Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1329

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1329/2003 tal-21 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 992/95 fir-rigward ta' kwoti ta' tariffi għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

ĠU L 187, 26.7.2003, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1329/oj

32003R1329



Official Journal L 187 , 26/07/2003 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1329/2003

tal-21 ta' Lulju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 992/95 fir-rigward ta' kwoti ta' tariffi għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 miġjub fih,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 ta' l-10 ta' April 1995 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja [1], kwoti tat-tariffi tal-Komunità ġew miftuħa għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja. Dawn il-kwoti kienu mogħtija permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja konkluż fl-14 ta' Mejju 1973 [2].

(2) Bi Ftehim fil-għamla ta' Skambju u Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/465/KE [3], iż-żewġ partijiet kienu qablu dwar konċessjoni bilaterali addizzjonali fil-kummerċ li jikkonċerna l-prodotti agrikoli. Bis-saħħa ta' dak il-ftehim, il-Komunità kienet intrabtet li tiftaħ, ta' kull sena u suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, kwoti ta' tariffi annwali f'dazju żero għal numru ta' prodotti li joriġinaw fin-Norveġja.

(3) Il-kwoti ta' tariffi f'dan il-każ għandhom għalhekk ikunu miftuħa mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Għall-ewwel sena kalendarja ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-volum sħiħ annwali għandu jkun imnaqqas fi proporzjon tal-parti tal-perjodu tal-kwota li jkun skada qabel il-ftuħ tal-kwoti.

(4) Il-volum tal-kwoti ta' tariffi taħt in-numri ta' l-ordni 09.0785 u 09.0786 għandu jkun ikkonvertit f'euro. L-ammont ta' euro għandu jkun stabbilit b'konformità ma l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganli tal-Komunità [4], billi juża r-rata tal-krone Norveġiż ippubblikata fl-1 ta' Ottubru 2002 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [5].

(5) Sa mill-1 ta' Jannar 204, huwa ntiż li jkunu amministrati l-kwoti tat-tariffi għal-prodotti tal-kodiċi NM 0204 fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [6]. Għalhekk il-kwota ta' tariffa għal dawk il-prodotti li joriġinaw fin-Norveġja għandha tkun amministrata permezz ta' l-arranġamenti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 992/95 biss sat-tmiem tas-sena 2003. Għall-kumplament tax-xhur tas-sema 2003, disposizzjoni għandha ssir, fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti, li dokument ta' l-orġini għandu jkun ippreżentat b'konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001.

(6) Huwa għalhekk meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 992/95 kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

1. Il-paragrafu li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 1:

"4. B'dana kollu, bħala deroga mill-paragrafu 3, fir-rigward tal-prodotti tal-kodiċi NM 0204, l-importaturi għandhom jippreżentaw dokument ta' l-oriġini b'konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [7]."

2. L-Anness I huwa emendat bi qbil ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. Għall-2003, il-volum annwali tal-kwoti tat-tariffi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 992/95 kif emendat b'konformità ma l-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu mnaqqsa bi proporzjon tal-parti tal-perijodu ta' kwota f'xhur sħaħ li jkunu skadew qabel id-data li hemm provvediment dwarha fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3. Il-figura li tirriżulta minn din il-kalkolazzjoni għandha tkun imqarrba lejn l-unità sħiħa segwenti.

2. Għal-2003. il-volum miftuħ għal kwota ta' tariffa permes tan-numru ta' l-ordni 09.0761 għandu jkun 770 tunnellati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2003.

B'danakollu, fir-rigward tal-prodotti tal-kodiċi NM 0204, dan ir-Regolament għandu jkun japplika biss sal-31 ta' Diċembru 2003.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 101, ta' l-4.5.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3061/95 (ĠU L 327, tat-30.12.1995, p. 1).

[2] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 1.

[3] ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 48.

[4] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[5] ĠU C 235, ta' l-1.10.2002, p. 1.

[6] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 3.

[7] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 992/95 huwa emendat kif ġej:

1. Wara

"Prodotti li joriġinaw fin-Norveġja"

din in-nota li ġejja hija miżjuda:

"Minkejja r-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu meqjusa li jkollhom mhux aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenżjali tkun iddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi NM. Meta l-kodiċi ex NM huma ndikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun iddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrespondenti meħuda flimkien."

2. It-tabella hija emendat kif ġej:

(a) it-titolu tar-raba' kolonna huwa mibdul bi "Ammont ta' kwoti (tunnellati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor)";

(b) ir-ringieli fir-rigward tan-numri ta' l-ordni 09.0757, 09.0761 u 09.0762 huma mibdula b'dan li ġej:

"09.0757 | ex080920 | Cirasa, friska, mis-16 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu | 900 | B'xejn |

09.0761 | ex08101000 | Frawli, friski, mid-9 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju | 900 | B'xejn |

09.0762 | ex08101000 | Frawli, friski, mill-1 ta' Awwissu sal-15 ta' Settembru | 900 | B'xejn |

(ċ) il-punti li ġejjin huma miżjuda:

"09.0781 | 02041000020421000204220204230002043000020441000204420204431002044390020450110204501302045015020450190204503102045039020450510204505302045055020450590204507102045079 | Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkesaħ jew iffriżat | 300 | B'xejn |

09.0782 | 0210 | Laħam u raċanċ tal-laħam li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imqadded, iffumigat: tqiq u smida tal-laħam jew tar-raċanċ tal-laħam | 200 | B'xejn |

09.0783 | 07041100 | Ħass ikkabuċċjat | 300 | B'xejn |

09.0784 | 07051900 | Hass ieħor | 300 | B'xejn |

09.0785 | 06029051 | Pjanti perenni | EUR 136212 | B'xejn |

09.0786 | 06029070 | Pjanti ta' ġewwa: żraġen bl-għeruq u pjanti żagħżagħ. Esklużi l-cactus | EUR 544848 | B'xejn |

09.0787 | 1601 | Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, raċanċ tal-laħam jew tad-demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti | 300 | B'xejn |

--------------------------------------------------

Top