Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2334

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2334/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li għas-sena 2004 jidderoga mir-Regolament (KE) Nru. 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal faqqiegħ priservat

    ĠU L 346, 31.12.2003, p. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2334/oj

    32003R2334



    Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0015 - 0016


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2334/2003

    tat-30 ta' Diċembru 2003

    li għas-sena 2004 jidderoga mir-Regolament (KE) Nru. 2125/95 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal faqqiegħ priservat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

    Billi:

    (1) Importaturi mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mill-Islovenja u mill-Islovakkja (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri l-ġodda") għandhom jibbenefika mid-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2125/95 [2].

    (2) Importaturi li jifformaw parti mill-kwoti msemmija fir-Regolament (KE) Nru. 2125/95 huma bla ħsara għas-sottomissjoni ta' liċenzji ta' importazzjoni, li għandhom perjodu ta' validità limitat mid-data ta' ħruġ effettiva. Il-perjodu ta' validità tal-liċenzji ta' importazzjoni għas-sena 2004 se jkunu riveduti sabiex jikkunsidraw id-data ta' adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda.

    (3) Sabiex jiġi żgurat l-użu korrett ta' kwoti u l-importaturi tradizzjonali mill-Istati Membri l-ġodda jitħallew ikunu f'posizzjoni biex japplikaw għall-kwantitajiet suffiċjenti matul is-sena 2004, għandhom isiru disposizzjonijiet għas-sena 2004 sabiex tiġi aġġustata l-kwantità li għaliha jirrelataw l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ppreżentati mill-importaturi tradizzjonali mill-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwita fit-30 ta' April 2004.

    (4) Sabiex tittejjeb u tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi għal faqqiegħ priservat għas-sena 2004, għandhom isiru disposizzjonijiet fir-rigward ta' dati għad-depożitar ta' l-applikazzjonijiet.

    (5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Frott u mill-Ħxejjex,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95, għas-sena 2004, il-kwoti ta' tariffa għal faqqiegħ priservat imsemmi fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu allokati bejn pajjiżi fornituri skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95, għas-sena 2004, liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal perjodu ta' tmien xhur mid-data effettiva ta' ħruġ fis-sens ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1291/2000 [3]. Madankollu, mhux se jkunu validi wara l-31 ta' Diċembru 2004.

    Artikolu 3

    1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95:

    (a) applikazzjonijiet għal liċenzji preżentati f'Jannar 2004 mill-importaturi tradizzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95 m'għandhomx jirrelataw ma' kwantità li taqbeż 35 % tal-kwantità annwali medja ta' importazzjoni li toriġina mill-pajjiżi għajr il-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija u effettwati skond dak ir-Regolament matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel;

    (b) applikazzjonijiet għal liċenzji preżentati f'Mejju 2004 mill-importaturi tradizzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95 m'għandhomx jirrelataw ma' kwantità li taqbeż 65 % tal-kwantità annwali medja ta' importazzjoni li toriġina mill-pajjiżi għajr il-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija u effettwati skond dak ir-Regolament matul it-tliet snin kalendarji ta' qabel.

    2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95, għas-sena 2004, applikazzjonijiet għal liċenzji preżentati minn importaturi ġodda fis-sens ta' l-Artikolu 4(1)(b) ta' dak ir-Regolament m'għandhomx jirrelataw ma' kwantità li taqbeż 8 % tal-kwantità allokata skond dik id-disposizzjoni.

    Artikolu 4

    Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95, għas-sena 2004:

    (a) importaturi għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzji ta' importazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-ewwel u fit-tieni ġurnata ta' xogħol ta' Jannar u/jew fl-ewwel u fit-tieni ġurnata ta' xogħol ta' Mejju;

    (b) L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ġew depożitati f'Jannar applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' importazzjoni fir-raba' ġurnata xogħol ta' Jannar u bil-kwantitajiet li għalihom ġew depożitati f'Mejju applikazzjonijiet għal-liċenza ta' importazzjoni fir-raba' ġurnata xogħol ta' Mejju;

    (ċ) kwantitajiet li ma ġewx applikati għalihom f'Jannar 2004 għandhom ikunu trasferiti, bla ħsara għall-oriġini tagħhom, għall-perjodu ta' importazzjoni ta' wara u jistgħu jiġu applikati għalihom f'Mejju 2004;

    (d) notifiki mill-Istati Membri għandhom jitkissru skond il-prodott, skond in-nomenklatura magħquda, u jagħtu figuri separati għall-kwantitajiet applikati mill-importaturi tradizzjonali u dawk ġodda, rispettivament;

    (e) liċenzji ta' importazzjoni għandhom jinħarġu fis-seba' ġurnata ta' xogħol wara dik li fiha l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni, sakemm l-ebda miżura speċjali ma tittieħed intant mill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 29. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 453/2002 (ĠU L 72, ta' l-14.3.2002, pġ. 9).

    [2] ĠU L 212, 07.09.95, pġ. 16. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1142/2003 (ĠU L 160, tat-28.06.03, pġ. 39).

    [3] ĠU L 152, ta' l-24.06.00, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Allokazzjoni ta' kwoti għas-sena 2004 ta' faqqiegħ priservat imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2125/95, f'tunnellata (piż xott totali)

    Pajjiżi Fornituri | Sena 2004 |

    1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004 | 1 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru 2004 |

    il-Bulgarija | 874 | 1751 |

    ir-Rumanija | 166 | 334 |

    iċ-Ċina | 7576 | 15174 |

    Oħrajn | 1096 | 2194 |

    Sena riserva 2004 | 1000 |

    --------------------------------------------------

    Top