fl-Asja, li huwa virus tas-subtip H5N1 [2].

    (5) Iżda, minħabba r-riskju għas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-introduzzjoni tal-marda ġewwa l-Komunità, importazzjonijiet ta’ tjur ħaj, għasafar li ma jistgħux itiru (ratities) għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ u bajd għat-tifqis ta’ dawn l-ispeċi u ta’ laħam frisk tat-tjur, għasafar li ma jistgħux itiru, għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew ikollhom laħam ta’ dawk l-ispeċi, miksuba minn għasafar maqtula wara t-27 ta’ Jannar 2004, u importazzjonijiet ta’ bajd għall-konsum tal-bniedem, kienu sospiżi mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-25 ta’ Frar 2004 bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/187/KE [3], 2004/256/KE [4], u bid-Deċiżjoni 2004/274/KE [5] u t-23 ta’ Marzu 2004.

    (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’ saħħet l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur minn ċerti terzi pajjiżi [6], Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE tat-12 ta’ Lulju 1996 li tippreskrivi kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta’ bajd għat-tifqis li ma jkunux ta’ għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom minn terzi pajjiżi, inklużi miżuri dwar is-saħħa ta’ l-annimali li għandhom jgħoddu wara din l-importazzjoni [7], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE li tagħmel lista minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam il-fenek u laħam ta’ ċerti annimali tal-kaċċa slavaġġ jew mrobbija u li tippreskrivi il-kondizzjonijiet ta’saħħet l-annimali u l-pubbliku u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn l-importazzjonijiet [8], id-Deċiżjoni tal-Kummisjsoni 2000/609/KE tad-29 ta’ Settembru li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’saħħet l-annimali u l-pubbliku u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ għasafar li ma jtirux ħajjin u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi, inkluż miżuri [9] dwar saħħet il-bniedem li għandhom ikunu applikati wara din l-importazzjoni, li jemendaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE li tagħmel lista minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ tjur ħajjin u l-bajd għat-tifqis u li temenda id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/659/KE fuq miżuri protettivi fir-rigward tad-deni emorraġiku [10] jeħtieġu rispettivament li l-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, qabel jibagħtu tjur ħajjin u bajd għat-tifqis, għasafar li ma jtirux ħajjin u bajd għat-tifqis, laħam frisk tat-tjur, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-kaċċa mrobbija u salvaġġi jiċċertifikaw li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika huma ħielsa mill-influwenza ta’ l-għasafar. L-awtoritajiet veterinarji ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kellhom għalhekk jissospendu ċ-ċertifikazzjoni kollha wara li faqqgħet dik il-marda.

    (7) Iċ-ċertifikati għall-prodotti tal-laħam u għall-preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn jew ikollhom laħam tat-tjur huma preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE tat-28 ta’ Frar 1997 li tippreskrivi kondizzjonijiet fuq saħħet l-annimali u ċertifikati mudell veterinarji fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 91/449/KEE [11] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet fuq kondizzjonijiet tas-saħħet l-annimali u tal-pubbliku u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam minn pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 97/29/KE [12] u tagħmel referenza għall-ħtiġiet ta’ saħħet l-annimali preskritti fid-Deċiżjoni 94/984/KE għal-laħam tat-tjur.

    (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [13], tippreskrivi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam, u tistabbilixxi reġimi ta’ trattament biex jipprevjenu r-riskju tat-trasmissjoni tal-mard permezz ta’ dawn il-prodotti. It-trattament li għandu jkun applikat għall-prodott jiddipendi fuq l-istatus tas-saħħa tal-pajjiż ta’ l-oriġini, fir-rigward ta’ l-ispeċi li minnhom jinkiseb il-laħam; biex ikun evitat xkiel żejjed fuq il-kummerċ, importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam tat-tajr li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika trattati b’temperatura ta’ mill-anqas 70ú Ċelsjus fil-prodott kollu għandu jkompli jkun awtorizzat.

    (9) Miżuri ta’ kontroll sanitarji applikabbli għall-materja prima għall-manifattura ta’ għalf ta’ l-annimali u prodotti farmaċewtiċi jew tekniċi jippermettu l-esklużjoni mill-iskop ta’ din id-Deċiżjoni ta’ importazzjonijiet kanalizzati ta’ dawn il-prodotti.

    (10) L-Istati Uniti ta’ l-Amerika iffirmat Ftehim mal-Komunità Ewropea fuq miżuri sanitarji biex jipproteġu saħħet il-pubbliku u l-annimali fil-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin u tal-prodotti ta’ l-annimali [14].

    (11) L-Istati Uniti ta’ l-Amerika ikkomunikat informazzjoni ulterjuri fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-miżuri ta’ kontroll meħuda biex titrażżan il-marda, biex tinkiseb l-implimentazzjoni mill-Komunità ta’ miżuri ta’ reġjonalizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim Veterinarju; fid-dawl ta’ din l-informazzjoni, il-miżuri tal-Komunità jistgħu jitnaqqsu għal Texas, biss.

    (12) Id-Deċiżjoni 2004/274/KEE għandha titħassar.

    (13) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika ta’ tjur ħaj u bajd għat-tifqis tagħhom, għasafar li ma jtirux ħajjin u bajd għat-tifqis tagħhom, laħam frisk tat-tjur, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-kaċċa mrobbija u slavaġġ, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn jew ikollhom laħam ta’ kull speċi minn dawn u tal-bajd għall-konsum uman, jekk joriġinaw fi, jew jiġu mir-reġjun ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif mfisser fl-Anness.

    2. Għandhom ikunu projbiti importazzjonijiet ta’ prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li joriġinaw fi, jew jiġu minn, partijiet oħra ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    L-Artikolu 2

    B’deroga mill-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dan li ġej:

    (a) prodotti tal-laħam, li jikkonsistu minn, jew ikollhom laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ, meta l-laħam ta’ wieħed minn dawn l-ispeċi ikun għadda minn trattamenti speċifiċi msemmija taħt il-punti B, Ċ jew D fil-Parti IV ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/222/KE;

    (b) laħam frisk tat-tjur, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn jew ikollhom laħam ta’ dawn l-ispeċi, iżda dak il-laħam ikun inkiseb minn għasafar maqtula qabel is-27 ta’ Jannar 2004.

    L-Artikolu 3

    1. Fiċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw il-konsenji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2, preskritti fi:

    (a) Deċiżjoni 94/984/KE, għal-laħam tat-tjur frisk li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (b) Deċiżjoni 94/482/KE, għal-laħam tat-tjur frisk li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (ċ) Deċiżjoni 97/221/KE, għall-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn jew ikollhom laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (d) Deċiżjoni 2000/572/KE, għall-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn jew ikollhom laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (e) Deċiżjoni 2000/585/KE, għal-laħam frisk ta’ l-għasafar tal-kaċċa mrobbija jew slavaġġ li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (f) Deċiżjoni 2000/609/KE, għal-laħam tal-għasafar li ma jtirux li joriġina fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    (g) Deċiżjoni 2001/751/KE, għall-għasafar li ma jtirux ħajjin jew il-bajd għat-tisfiq tagħhom li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika;

    il-kliem li ġej kif xieraq għall-ispeċi u l-prodotti kkonċernati għandhom ikunu mdaħħla rispettivament:

    (a) "Laħam frisk tat-tjur skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (b) "Tjur ħaj jew bajd għat-tifsiq skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (ċ) "Prodotti tal-laħam skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (d) "Preparazzjoni tal-laħam skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (e) "Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa mrobbija/slavaġġ (ħassar kif xieraq) skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (f) "Laħam frisk tal-għasafar li ma jtirux skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    (g) "Għasafar li ma jtirux ħajjin jew bajd għat-tifsiq skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/363/KE";

    2. Stati Membri għandhom jivverifikaw li dawk iċ-ċertifikati dwar saħħet l-annimali jiċċertifikaw il-ħelsien mill-influwenza ta’ l-għasafar billi jiddaħħal il-kodiċi reġonali "US-1".

    L-Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-importazzjonijiet biex jagħmluhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jagħtu pubbliċità xierqa minufih għall-miżuri adottati.

    Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bihom.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta fid-dawl ta’ l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

    L-Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2004/116/KE hija mħassra.

    L-Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta’ Awissu 2004.

    L-Artikolu 9

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, is-6 ta’ April ta’ l-2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, tal-24.9.1991, p. 56; kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, tal-1.7.1996, p. 1

    [2] ĠU L 24, tal-31.1.1998, p. 9.

    [3] ĠU L 57, tal-25.2.4, p. 35.

    [4] ĠU L 80, tat-18.3.4, p. 31.

    [5] ĠU L 86, ta' L-24.3.4, p. 27.

    [6] ĠU L 378, tal-31.12.94, p. 11. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2004/118/KE (ĠU L 36, tas-7.2.4, p. 34).

    [7] ĠU L 196, tas-7.8.96, p. 13. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/118/KE.

    [8] ĠU L 251, tas-6.10.00, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2004/245/KE (ĠU L 77, 7.2.4, p. 62).

    [9] ĠU L 258, tat-12.10.00, p. 49. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/118/KE.

    [10] ĠU L 281, tal-25.10.1, p. 24. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/118/KE.

    [11] ĠU L 240, tat-23.9.00, p. 19. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2004/212/KE (ĠU L 73, tal-11.3.2004, p. 11).

    [12] Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (ĠU L 118, tal-21.4.1998, p. 1).

    [13] ĠU L 98, ta’ l-4.4.1997, p. 39. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Nru 2003/826/KE (ĠU L 311, tas-7.2.4, p. 29).

    [14] Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (ĠU L 118, tal-21.4.1998, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    US-1 : It-territorju ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ħlief għall-Istat ta’ Texas.

    --------------------------------------------------

    Barr