This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0627
Commission Regulation (EC) No 627/2003 of 4 April 2003 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomeniklatura Magħquda
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomeniklatura Magħquda
ĠU L 90, 8.4.2003, p. 34–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 090 , 08/04/2003 P. 0034 - 0036
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2003 ta' l-4 ta' April 2003 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomeniklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2176/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomeniklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti referuti fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kien stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw wkoll għal xi nomeniklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffa u ta' miżuri oħrajn li jirrigwardjaw il-kummerċ f'oġġetti. (3) Permezz ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu kklasifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet elenkati fil-kolonna 3. (4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-Nomeniklatura Maghquda u li ma tkunx skond id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament, tista tibqa tkun ikkwotata mid-detentur, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Komuni Doganali [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], għal perijodu ta' tlett xhur. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f' dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklasifikati fin-Nomeniklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella. L-Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma hix skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista tibqa tkun ikkwotata permezz tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2912/92 għal perijodu ta' tlett xhur. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-4 ta' April 2003. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 331, tas-7.12.2002, p. 3. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | 1.Preparazzjoni (ħummus) li tikkonsisti minn purea taċ-ċiċri (81 % bil-piż), ilma, żejt, ġulġliel, ħwawar, aċidi ċitriku, melħ u preservattivi. Din il-preparazzjoni hija mqiegħda f'pakketti, (e.g. 250 gramma) għall-bejgħ bl-imnut | 20059080 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 2005, 200590 u 20059080 Il-preparazzjoni ma tistgħax tkun meqjusa bħala zalza jew kondiment imħallat tal-intestatura 2103 (ara n-nota ta' spjegazzjoni tas-sistema armonizzata għall-intestatura 2103). Din tkun ippreparata bil-lest lill-hinn minn dak li hemm ipprovdut fil-Kapitolu 7, il-preparazzjoni hija klassifikabbli taħt l-intestatura 2005 | 2.Tamal imqadded mimli bil-pasta rjali. Il-mili jikkonsisti minn pasta magħmulha mill-lewż, sukrożju, glukożjoni u togħma tal-vanilla b'kontenut taz-zokkor ta' 63 % bil-piż.Il-prodott huma mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut f'pakketti ta' 250 g. | 20089968 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 2008, 200899 u 20089968 Il-prodott la huwa kunfetti u anqas ħelu. Lanqas ma jista jkun meqjus bħala gallettini (ara n-noti ta' spejagazzjoni HS għall-intestatura 1704, l-ewwel paragrafu Huwa meqjus bħala frott ippreparat tal-intestatura 2008 | xiropp tal-glukożju | 32,2 | — ħalib ikkondensat | 26,6 | — zokkor | 18,0 | — ilma | 12,4 | — krema | 4,2 | — zokkor ismar | 3,2 | — ħalib | 1,1 | — butir | 1,1 | u kwantitajiet żgħar ta' melħ, aġenti tat-tgħaqqid, preservattivi, aġenti ta' kontra r-rgħawwa u togħmiet Il-prodott huwa wżat fil-manifattura tal-ġelati u jipprovdi dehra mmewwġa/irħamata u jagħti togħma ta' karamella. Huwa mqiegħed għall-bejgħ bl-imnut f'pakketti ta' 250 g. | | 21069098 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 2106, 210690 u 21069098 In vista tal-preparazzjoni tal-prodott, partikolarment il-kontenuti għoljin taz-zokkor, u ammonti baxxi ta' ingredjenti ta' ħalib, ma jistgħax ikun meqjus bħala preparazzjoni ta' l-ikel ibbażati fuq oġġetti tal-intestaturi 0403 u 0404. Konsegwentament ma jistgħax ikun ikklassifikat taħt l-intestatura 1901 (ara wkoll in-nota ta' spjegazzjoni għas-sistema armonizzata għall-Kapitolu 19. (Esklużjoni ġenerali (di) La darba l-prodott mhux miżjud ma l-ikel waqt li jkun isir jew waqt li jkun servut, ma jistħax ikun meqjus bħala zalza jew kondiment imħallat tal-intestatura 2103. Lanqas huwa, fil-qofol tat-tifsira tal-intestatura 2103, meqjus bħala preparazzjoni użata biex tgħati t-togħma lill-ċerti dixxijiet. (ara wkoll in-nota ta' spjegazzjoni għas-sistema armonizzata tal-intestatura 2103, il-parti (A)) | 4. Kontenituri ta' plastika riġida użati fit-trasport, fil-ħażna u fit-tqandil ta' folji tas-semi-conductor. Il-ħitan interni huma irrigati biex jiffurmaw kanali; il-bażi u ġemb wieħed huma miftuħa. (ara r-ritratt) [1] | 39231000 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeniklatura Magħquda u bil-kliem tal-Kodiċi NM 3923 u 39231000 Dawn il-kontenituri tal-plastika huma użati għat-trasport u l-ippakkjar ta' merkanzija u ma jistgħux ikunu meqjusa bħala partijiet u aċċessorji għall-użu uniku u prinċipalemnt ma tip partikolari ta' magna, strument jew apparat tal-Kapitolu 90 (ara n-nota 2b għall-Kapitolu 90). | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------