EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0452

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar

ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/04/2015; Imħassar b' 32015R0477

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/452/oj

32003R0452

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar

Official Journal L 069 , 13/03/2003 P. 0008 - 0009
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 123 - 124


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003

tas-6 ta’ Marzu 2003

dwar il-miżuri li l-Komunità tista’ tadotta relatati ma’ l-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b’miżuri ta’ salvagwardjar

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [1], il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta’ oġġetti għar-rimi minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità.

(2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 [2], il-Kunsill adotta regoli komuni għall-protezzjoni kontra l-importazzjoni issussidjata minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità.

(3) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 519/94 [3] u (KE) Nru 3285/94 [4], il-Kunsill adotta regoli komuni sabiex jadotta miżuri ta’ salvagwardjar kontra l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi mhux membri tal-Komunità. Il-miżuri ta’ salvagwardjar jistgħu jkunu f’forma ta’ tariffi applikabbli jew għall-importazzjoni kollha jew għal dawk l-affarjiet impurtati aktar mill-kwantità pre-determinata. Miżuri ta’ salvagwardjar bħal dawn jimplikaw li l-merkanzija hija eliġibbli sabiex tidħol fis-suq tal-Komunità meta jitħallas id-dazju meħtieġ.

(4) L-importazzjoni ta’ ċerta merkanzija tista’ tkun soġġetta għal miżuri kemm kontra r-rimi kif ukoll kontra s-sussidju fuq naħa waħda u miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq in-naħa l-oħra. L-għanijiet ta’ l-ewwel huma li tirranġa xi taħwid fis-suq, magħmul minn prattiċi ta’ kummerċ mhux ġusti, u l-għanijiet ta’ l-oħra huma li taċċerta kontra importazzjonijiet miżjuda wisq.

(5) Madankollu, it-tagħqida ta’ miżuri kontra r-rimi jew kontra s-sussidji ma’ miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq wieħed u l-istess prodott jista’ jkollhom effett akbar minn dak maħsub jew mixtieq fit-termini tal-politika u ta’ l-għanijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Komunità.

B’mod partikolari, tagħqida ta’ miżuri bħal din tista’ tkun ta’ piż kbir fuq ċerti produtturi/esportaturi li jfittxu li jesportaw lejn il-Komunità, u għalhekk jista’ jkun hemm l-effett li ma jkollhomx aċċess għas-suq tal-Komunità.

(6) Għaldaqstant, produtturi/esportaturi li jfittxu li jesportaw lejn il-Komunità m’għandhomx ikunu soġġetti għall-piżijiet kbar u m’għandux ikompli jkollhom aċċess għas-suq tal-Komunità.

(7) Huwa għalhekk mixtieq li l-assigurazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar u ta’ dawk kontra r-rimi jew/u kontra s-sussidju jintlaħaq mingħajr ma jiċċaħħad l-aċċess għas-suq tal-Komunità lil dawk il-produtturi/esportaturi.

(8) Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom ikunu introdotti sabiex iħallu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fejn huma jikkonsidraw xieraq, jieħdu azzjoni bl-għan li jassiguraw li kumbinazzjoni ta’ miżuri kontra r-rimi jew kontra s-sussidju b’miżuri ta’ tariffi ta’ salvagwardjar fuq l-istess prodott ma jkollhomx effett bħal dan.

(9) Għalkemm id-dazju ta’ salvagwardjar u l-miżuri kontra r-rimi jew kontra s-sussidju jistgħu jkunu applikabbli b’mod simultanju fuq l-istess prodott, mhux dejjem huwa possibli li tiddetermina minn qabel f’liema punt preċiż fiż-żmien dan jista’ jseħħ. Għalhekk, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu għal sitwazzjoni bħal din b’mod li jassigura tbassir suffiċjenti u ċertezza legali għall-operaturi kollha kkonċernati.

(10) Il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu jikkonsidraw xieraq li jagħmlu emendi, li jissospendu jew li jirrepellaw miżuri kontra r-rimi jew kontra s-sussidju jew li jipprovdu għal eżenzjonijiet sħaħ jew f’partijiet minn xi dazji kontra r-rimi jew li jikkontrobilanċjaw li b’mod ieħor dawn jistgħu jitħallsu, jew li jadottaw xi miżuri oħra speċifiċi. Kwalunkwe sospensjoni jew emenda, jew eżenzjoni minn miżuri kontra r-rimi jew kontra s-sussidju għandhom jingħataw biss għal perjodu limitat ta’ żmien.

(11) Kwalunkwe miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati mid-data tad-dħul fis-seħħ, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor, u għalhekk m’għandhomx jipprovdu bażi sabiex jirrimborżaw dazji miġbura qabel dik id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Fejn il-Kummissjoni tikkonsidra li tagħqida ta’ miżuri kontra r-rimi u ta’ kontra s-sussidju fuq l-istess importazzjonijiet tista’ twassal għall-effetti akbar milli mixtieq fit-termini tal-politika ta’ difiża tal-Komunità, hija tista’, wara li tikkonsulta l-Kumitat Avviżorju stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97, tipproponi lill-Kunsill li, taġixxi b’maġġoranza sempliċi, tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin hekk kif jidrilha li hu xieraq:

(a) miżuri sabiex temenda, tissospendi, jew tirripella l-miżuri eżistenti kontra r-rimi u/jew kontra s-sussidju;

(b) miżuri biex teżenta importazzjonijiet sħaħ jew f’partijiet minn dazji kontra r-rimi jew li jikkontrobilanċjaw u b’mod ieħor jitħallsu;

(ċ) kwalunkwe miżura speċjali oħra kkunsidrata xierqa fiċ-ċirkostanza.

2. Xi emendi,sospensjoni jew eżenzjoni skond paragrafu 1 għandha tkun limitata fiż-żmien u għandhom jgħoddu biss meta l-miżuri relevanti ta’ salvagwardjar huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Kwalunkwe miżura adottata skond dan ir-Regolament għandha tgħodd mid-data tal-bidu fis-seħħ. M’għandhiex isservi bħala bażi għal rimborż ta’ dazji miġbura qabel dik id-data, kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Marzu 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

D. Reppas

[1] ĠU L 56, tas-06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-07.11.2002, p. 1).

[2] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, 07.11.2002, p. 4).

[3] ĠU L 67, ta’ l-10.03.1994, p. 89. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1138/98 (ĠU L 159, tat-03.06.1998, p. 1).

[4] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 (ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

Top