EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0336

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2003 tal-21 ta’ Frar 2003 waqt li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi proċeduri għal teħid taċ-ċereali minn aġenziji ta’ intervent u li jistipola metodi ta’ analiżi biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali

ĠU L 49, 22.2.2003, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2008; Imħassar b' 32008R0687

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/336/oj

32003R0336



Official Journal L 049 , 22/02/2003 P. 0006 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 336/2003

tal-21 ta’ Frar 2003

waqt li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi proċeduri għal teħid taċ-ċereali minn aġenziji ta’ intervent u li jistipola metodi ta’ analiżi biex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali

IL-KUMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) l-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 [3] isemmi toleranza ta’ 5 % bejn il-kwantità determinata mill-piż u l-kwantità stimata skond il-metodu volumetriku fil-każ ta’ teħid fil-post ta’ ħażna fejn qed jinżammu ċ-ċereali fil-ħin ta’ l-offerta. Meta t-toleranza hi maqbuża, iċ-ċereali huma miżnuna minnufih. L-ispejjeż ta’ l-użin għandhom jinġarru mill-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen, fejn il-piż iddeterminat hu inqas minn dak irreġistrat, jew mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, meta hu iktar.

(2) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 147/91 tat-22 ta’ Jannar 1991 li jiddefinixxi u jiffissa t-toleranzi għat-telf bil-kwantità ta’ prodotti agrikoli fil-ħażna pubblika ta’ intervent [4], kif emendat bir-Regolamenti (KEE) Nru 652/92 [5], jistipola għaċ-ċereali limitu ta’ toleranza għat-telf ta’ kwantità li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ ħażna normali u d-differenzi fir-riżultati bejn iż-żewġ operazzjonijiet ta’ użin. Din it-toleranza għandha tiġi kkunsidrata wkoll waqt li jiġi stabbilit min għandu jġorr l-ispejjeż ta’ l-operazzjoni ta’ użin imsemmija fl-Artikolu 5(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 824/2000.

(3) Regolament (KE) Nru 824/2000 għandu għalhekk ikun emendat kif suppost.

(4) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(5)(d) tar-Regolament (KE) Nru 824/2000 hu mibdul b’dan li ġej:

"(d) meta t-toleranza hi maqbuża, iċ-ċereali għandhom jintiżnu minnufih. L-ispejjeż ta’ l-użin għandhom jinġarru mill-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen, meta l-piż determinat hu anqas minn dak reġistrat, jew mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, meta hu aktar, waqt li tiġi kkonsidrata t-toleranza msemmija fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 147/91."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 100, ta’ l-20.4.2000, p. 31.

[4] ĠU L 17, tat-23.1.1991, p. 9.

[5] ĠU L 70, tas-17.3.1992, p. 5.

--------------------------------------------------

Top