EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1157

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1157/2003 tat-30 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 relatata ma’ l-arranġament ta’ importazzjoni għal ħalib u prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu l-kwoti ta’ tariffi, u li jidderoga minn dak ir-Regolament

ĠU L 162, 1.7.2003, p. 19–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1157/oj

32003R1157



Official Journal L 162 , 01/07/2003 P. 0019 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2003

tat-30 ta’ Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 relatata ma’ l-arranġament ta’ importazzjoni għal ħalib u prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu l-kwoti ta’ tariffi, u li jidderoga minn dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) tiegħu,

Billi:

(1) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2535/2001 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 787/2003 [4], jistabbilixxi, fost ħwejjeġ oħra, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġament ta’ l-importazzjoni għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib provvduti fil-Ftehim Ewropej bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvan, fuq in-naħa l-oħra. Biex jiġu implimentati l-konċessjonijiet provvduti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta’ April 2003 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, ta’ naħa, u r-Repubblika tal-Bulgarija, tan-naħa l-oħra [5], għandhom jinfetħu t-tariffi ġodda ta’ kwoti u għandhom jiżdiedu ċerti kwoti eżistenti.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/285/KE [6], li approvat il-Protokoll li aġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, ta’ naħa, u r-Repubblika ta’ l-Ungerija, tan-naħa l-oħra, biex tikkunsidra r-riżultat ta’ negozjati bejn il-Partijiet fuq konċessjonijiet reċiproċi ta’ l-agrikoltura, ħassret ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1408/2002 [7]. Ir-referenzi magħmula għal dak ir-Regolament fir-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 għandhom għalhekk jiġu mibdula.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/465/KE tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renjutan-Norveġja dwar ċerti prodotti agrikoli [8], tipprovdi fost ħwejjeġ oħra għal tibdil fil-kwoti għal importazzjoni ta’ ġobon fil-Komunità. Il-ftehim jirrelata wkoll mat-tibdil tal-metodu ta’ ġestjoni ta’ dawn il-kwoti, li huma attwalment ibbażati fuq il-ħruġ ta’ ċertifikati IMA 1 kif deskritti fil-Kapitolu III, Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001, b’ġestjoni bbażata b’mod esklussiv fuq il-liċenza ta’ importazzjoni, kif provvdut fil-Kapitolu I, Titolu 2 ta’ l-istess Regolament.

(4) Id-dettalji dwar il-korp emittenti għall-Kanada, stabbiliti fl-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001, għandhom jiġu aġġornati.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 jistabbilixxi li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jintefgħu biss matul l-ewwel għaxart’ijiem ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur. Biex dan ir-Regolament ikun jista’ jiġi implimentat korrettament u jiġi żgurat li l-importaturi kkonċernati kollha għandhom għaxart’ijiem biex jitfgħu l-applikazzjonijiet għat-tieni sitt xhur tas-sena 2003, għandha ssir dispożizzjoni li tidderoga mill-istess Artikolu.

(7) L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001 jistabbilixxi li l-applikanti għal-liċenzi ta’ importazzjoni għandhom ikunu approvati bil-quddiem mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn huma stabbiliti. Għandhom isiru dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-istess Artikolu u mill-Artikolu 11 fil-każ ta’ importaturi li jixtiequ, li għal perijodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003, ikollhom aċċess għall-kwoti pprovvduti fil-Ftehim man-Norveġja.

(8) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru.2535/2001 hu emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) Punt (b) hu mibdul b’dan li ġej:

"(b) il-kwoti msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 2475/2000 [9], (KE) Nru. 1151/2002 [10], (KE) Nru. 1361/2002 [11], (KE) Nru. 1362/2002 [12] u fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/18/KE [13], 2003/263/KE [14], 2003/285/KE [15], 2003/286/KE [16], 2003/298/KE [17] u 2003/299/KE [18];";

(b) Il-punt (h) li ġej hu miżjud:

"(h) il-kwoti provvduti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/465/KE [*] ĠU L 156, tal-25.6.3, p. 48.."

2. it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) hu mibdul b’dan li ġej:

"Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(ċ), (d), (e), (g) u (h), l-applikazzjonijiet tal-liċenza għandhom jirrelataw ma’ mhux inqas minn 10 tunnellati u mhux iktar mill-kwantità fissa għal kull perijodu skond l-Artikolu 6."

3. L-Artikolu 19(1) huwa emendat kif ġej:

(a) l-ewwel parti tas-sentenza hi mibdula b’dan li ġej:

"Ir-rata ta’ dazju imnaqqsa għandha tapplika biss fuq presentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera akkumpanjata minn liċenza ta’ importazzjoni u, fil-każ ta’ importazzjoni msemmija hawn taħt, il-prova ta’ oriġini maħruġa, rispettivament, skond l-istrumenti li ġejjin:"

(b) il-punt (h) li ġej hu miżjud:

"(h) ir-regoli msemmija fil-punt 10 tal-Ftehim man-Norveġja."

4. L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, (b) hu mħassar;

(b) il-paragrafu 2 hu mibdul b’dan li ġej:

"2. l-Anness III ma’ dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dazji applikabbli u, fil-każ ta’ importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu mportati kull sena u s-sena ta’ l-importazzjoni."

5. L-Anness I hu emendat kif ġej:

(a) fil-Parti I.B, punt 6 hu mibdul bit-test fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament;

(b) it-test fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament hu miżjud bħala Parti H;

6. fl-Anness III, Parti B hi mħassra;

7. fl-Anness XI, G u H huma mħassra;

8. l-Anness XII hu emendat kif ġej:

(a) id-dettalji dwar il-lokalità rigward il-Kanada huma mibdula b’dan li ġej:

"Building 55, NCC Driveway

Central Experimental Farm

960 Carling Avenue

Ottawa, Ontario

K1A 0Z2

Tel. 1 (613) 792-2000

Fax 1 (613) 792-2009"

(b) id-dettalji dwar in-Norveġja huma mħassra.

Artikolu 2

1. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001, fil-każ tal-kwoti miftuħa fl-1 ta’ Lulju 2003 imsemmija fl-Anness I, Parti B, punt 6 u fl-Anness I, Parti H, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ importazzjoni għandhom jiġu ppreżentati fi żmien għaxart’ ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001, l-approvazzjoni provvduta mhiex meħtieġa għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2003 fil-każ tal-kwoti miftuħa fl-1 ta’ Lulju 2003 imniżżla fl-Anness I, Parti H ma’ dan ir-Regolament.

3. Għall-perijodu mniżżel fil-paragrafu 2, permezz tad-deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru. 2535/2001, l-applikazzjonijiet tal-liċenza għall-kwoti mniżżla fl-istess paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentati fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-applikanti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.99, p. 48.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1.

[3] ĠU L 341, tat-22.12.1, p. 29.

[4] ĠU L 115, tad-9.5.3, p. 18.

[5] ĠU L 102, ta’ l-24.4.3, p. 60.

[6] ĠU L 102, ta’ l-24.4.3, p. 32.

[7] ĠU L 205, tat-2.8.2, p. 9.

[8] ĠU L 156, tal-25.6.3, p. 48.

[9] ĠU L 286, tal-11.11.00, p. 15.

[10] ĠU L 170, tad-29.6.2, p. 15.

[11] ĠU L 198, tas-27.7.2, p. 1.

[12] ĠU L 198, tas-27.7.2, p. 13.

[13] ĠU L 8, ta’ l-14.1.3, p. 18.

[14] ĠU L 97, tal-15.4.3, p. 53.

[15] ĠU L 102, ta’ l-24.4.3, p. 32.

[16] ĠU L 102, ta’ l-24.4.3, p. 60.

[17] ĠU L 107, tat-30.4.3, p. 12.

[18] ĠU L 107, tat-30.4.3, p. 36.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"6. Prodotti li joriġinaw mill-Bulgarija

Nru. tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni (1) | Dazju applikabbli (% ta' MFN) | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) mill- 1.7.2002 sat-tat- 30.6.2003 | Kwantitajiet fis-sena (tunnellati metriċi) mill- 1.7.2003 sat-tat- 30.6.2004 | Kwantitajiet miftuħa mill- 1.7.2003 | Kwantitajiet miftuħa mill- 1.1.2004 | Żieda annwali mill- 1.7.2004 |

09.4675 | 040310110403101304031019040310310403103304031039 | | Eżenzjoni | 250 | 500 | 500 | 250 | 0 |

09.4660 | 0406 | | Eżenzjoni | 6100 | 6400 | 3200 | 3200 | 300" |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"I.H KWOTI TAT-TARIFFI MSEMMIJA FL-ANNESS I GĦALL-FTEHIM MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA

Numru tal-kwota | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | Dazju tad-doganali | 1.7.2003Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju kwantitajiet f'tunnellati metriċi mill- |

Annwali | Kull sitt xhur |

09.4781 | ex04069023 | Edam Norveġiz | Eżenzjoni | 3467 | 1733,5 |

04069039 | Jarlsberg |

ex04069078 | Norveġiża Gouda |

040690860406908704069088 | Ġobon ieħor |

09.4782 | 040610 | Ġobon frisk | eżenzjoni | 533 | 266,5 |

--------------------------------------------------

Top