Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0317

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 317/2003 tad-19 ta’Frar 2003 li jissupplementa l-Anness tar-Regolament (KE) Numru 2301/97 dwar id-dħul ta’ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 2082/92 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għal prodotti ta’ l-agrikoltura u affarijiet ta’ l-ikel (Karjalanpiirakka)

ĠU L 46, 20.2.2003, p. 19–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/12/2008; Imħassar b' 32008R1204

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/317/oj

32003R0317



Official Journal L 046 , 20/02/2003 P. 0019 - 0019


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 317/2003

tad-19 ta’Frar 2003

li jissupplementa l-Anness tar-Regolament (KE) Numru 2301/97 dwar id-dħul ta’ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 2082/92 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għal prodotti ta’ l-agrikoltura u affarijiet ta’ l-ikel (Karjalanpiirakka)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar iċ-ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel [1], partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Numru 2082/92, il-Finlandja bagħtet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex l-isem "Karjalanpiirakka" jiddaħħal fir-Reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku.

(2) Id-deskrizzjoni "specjalità tradizzjonali garantita" tistaċ tintuża biss m’ismijiet imdaħħlin f’dak ir-Reġisrtu.

(3) L-ebda oġġezzjoni ma ntbagħtet lill-Kommissjoni skond l-Artikolu 8 ta’dak ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni ta’l-isem skond l-Anness ta’dan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [2].

(4) Minħabba dan, l-isem skond l-Anness għandhu jiddaħħal fir-Reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku u jiġi protett bħala specjalità tradizzjonali garantita fil-Komunità skond l-artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Numru 2082/92.

(5) L-Anness ta’dan jissuplementa l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 2301/97 [3], kif emendat bir-Regulament (KE) Numru 1285/2002 [4],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem fl-Anness ta’dan huwa hawnhekk miżjud ma’l-Anness tar-Regolament (KE) Numru 2301/97 u mdaħħal fir-reġistru ta’ ċertifikati ta’ karattru speċifiku skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament(KEE) Numru 2082/92.

Din għandha tiġi protetta skond l-Artikolu 13(2) ta’dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjail ta’l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 9.

[2] ĠU C 102, tas-27.4.2002, p. 14.

[3] ĠU L 319, tal-21.11.1997, p. 8.

[4] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 21.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Ħobż, prodotti tal-għaġina, ħelu, biskotti/bikuttelli u xogħolijiet oħra tal-furnara

- Karjalanpiirakka.

--------------------------------------------------

Top