Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1336

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1336/2003 tal-25 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 dwar il-kontinwazzjoni ta’ l-użu tas-sustanzi mniżżla fil-lista ta’ l-Anness IITest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 187, 26.7.2003, p. 21–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1336/oj

32003R1336



Official Journal L 187 , 26/07/2003 P. 0021 - 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1336/2003

tal-25 ta’ Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 dwar il-kontinwazzjoni ta’ l-użu tas-sustanzi mniżżla fil-lista ta’ l-Anness II

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/70/KE [2], u b’mod partikolari tar-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2002 [3] jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jitolbu li ċerti sustanzi attivi mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ma jkunux użati u li l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti li jipproteġu l-pjanti u li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu rtirati mill-Istati Membri. Fil-każ ta’ użu li fir-rigward tiegħu ingħatat evidenza teknika addizzjonali li wriet li kien hemm il-ħtieġa essenzali li din is-sustanza attiva tibqa’ tintuża u li ma kienx hemm alternattiva effiċjenti għal din is-sustanza, kienu stabbiliti miżuri temporanji sabiex jgħinu fl-iżvilupp ta’ alternattivi.

(2) L-Istati Membri preżentaw evidenza ġdida li turi li għad hemm bżonn essenzali għal aktar użu ta’ dawn is-sustanzi. Din l-informazzjoni kienet eżaminata mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti mill-Istati Membri.. Għandhom jingħataw derogi biss f’dawk il-każijiet li jidhru li huma ġustifikati u li ma joħolqux tħassib u għandhom ikunu limitati għall-kontrol ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara u li ma jeżistux alternattivi effiċjenti għalihom.

(3) Ċerti sustanzi attivi huma koperti kemm mit-tielet u kif ukoll mir-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma minħabba r-relazzjoni kimika tagħhom jew minħabba l-użu speċifiku tagħhom. Sabiex ikunu evitati inkonsistenzi, għandhom isiru l-adattamenti neċessarji fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2002.

(4) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 għandu jkun emendat skond dan li ntqal.

(5) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huma mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, 19.8.91, p. 1.

[2] ĠU L 184, 23.7.3, p. 9.

[3] ĠU L 319, 23.11.2, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS II

Lista ta' l-awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(3)

Kolonna A | Kolonna B | Kolonna C |

Sustanza attiva | Stat Membru | Użu |

2-aminobutane | Ir-Renju Unit | Żerriegħa maħżuna tal-patata |

l-Irlanda | Żerriegħa maħżuna tal-patata |

1,3-dichloropropene (cis) | L-Olanda | Basal tal-fjuri, frawli, ħaxix, prodotti ta' mixtla tas-siġar, pjanti perenni, u tħawwil mill-ġdid ta' siġar tal-frott |

4-CPA (4-chlorophenoxyacetic acid) | Greċja | Għeneb (mingħajr żerriegħa) |

Spanja | Tadam, brunġiel |

Acifluorfen | L-Italja | Sojja |

Azaconazole | Belġju | Bżar ħelu, tadam, trattament ta' feriti fis-siġar |

l-Olanda | Tadam |

ir-Renju Unit | Pjanti użati bħala ornamenti |

Benfuresate | Spanja | Qoton |

Bromacil | Franza | Lavanda, lavandin |

Bromopropylate | Belġju | Fażola |

l-Italja | Frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta, dwieli |

Spanja | Lumi, tadam, frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta, dwieli |

Calcium hydroxide (magħruf ukoll bħala slake lime) | L-Olanda | Frott |

Cartap | L-Italja | Frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta, frott ta' l-għadma, tadam, brunġiel, bżar, bettieħ, qara' bagħli jew xitwi, pjanti użati bħala ornamenti |

Chinomethionate | Greċja | Bettieħ, dulliegħ |

Spanja | Cucurbitaceae |

Chlorfenvinfos | Id-Danimarka | Kaboċċi |

il-Ġermanja | Ravanell żgħir, ravanell, zunnarija, basal, karfus, kaboċċi, ħjar, lift li ż-żerriegħa tiegħu tintuża għaż-żejt |

l-Irlanda | Zunnarija, zunnarija bajda, kaboċċi, nevew safrani |

Franza | Faqqiegħ, asparagu, krexxuni, ravanell, spinaċi, insalata tal-qamħ, ħjar żgħir, qara' bagħli żgħir, basal, basal abjad, zunnarija, karfus oħxon, kurrat, karfus, tursin, tewm, kaboċċi, nevew |

l-Olanda | Kaboċċa, basal, zunnarija, ħaxix tal-ġenus Brassica, nevew safrani, nevew, ravanell, ravanell iswed, kurrat, karfus oħxon, |

l-Isvezja | Ħass ikkaboċċjat, u nevew safrani |

il-Portugall | Ħaxix tal-ġenus Brassica |

Spanja | Ħaxix tal-ġenus Brassica |

Cyanazine | Ir-Renju Unit | Piżelli, fażola, ħaxix tal-ġenus Brassica, narċis,, kull ġens ta' tewm, siġar imkabbra fil-foresti |

l-Isvezja | Lift li ż-żerriegħa tiegħu tintuża għaż-żejt u ħjar użat fl-immarinar |

l-Irlanda | Basal |

Dalapon | L-Italja | Ross |

Ethion | Franza | Zunnarija, tursin, karfus, karfus oħxon, tewm, basal abjad, basal, kurrat, kaboċċi |

Dikegulac | Il-Ġermanja | Pjanti użati bħala ornamenti (taħt il-ħġieġ) |

Dimefuron | Il-Ġermanja | Lift li ż-żerriegħa tiegħu tintuża għaż-żejt |

Dinobuton | Spanja | Frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta |

Ethyl dipropylthiocarbamate (EPTC) | Il-Portugall | Patata |

Fenpropathrin | Ir-Renju Unit | Frott artab (ribes) |

Fenuron | Ir-Renju Unit | Piżelli, fażoli, spinaċi |

Flumethralin | Il-Portugall | Tabakk |

Spanja | Tabakk |

Fomesafen | Ir-Renju Unit | Piżelli, fażola, lupina |

Franza | Fażola sojja, fażola |

l-Italja | Fażola sojja, fażola, piżelli |

Furalaxyl | L-Irlanda | Pjanti użati bħala ornamenti |

Furathiocarb | Il-Belġju | Kurrat |

Haloxyfop | Id-Danimarka | Għelieqi bil-ħaxix u żerriegħa ta' żwien ħomor tal-ġenus Festuca, ħammiela ta' pjanti ornamentali |

Heptenophos | L-Irlanda | Pjanti ornamentali, ħjar, tadam, ħass, |

l-Italja | Kaboċċi, fażola, ħass |

Hexazinone | L-Awstrija | Siġar koniferi |

Franza | Siġar koniferi, lavanda, lavandin, salvja, għud is-sus, xnien, kannamiela |

l-Irlanda | Siġar koniferi |

Spanja | Siġar koniferi, xnien |

Imazapyr | L-Irlanda | Siġar imkabbra f'foresti |

il-Portugall | Art li ma tintużax għat-tkabbir ta' uċuh tar-raba' |

Iminoctadine | Il-Greċja | Tadam imkabbar taħt il-plastik |

Mepronil | L-Awstrija | Ħass |

Metobromuron | Il-Belġju | Ħass tat-tip valerjanella, fażola, patata |

Spanja | Patata |

il-Ġermanja | Ħass tat-tip valerjanella, fażola, tabakk |

Franza | Ħass tat-tip valerjanella |

Metoxuron | Il-Belġju | Zunnarija, patata |

Franza | Zunnarija |

l-Irlanda | Zunnarija |

il-Lussemburgu | Zunnarija, patata |

l-Olanda | Zunnarija, patata, iris, gladjoli |

ir-Renju Unit | Zunnarija, zunnarija bajda |

Naptalam | Spanja | Bettieħ, dulliegħ |

Franza | Bettieħ |

Omethoate | L-Awstrija | Pjanti ornamentali |

Orbencarb | L-Awstrija | Lupini |

Oxadixyl | Il-Belġju | Fażola trattament taż-żerriegħa |

Oxycarboxin | Ir-Renju Unit | Pjanti ornamentali |

l-Awstrija | Pjanti ornamentali |

il-Greċja | Pjanti ornamental, fjuri |

Spanja | Pjanti ornamentali |

l-Irlanda | Tuba bil-ħaxix magħha |

Pebulate | Il-Greċja | Tabakk |

Pentanochlor | Ir-Renju Unit | Pjanti tal-familja Umbelliferae li jagħmlu l-umbelli, ħaxix aromatiku, pjanti ornamentali |

Prometryn | Ir-Renju Unit | Pjanti tal-familja Umbelliferae li jagħmlu l-umbelli, kull ġens ta' tewm, ħaxix aromatiku |

Spanja | Zunnarija, karfus, qoton, ċiċri, piżelli, għads |

il-Greċja | Qoton |

l-Irlanda | Zunnarija, tursin, karfus, zunnarija bajda |

il-Portugall | Potata, zunnarija, tursin, kurrat, piżelli |

Franza | Karfus, karfus oħxon, għads, kurrat |

Pyridafenthion | Spanja | Dwieli, mergħa, lumi |

Resmethrin | Ir-Renju Unit | Faqqiegħ |

Rock powder | L-Awstrija | Siġar imkabbra f'foresta |

Sethoxydim | L-Awstrija | Frawli |

il-Belġju | Kurrat, fażola, kaboċċi |

l-Italja | Ħaxix |

Silver nitrate | L-Olanda | Ħjar u ħjar żgħir imkabbra għaż-żerriegħa |

Sodium monochloracetate | Ir-Renju Unit | Ħaxix tal-ġenus Brassica, kull ġens ta' tewm, frott artab, ħops |

l-Irlanda | Kaboċċi, kaboċċi żgħar, kaboċċi tat-tip kale |

Sodium silver thiosulphate | Id-Danimarka | Fjuri maqtugħa, pjanti mkabbra ġo qasrija |

Sulfotep | Il-Ġermanja | Pjanti ornamentali u ħaxix imkabbar ġos-serer |

Tar acids - Qatran Aċidu | L-Irlanda | Użu bħala diżinfettant |

ir-Renju Unit | Użu bħala diżinfettant |

Temephos | Spanja | Ross |

Terbacil | Spanja | Nagħniegħ |

Franza | Arnika, trew bil-linji mqabbża, pjanti tal-ġenus Commiphora, nagħniegħ tat-tip pepermint, origanu, pensiera salvaġġa, rosmarin, sagħtrija tax-xitwa, salvja, sagħtar |

il-Greċja | Pjanti aromatiċi |

ir-Renju Unit | Pjanti aromatiċi u farmaċewtiċi |

Terbufos | Il-Greċja | Pitravi taz-zokkor |

Terbutryn | Ir-Renju Unit | Piżelli, fażola, lupini |

Spanja | Siġar taċ-ċitru |

l-Irlanda | Piżelli, fażola |

Tetradifon | Spanja | Siġar taċ-ċitru, Cucurbitaceae, tadam, għeneb |

l-Irlanda | Tadam, ħjar, pjanti ornamentali maħżuna f'mixtilet |

Triazophos | L-Irlanda | Zunnarija |

Triforine | L-Awstrija | Fażola, ħjar, pjanti ornamentali li għadhom qed jikbru, ward |

id-Danimarka | Tuffieħ, lanġas, ribes, passolina ħamra, rużberri |

Vamidothion | Belġju | Tuffieħ, koltivazzjoni tas-siġar |

Spanja | Frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta |

l-Italja | Frott li ż-żerriegħa tiegħu tkun magħluqa f'karapelli f'nofs il-frotta |

il-Portugall | Tuffieħ, lanġas |

"

--------------------------------------------------

Top