EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1645

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2003 tat-18 ta' Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2965/94 li jisstabbilixxi Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea

ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1645/oj

32003R1645



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0013 - 0015


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2003

tat-18 ta' Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2965/94 li jisstabbilixxi Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Fehma tal-Qorti ta' l-Awdituri [3];

billi:

(1) Ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbillixxi Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea [4] għandhom jinġabu in linea mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [5] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "ir-Regolament Finanzjarju ġenerali"), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu.

(2) L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2965/94 għandu jiġi emendat biex jiċċara l-arranġamenti għall-iffinanzjar taċ-Ċentru.

(3) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 255 tat-Trattat ġew stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [6].

(4) Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, it-tlett istituzzjonijiet ftehmu permezz ta' dikjarazzjoni konġunta illi l-aġenziji u l-korpi oħra simili għandhom jimplimentaw regoli konformi ma' dawk ta' dak ir-Regolament.

(5) Dispożizzjonijiet xieraqa għandhom għalhekk jkunu inklużi fir-Regolament (KE) Nru 2695/94 biex jagħmlu r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 applikabli għaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għal-korpi ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dispożizzjoniji dwar d-dritt ta' appell minn rifjut ta' aċċess għad-dokumenti.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2965/94 għandu għalhekk jkun emendat skond il-każ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2965/94 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 8(3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"3. Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport ta' kull sena dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru u jibgħatu mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u il-korpi msemmija fl-Artikolu 2.

4. Iċ-Ċentru għandu, ta' kull sena, jgħaddi lill-awtorita' tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċess ta' l-evalwazzjoni.";

2. L-Artikolu 10(2):

(a) punt (b) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) L-Introjtu taċ-Ċentru għandu jikkomprendi pagamenti magħmula mill-korpi li għalihom iċ-Ċentru jaħdem u mill-istituzzjonijiet u l-organi li magħhom hemm ftejhiem ta' kollaborazzjoni bħala skabju għax-xogħol magħhmul miċ-Ċentru inklużi l-attivitajiet interistituzzjonali u sussidju tal-Komunità.";

(b) punt (ċ) għandu jkun mħassar;

3. L-Artikolu 13 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 13

1. Stimi ta' l-introjtu u ta' l-infieq taċ-Ċentru għandhom jkunu ppreparti għall-kull sena finanzjarja, li tikkorispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit taċ-Ċentru li għandu jinkludi pjan ta' finanzjaru.

2. L-introjtu u l-infieq murija fil-baġit taċ-Ċentru għandhom jkunu f'bilanċ.

3. Kull sena il-Bord ta' l-amministrazzjoni, a bazi ta' abbozz mħejji mid-Direttur, għandu jipproduċċi stima ta' l-introjtu u ta' l-infieq għaċ-Ċentru għas-sena li gejja. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan finanzjarju, għandha tintbgħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.

4. L-istima għandha tintbgħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejaħ l-"awtorita tal-baġit";) flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea.

5. A bażi tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, l-istima li hi tqies neċessarja għall-pjan finanzjaru/pjan ta' initjativi u l-ammont tas-sussidju li għandu jkun addebitat kontra l-baġit ġenerali, li għandhom jkunu mqiegħda quddiem l-awtorità ta l-baġit skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

6. L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju liċ-Ċentru.

L-awtorità ta' l-baġit għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għaċ-Ċentru.

7. Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun adottat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jkun emendat skond il-kaz.

8. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, għandu malli jkun possibli, jinnotifika l-awtorità tal-baġitt bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjoni finanzjarja sinjifikanti fuq il-fondi tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma' propjeta' bħal-kiri jew ix-xiri ta' bini. Għandu jinforma l-Kummissjoni b'dan.

Fejn fergħa ta' l-awtorità tal-baġit innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, din għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni fiż-żmien sitt gimgħat mid-data tan-notifika ta' l-proġett.";

4. L-Artikolu 14(2)(3) u (4) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi diċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

3. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta' l-awdituri flimkien ma' rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għall-dik is-sena finanzjarja.. Ir-rapport dwar il-baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jiġi mibgħut ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet ta' l-Qorti ta' l-Awdituri' dwar il-kontijiet proviżorji taċ-Ċentru, skond l-artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur għandu jħejji l-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responabilita' tiegħu u jissottomettihom lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għall-opinjoni.

5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali taċ-Ċentru.

6. Id-Direttur għandu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' l-Aamministrazzjoni.

7. Il-kontijiet finali għandhom jkunu ppublikati.

8. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri risposta għall-osservazzjonijiet sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Din ir-risposta għandha tkun mibgħuta wkoll lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

9. Id-Direttur għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan ta' l-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtiega ghall-applikazzjoni bla xkiel ta' proċedura ta' twettieq għas-sena finanzjarja in kwistjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzarju ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq il-rakommandazzjoni tal-Kunsill li jagixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti l-approvazzjoni lid-direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-baġit għas-sena N.";

5. L-Artikolu 15 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 15

Ir-regoli finanzjarji li japplikaw ghaċ-Ċentru għandhom jkunu adottati mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni wara li tkun ġiet kkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 ta' 19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta' r-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija f l-Artikolu 185 ta' r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [7] kemm-il darba dan mhux meħtieg għall-operat taċ-Ċentru u bil-kunsens minn qabel ta' l-Kummissjoni."

6. L-Artikolu 18a għandu jkun nkluż:

"Artikolu 18a

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [8] għandhom jgħoddu ghad-dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.

2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta arranġamenti pratiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fiż-żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1645/2003 ta' 18 ta' Ġunju 2003 li jemenda Regolament (KE) Nru 2965/94 li jistabbilixxi ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea [9].

3. Id-Deċiżjonijiet meħuda miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu biex jkun ppreżentat ilment lill-Ombudsman jew jsiru s-suġġett ta' kawża quddiem Qorti tal-Ġustizzja taht il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 195 u 23 rispetivament tat-Trattat'."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-ewwel jum tax-xahar wara pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessita tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ġunju 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 331 E, 31.12.02, p. 50.

[2] Opinjoni mgħotija fil- 27.3.2003 (għad mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 285, 21.11.02, p. 4.

[4] ĠU L 314, 07.12.94, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2610/95 (ĠU L 268, 10.10.95, p. 1).

[5] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1; Korriġendum fl-ĠU L 25, tat-30.1.2003, p. 43.

[6] ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

[7] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72, bil-Korriġendum fl-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39

[8] ĠU L 145, 31.05.01, p. 43.

[9] ĠU L 245, 29.09.03, p. 13.

--------------------------------------------------

Top