This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2335
Commission Regulation (EC) No 2335/2003 of 30 December 2003 derogating for the year 2004 from Regulation (EC) No 2402/96 as regards tariff quotas for manioc starch
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jidderoga għas-sena 2004 mir-Regolament (KE) Nru 2402/96 li jirrigwarda it-tariffi kwotati għall-lamtu mill-manjoka
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jidderoga għas-sena 2004 mir-Regolament (KE) Nru 2402/96 li jirrigwarda it-tariffi kwotati għall-lamtu mill-manjoka
ĠU L 346, 31.12.2003, p. 17–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011
Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0017 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2335/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jidderoga għas-sena 2004 mir-Regolament (KE) Nru 2402/96 li jirrigwarda it-tariffi kwotati għall-lamtu mill-manjoka IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 fuq l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet imniżlin fl-Iskeda CXL imfassla b'rizultat tal-konklużjoni tan-negozjati XXIV.6 tal-GATT [1], u partikolarment l-Artikolu 1(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Decizjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta' Mejju 1996 li tikkonċerna il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja taħt l-Artikolu XXIII [2] tal-GATT, u partikolarment l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) L-importaturi mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, miċ-Ċipru, mil-Latvja, mil-Lituwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mill-Islovenja u mill-Islovakkja għandhom jibbenifikaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amminstrattivi għal ċerti kwoti annwali tat-tariffa għall-patata ħelwa u l-lamtu mill-manjoka [3]. (2) Għas-sena 2004, biex jkunu evitati irregolaritajiet fis-suq, huwa neċessarju, b'deroga mir-Regolament (KE) Nru 2402/96, li l-kwoti tal-importazzjoni għall-lamtu mill-manjoka jitqassmu f'żewġ kwoti oħra. (3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. B'deroga mill-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għas-sena 2004, il-kwota ta' tariffi annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10000 tunnellata metrika ta' lamtu mill-manjoka msemmija f'dak l-Artikolu għandha titqassam f'żewġ kwoti oħra, kif huwa mfassal f'parti A ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament. 2. B'deroga mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għas-sena 2004, iż-żieda awtonoma tal-kwota ta' tariffi annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10500 tunnellata metrika ta' lamtu mill-manjoka msejħa f'dak l-Artikolu, minn liema 10000 tunnellata metrika hija riżervata għat-Tajlandja, għandha titqassam f'żewġ kwoti oħra, kif huwa imfassal f'parti B ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 146, ta' l-20.06.1996, p. 1. [2] ĠU L 122, tat-22.05.1996, p. 15. [3] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 14. -------------------------------------------------- ANNESS It-tqassim tal-kwoti annwali ta' l-importazzjoni tal-manjoka fi kwoti oħra fis-sena 2004 A. Il-kwota tat-tariffi annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10000 tunnellata metrika ta' lamtu mill-manjoka, previst fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għandha titqassam fis-sena 2004 kif ġej: - Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004: 3333 tunnellata metrika - Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2004: 6667 tunnellata metrika. B. Iż-żieda awtonoma tal-kwota ta' tariffi annwali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' 10500 tunnellata metrika ta' lamtu mill-manjoka, minn liema 10000 tunnellata metrika hija riżervata għat-Tajlandja, previst fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, għandha titqassam fis-sena 2004 kif ġej: Perjodu | Kwota tal-importazzjoni | Li minnhom huma riservati għar-Renju tat-Tajlandja | Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004: | 3500 tunnellata metrika | 3333 tunnellata metrika | Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2004: | 7000 tunnellata metrika | 6667 tunnellata metrika | --------------------------------------------------