Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1780

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/2003 ta' l-10 ta' Ottubru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2366/98 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna ta' produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tas-suq 1998/99 sal-2003/04

    ĠU L 260, 11.10.2003, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1780/oj

    32003R1780



    Official Journal L 260 , 11/10/2003 P. 0006 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1780/2003

    ta' l-10 ta' Ottubru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2366/98 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' għajnuna ta' produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa għas-snin tas-suq 1998/99 sal-2003/04

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 ta' l-20 ta' Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b'mod partikolari Artikolu 2(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1638/98 jipprovdi għall-ħolqien ta' sistema ġeografika ta' informazzjoni (GIS) biex jittejjeb l-għerf dwar u l-verifiki fuq il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-livell tal-produttur individwali. L-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1638/98 jipprovdi li, mill-1 ta' Novembru 2003, is-siġar taż-żebbuġ u ż-żoni li jikkorrispondu li l-preżenza tagħhom ma tkunx attestata bil-koltivazzjoni taż-żebbuġ GIS stabbilita skond l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, ma jistgħux jikkostitwixxu bażi għall-għajnuna li għandha titħallas lill-produtturi taż-żebbuġ taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi żjut u xaħmijiet.

    (2) L-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2383/2002 [4], jippreskrivi regoli għall-applikazzjoni tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ GIS u l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jitqiegħed li tkun tlestiet fil-livell reġjonali u nazzjonali.

    (3) U aktar b'mod partikolari, it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 jipprovdi għal proċedura li taħtha l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk il-koltivazzjoni taż-żebbuġ GIS tkunx tlestiet fuq il-bażi ta' rapport mill-Istat Membru konċernat. Minħabba l-fatt li l-ħolqien tal-GIS għandha ssir ħtieġa obbligatorja għall-ksib ta' għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi biex jippermettu li l-GIS tintuża b'mod mgħaġġel u effettiv, il-ħtieġa li dik il-proċedura tiġi segwita għandha titneħħa.

    (4) Madankollu, l-obbligu ta' l-Istati Membri li jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda għall-ħolqien tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ GIS u tltestija tagħha għandu jinżamm.

    (5) L-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 għandu għalhekk jiġi emendat.

    (6) Il-miżuri li hemm provvidiment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 huwa ssostitwit b'dan li gej:

    "3. l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali meħuda taħt l-Artikoli 23 sa 26 u t-tlestija tal-koltivazzjoni taż-żebbuġ GIS fil-livell ta' l-Istat Membru jew, fejn japplika, fil-livell reġjonali."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Ottubru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 210, tat-28.7.1998, pġ. 32.

    [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, pġ. 4.

    [3] ĠU L 293, tal-31.10.1998, pġ. 50.

    [4] ĠU L 358, tal-31.12.2002, pġ. 122.

    --------------------------------------------------

    Top