EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0003

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 2, 6.1.2004, p. 47–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/3(1)/oj

32004D0003



Official Journal L 002 , 06/01/2004 P. 0047 - 0049


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Diċembru 2003

li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/3/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2003/61/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) taghha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mill-Ġermanja, l-Irlanda, l-Portugall, il-Finlandja u r-Renju Unit,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/231/KEE tat-30 ta’ Marzu 1993 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar stretti kontra ċerti mard barra dawk previsti fl-Anness I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE [3] ġiet emendata sostanzjalment ħafna drabi [4]. Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalita id-Deċiżjoni msemmija għandha tkun kodifikata.

(2) Id-Direttiva 2002/56/KE stabbiliet tolleranzi fir-rigward ta’ ċerti organizmi ta’ ħsara.

(3) Id-Direttiva 2002/56/KE xorta waħda tippermetti Stati Membri li jissoġġettaw il-patata taż-żriegħ tal-produzzjoni lokali tagħhom għal kondizzjonijiet li huma aktar rigorużi.

(4) L-Irlanda għat-territorju kollu tagħha, l-Ġermnaja, l-Fillandja, u r-Renju Unit fir-rigward ta’ ċerti partijiet tat-territorji tagħhom u l-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni), jixtiequ li jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/56/KE fir-rigward ta’ ċerti organiżmi li jidhru partikolarment perikolużi għal uċuħ tal-patata f’dawk ir-reġjuni.

(5) Il-Kummissjoni, permezz tad-Direttiva 93/17/KEE [5], stabbiliet gradi ta’ patata taż-żriegħ bażika għall-Komunita, flimkien mal-kundizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet applikabbli għal gradi bħal dawn. Il-patata taż-żriegħ li tappartjeni għal gradi bħal dawn għandha tkun kunsidrata xierqa għall-bejgħ fit-territorji ta’ Stati Membri li għandhom ikunu awtorizzati skond l-Artikolu 17(2) ta’ Direttiva 2002/56/KE.

(6) Minn paragun tal-miżuri meħuda fl-Irlanda, għat-territorju tagħha kollu, fil-Ġermanja, fil-Fillandja, u fir-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorji tagħhom, u fil-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni) fir-rigward tal-produzzjoni lokali tagħhom ta’ patata taż-żriegħ u l-gradi KE tal-Komunita ta’ patata taż-żriegħ bażika, wieħed jista’ jassumi li:

- "KE grad 1" jissodisfa kondizzjonijiet aktar stretti,

- "KE grad 2" huwa ekwivalenti għal produzzjoni lokali maħsuba għal patata taż-żriegħ, u

- "KE grad 3" huwa ekwivalenti għal produzzjoni lokali maħsubha għal produzzjoni ta’ patata.

(7) L-Irlanda, għat-territorju tagħha kollu, l-Ġermanja, l-Fillandja u r-Renju Unit, għal ċerti partijiet tat-territorji tagħhom, u l-Portugall fir-rigward ta’ żoni fl-Azores ìl fuq minn 300 metru għoli mill-baħar (altitudni), għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li jirrestrinġu l-bejħ ta’ patata taż-żriegħ biss għall-gradi ta’ patata bażika tal-Komunità kif stabbilit permezz tad-Direttiva 93/17/KEE.

(8) Awtorizzazzjoni ta’ dan it-tip hi konformi ma’ l-obbligazzjonijiet ta’ l-IStati Membri skond ir-regoli komuni fuq is-saħħa ta’ pjanti stabbiliti permezz ta’ Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunita ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunita [6], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE [7].

(9) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Żerriegħa u Materjal ta’ Tkattir għal Agrikoltura, Ortikultura u Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fil-kolonna 1 ta’ l-Anness I huma permezz ta’ din id-Deċiżjoni awtorizzati, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fir-reġjuni elenkati maġenb l-ismijiet tagħhom fil-kolonna 2 ta’ l-Anness I, biex jirrestrinġu l-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ għal patata taż-żriegħ bażika tal-gradi Komunitarji li ġejjin u kif stabbilit permezz tad-Direttiva 93/17/KEE:

(a) għal produzzjoni ta’ patata taż-żriegħ għal "KE grad 1", jew "KE grad 2";

(b) għal produzzjoni ta’ patata għal "KE grad 1", "KE grad 2" jew "KE grad 3";

L-Artikolu 2

L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema permanenti ta’ stħarriġ regolari mfassla biex tkun assigurata konformità konsistenti mal-kondizzjonijiet li jirregolaw awtorizzazzjoni u għandhom jippreparaw rapporti. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dik is-sistema.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1 għandha tkun irtirata hekk kif ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet miġjuba fiha ma jibqgħux aktar osservati.

Artikolu 4

Deċiżjoni Nru 93/231/KEE ġiet sostitwita.

Ir-referenzi magħmulha għad-deċiżjoni mħassra in-kwistjoni għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu moqrija b’konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Il-President

Romano Prodi

[1] ĠU L 193, 20.07.02, p. 60.

[2] ĠU L 165, 03.07.03, p. 23.

[3] ĠU L 106, 30.04.93, p. 11.

[4] Ara l-Anness II.

[5] ĠU L 106, 30.04.93, p. 7.

[6] ĠU L 169, 10.07.00, p. 1.

[7] ĠU L 138, 05.06.03, p. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Stat Membru | Reġjun |

Il-ĠERMANJA | Bundesland Mecklenburg-Vorpommern Gemeinde Groß LüsewitzOrtsteile Lindenhof und Pentz der Gemeinde MetschowGemeinden Böhlendorf, Breesen, Langsdorf sowie Ortsteil Grammow der Gemeinde GrammowGemeinden Hohenbrünzow, Hohenmocker, Ortsteil Ganschendorf der Gemeinde Sarow sowie Ortsteil Leistenow der Gemeinde UtzedelGemeinden Ranzin, Lüssow und GribowGemeinde Pelsin |

L-IRLANDA | It-territorju intier |

Il-PORTUGALL | Azores (żoni 'l fuq minn 300 m għoli mill-baħar (altitudni)) |

Il-FILLANDJA | Muniċipalitajiet ta' Liminka u Tyrnävä |

Ir-RENJU UNIT | Cumbria,Northumberland (Ingilterra)L-Irlanda ta’ Fuq, L-ISkozja |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Deċiżjoni abrogata u l-emendi suċċessivi tagħha

Deċiżjoni Nru 93/231/KEE | ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11 |

Deċiżjoni Nru 95/21/KE | ĠU L 28, tas-7.2.1995, p. 13 |

Deċiżjoni Nru 95/76/KE | ĠU L 60, tat-18.3.1995, p. 31 |

Deċiżjoni Nru 96/332/KE | ĠU L 127, tal-25.5.1996, p. 31 |

Deċiżjoni Nru 2003/242/KE | ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 24 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Deċiżjoni Nru 93/231/KEE | Din id-Deċiżjoni |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | — |

— | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Anness | L-Anness I |

— | L-Anness II |

— | L-Anness III |

--------------------------------------------------

Top