Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0152

Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 152/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-miżuri kontra d-dumping imposti skond Regolament (EC) No 299/2001 dwar l-importazzjonijiet tal-potassju permangenat oriġinat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 25, 30.1.2003, p. 21–22 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/02/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/152/oj

32003R0152

Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 152/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-miżuri kontra d-dumping imposti skond Regolament (EC) No 299/2001 dwar l-importazzjonijiet tal-potassju permangenat oriġinat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0021 - 0022
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 32 - 33


Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 152/2003

tas-27 ta’ Jannar 2003

li jemenda l-miżuri kontra d-dumping imposti skond Regolament (EC) No 299/2001 dwar l-importazzjonijiet tal-potassju permangenat oriġinat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (Regolament bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) ta’ dan,

Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri fis-seħħ

(1) Fi Frar ta’ l-2001, il-Kunsill, skond Regolament (EC) No 299/2001 [2], impona dmirijiet definittivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ potassju permangenat oriġinat fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-PRC). Id-dmirijiet ħadu l-forma ta’ dmir speċifiku.

2. Inizjazzjoni

(2) Fit-13 ta’ Ġunju 2002, il-Kummissjoni ħabbret skond nota (Nota ta’ Inizjazzjoni) ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] l-inizjazzjoni ta’ arranġament parzjali ta’ reviżjoni tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ potassju permangenat oriġinat fil-PRC.

(3) Ir-reviżjoni kienet mibdija fuq inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex teżamina jekk humiex xierqa l-miżuri fis-seħħ. Il-miżura kurrenti, li hi, dmir fil-forma ta’ dmir speċifiku, ma jipprovdux għal sitwazzjonijiet fejn merkanzija importata ġiet bid-danni qabel daħlet f’ċirkulazzjoni ħielsa.

3. Investigazzjoni

(4) Il-Kummissjoni rrikkmandat uffiċjalment produtturi ta’ esportazzjoni, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma konċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentattivi tal-pajjiż ikkonċernat li jesporta u l-produtturi tal-Komunità dwar l-inizjazzjoni tal-proċeduri. Il-partijiet interessati ġew mogħtija l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa fil-kitba u biex jitolbu seduta skond iż-żmien limitat imfassal min-Nota ta’ Inizjazzjoni.

(5) Numru ta’ produtturi li jesportaw fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll produtturi tal-Komunità u importaturi/negozzjanti tal-Komunità għamlu l-fehmiet tagħom magħrufa fil-kitba. Il-partijiet kollha li talbu hekk skond iż-żmien limitat imfassal hawn fuq u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jiġu mismugħa ngħataw il-garanzija ta’ l-opportunità li jiġu mismugħa.

(6) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li ħasbet li hi neċessarja għall-iskop ta’ determinazzjoni tal-miżuri xierqa fis-seħħ.

B. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

(7) L-Artikolu 145 Tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jesiġi d-disposizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] jipprevedi, għad-determinazzjoni tal-Valuri tad-Dwana, tqassim tal-prezz imħallas jew li jista’ jitħallas f’sitwazzjonijiet fejn merkanzija kellha d-danni qabel daħlet f’ċirkulazzjoni ħielsa.

(8) Sabiex jiġi evitat li ammont eċċessiv ta’ dmir kontra d- dumping jiġi ntaxxat, id-dmir speċifiku għandu, f’każ ta’ merkanzija bid-danni, jiġi ridott skond il-persentaġġ li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz li kien imħallas jew li jista’ jitħallas.

(9) Il-produtturi tal-Komunità argumentaw li t-terminu "danni" hu vag u jista’ jkun soġġett għal interpretazzjoni wiesgħa li tista’ twassal għal prattiki ta’ tidwir fil-kliem jew ukoll jagħmel id-dmirijiet ta’ kontra d-dumping mhux effettivi. Sabiex jiġi evitat tidwir fil-kliem, ġie sottomess li kull meta l-awtoritajiet tad-dwana jikkonsidraw xi merkanzija bid-danni, it-tieni opinjoni esperta indipendenti għandha tiġi pprovduta fuq il-mistoqsija dwar jekk il-merkanzija hix bid-danni.

(10) Għandu jiġi nnutat li l-valutazzjoni tal-merkanzija, danni u mhux, hi mwettqa mill-awtoritajiet tad-dwana skond ir-regoli stabbiliti tajjeb mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità li ma jħallux l-possibbiltà ta’ interpretazzjoni wiesgħa li tista’ tagħmel id-dmir ta’ kontra d- dumping mhux effettiv. Fil-perspettiva ta’ dawn ir-regoli stabbiliti, m’hemmx bżonn ta’ proviżjonijiet speċifiċi li jkopru merkanzija bla ħsara għal miżuri ta’ kontra d-dumping. It-talba biex tiġi introdotta t-tieni opinjoni esperta obbligatorja,għalhekk, mhix milqugħa.

(11) Għalhekk huwa konkluż li fl-assenza ta’ argument issostanzjat mill-partijiet interessati, f’każijiet fejn il-merkanzija ġiet iddanneġjata qabel daħlet f’ċirkulazzjoni ħielsa u,għalhekk, il-prezz imħallas jew li jista’ jitħallas jikkorrispondi għad-determinazzjoi tal-Valuri tad-Dwana , id-dmir speċifiku se jiġi ridott skond persentaġġ li jikkorrispondi mat-tqassim tal-prezz imħallas jew li jista’ jitħallas,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"4. F’każijiet fejn il-merkanzija ġiet iddanneġjata qabel daħlet f’ċirkulazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-Prezz imħallas jew li jista’ jitħallas jikkorrispondi għad-determinazzjoni tal-Valuri tad-Dwana skond l-artikolu 145 tal-Kummissjoni Regolamenti (KEE) Nru 2454/93, l-ammont tad-dmir ta’ kontra d-dumping, hu kkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammonti stabbiliti hawn fuq, se jiġu ridotti skond il-persentaġġ li jikkorrispondi għat-tqassim tal-Prezz imħallas jew li jista’ jitħallas."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 Jannar 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] ĠU L 44, 15.02.01, p. 4.

[3] ĠU C 140, 13.06.02, p. 12.

[4] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 444/2002 (ĠU L 68, 12.03.02, p. 11).

--------------------------------------------------

Top