This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0043
Commission Regulation (EC) No 43/2003 of 23 December 2002 laying down detailed rules for applying Council Regulations (EC) No 1452/2001, (EC) No 1453/2001 and (EC) No 1454/2001 as regards aid for the local production of crop products in the outermost regions of the European Union
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 f’dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-produzzjoni lokali ta’ prodotti minn uċuħ tar-raba fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Unjoni Ewropea
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 f’dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-produzzjoni lokali ta’ prodotti minn uċuħ tar-raba fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Unjoni Ewropea
ĠU L 7, 11.1.2003, p. 25–57
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Imħassar b' 32006R0793
Official Journal L 007 , 11/01/2003 P. 0025 - 0057
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 f’dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-produzzjoni lokali ta’ prodotti minn uċuħ tar-raba fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ l-Unjoni Ewropea IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-Dipartimenti Barranija Franċiżi, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) [1], u partikolarment l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 18 tagħhom, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Ażores u l-Madeira u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [2], u partikolarment l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19, l-Artikolu 20(7), l-Artikolu 21(3), it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 27, l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 30(5) u l-Artikolu 31 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għad-Gżejjer Kanarji u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru, 1601/92 (Poseicam) [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1922/2004 [4], u partikolarment l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 2002 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1881/2002 [6], u partikolarment l-Artikolu 11(2)(a) u l-Artikolu 48 tiegħu, Billi: (1) Fl-interessi ta’ simplifikazzjoni leġislattiva, id-dispożizzjonijiet adottati bir-Regolamenti (KEE) Nru 980/92 [7], (KEE) Nru 2165/92 [8], (KEE) Nru 2311/92 [9], (KEE) Nru 3491/92 [10], (KEE) Nru 3518/92 [11], (KE) Nru 1524/98 [12], (KE) Nru 2477/2001 [13], (KE) Nru 396/2002 [14], (KE) Nru 738/2002 [15], (KE) Nru 1410/2002 [16] u (KE) Nru 1491/2002 [17] għandhom ikunu nkorporati f’dan ir-Regolament, dawk ir-Regolamenti għandhom ikunu mħassra u regoli dettaljati għandhom ikunu adottati fil-qasam ta’ l-għajnuna mogħtija lill-bdiewa tal-vinji wżati għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità psr, patata għal konsum uman, kannamieli taz-zokkor u qasab fil-Madeira u lill-koltivaturi tal-pitravi taż-żokkor, patata taż-żriegħ, ċikwejra u te fl-Ażores kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 1453/2001, lill-koltivaturi tal-patata għall-konsum uman permezz tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 u għall-għajnuna għall-marketing lokali ta’ banana prodotta fil-Guiana Franċiża u Réunion. Regoli dettaljati għall-għoti ta’ din l-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti sabiex jirrefflettu l-koltura distintiva u l-fatturi klimatiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda. (2) In vista tal-fatturi speċifiċi tal-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità psr, regoli speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti dwar l-għajnuna għal kull ettaru f’dak is-settur. (3) L-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 1453/2001 jipprovdi għall-għajnuna biex tkun mogħtija għall-produzzjoni sa 2000 tunnellati ta’ ananas friski kull sena. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti dwar l-applikazzjoni ta’ dik l-iskema ta’ għajnuna. (4) F’dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ vanilla ħadra u l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ żjut essenjali tal-ġeranjum u l-vetiver, dawn l-iskemi jistgħu jkun applikati b’sodisfazzjoni fi ħdan l-istrutturi eżistenti tas-suq jekk l-arranġamenti jkunu ntrodotti għall-approvvazzjoni tal-proċessaturi tal-vanilla mqadda jew ta’ l-estratti mill-vanilla u l-korpi lokali involuti fil-ġbir u l-marketing taż-żjut esenzjali, li jintrabtu partikolarment li jħallsu l-għajnuna bis-sħiħ lill-produtturi benefiċjarji u jilħqu l-ħtiġiet tal-kontroll. Il-kwanitajiet stabbiliti fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 huma l-limiti massimi li, skond l-estimi kkomunikati lill-awtoritajiet Franċiżi, ma humiex mistennija li jintlaħqu f’termini transitorju. (5) L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 jipprovdi għal għajnuna għat-trasport tal-kannamieli (qasab) mill-għelieqi fejn ikunu maħsuda lejn ċentri tar-riċeviment. L-għajnuna għandha tkun iddetterminata fuq il-bażi tad-distanza u kriterja objettiva oħra li tirrigwardja t-trasport u ma tistgħax teċċedi in-nofs tal-ispejjeż tat-trasport għal kull tunnellata iffisata fuq il-bażi ta’ rata-dritta mit-tetoritajiet Franċiżi f’kull dipartiment. L-għajnuna għandha tkun applikata għall-kannamieli intiż għall-ipproċesar kemm f’zokkor u wkoll f’rum. (6) L-ispejjeż tat-trasport ivarjaw konsiderevolment fid-dipartimenti barranija Franċiżi. L-ammonti massimi ta’ għajnuna fuq rata dritt għandhom għalhekk ikunu ffissati sabiex ikunu konformi ma l-ammont medju ta’ għajnuna għal kull dipartiment u li ma jkunx jeċċedi nofs l-ispejjeż tat-trasport kull tunnellata sa ammonti massimi stabbiliti fuq il-bażi ta’ rata dritta. L-awtoritajiet Franċiżi għandhom jiddetterminaw l-ammonti ta’ l-unitajiet mogħtija lill-prodoutturi fid-dawl ta’ kriterja objettiva stabbilita minnhom. Ammonti bħal dawn jistgħu jvarjaw partikolarment skond it-tunnellaġġ li għandu jkun ittrasportat. (7) Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu sostnuti bl-evidenza tat-trasport. Meqjusa l-fatturi speċifiċ tal-iskema, Franza għandha tkun imħollija li tadotta l-miżuru addizzjonali kollha meħtieġa għall-iskopijiet biex tkun tista tapplikhom. (8) Permezz ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-ewwel nett lista għandha tkun imħejjija tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna, fil-limiti tal-kwantitajiet annwali stabbiliti għal kull kategorija u skond l-iskop tal-iżvilupp tal-produzzjoni u l-ipproċessar lokali, u l-ammonti ta’ għajnuna stabbiliti, u t-tieni nett, regoli speċjali dettaljati għandhom ikunu adottati ħalli jassiguraw li s-sistema tkun issorveljata u li l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna jkunu milħuqa, partikolarment f’dak li jirrigwardja l-kuntratti u l-prezz minimu ggarantit għall-produtturi. Għal dan l-iskop ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tas-sistema ta’ l-għajnuna fuq il-produzzjoni għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [18], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1426/2002 [19], għandhom ikunu nkorportati f’dan ir-Regolament. (9) L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 u l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1453/201 jipprovdi għall-għajnuna Komunitarja li tkun mogħtija għall-ipproċċesar dirett tal-kannamieli taz-zokkor prodott fid-dipartiment barranija Franċiżi u l-Madeira f’xiropp taz-zokkor, xiropp tas-sukrożju jew rum agrikolu. (10) Din l-għajnuna hija mħallsa bil-kundizzjoni li l-produtturi tal-kannamieli taz-zokkor ikunu mħallsa prezz minimu, sa massimu ta’ kwanitajiet annwali stabbiliti fl-Artikoli msemmija hawn fuq. L-għajnuna hija kkalkolata hekk li r-rellattività bejn iż-żewġ ammonti ta’ għajnuna tieħu akkont tal-kwantitajiet tal-materja prima wżata. Fl-interessi taċ-ċarezza l-ammonti għar-rum għandhom ikunu espresi bħala alkoħol pur. (11) Prezz minimu għandu jkun stabbilit għall-kannamieli taz-zokkor intiż għall-manifattura tax-xiropp taz-zokkor jew rum li għandu jqis il-konsultazzjonijiet miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti mal-produtturi tal-kannamieli taz-zokor u n-negozji li jipproċesaw il-kannamieli f’xiropp jew rum. (12) L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 jipprovdi għall-għajnuna sabiex tkun moghtija għax-xiri ta’ masti kkonċentrati rettifikati u alkoħol ta’ l-inbid għall-preprazzjoni tal-linbid likuri Madeira. Il-volum massimu tal-prodotti ta’ hawn fuq li għandu jkun miġjub fil-Madeira għandu jkun stabbilit billi jkunu meqjusa l-metodi tradizzjonali wżati għall-produzzjoni tal-inbid Madeira. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun stabbilit billi jkunu meqjusa l-ispejjeż tal-forniment lejn il-Madeira li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeografika tagħha u l-prezz tal-prodotti fil-Komunità u fis-suq dinji. L-esperjenza wriet li l-għajnuna ta’ EUR 12,08/ettolitru hija suffiċċjenti bħala kumpensa ta’ dawn l-ispejjeż addizzjonali. (13) Permezz ta’ l-Artikoli 20 u 31 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għajnuna tista tkun mogħtija għall-maturazzjoni tal-inbejjed likuri Madeira u l-inbid verdelho ta’ l-Ażores. Ir-regoli dettaljati għall-għoti ta’ dik l-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti billi jkunu meqjusa l-fatturi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati. (14) L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 jipprovdu għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-marketing tal-prodott referut f’dawk l-Artikoli fis-swieq lokali ta’ dawk ir-reġjunu mbiegħda. L-għajnuna għandha tkun stabbilita fuq il-bażi ta’ rata dritta fid-dawl tal-valur medju ta’ kull prodott li għandu jkun iddeterminat, fi ħdan il-limiti ta’ kwamtitajiet annwali stabbiliti għall-kull kategorija ta’ prodott. Sabiex din id-dispożizzjoni tista tkun implementata, lista għandha tkun imħejjija tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna ibbażata fuq il-ħtiġiet tal-forniment tas-swieq reġjonali, il-kategoriji tal-prodott għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-valur medju tal-prodotti koperti, l-kwantità massima għandha tkun stabbilita għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti għall-għoti ta’ l-għajnuna. (15) Regoli speċifiċi għandhom ikunu stabbiliti għall-monitoraġġ tal-kwantitajiet stabbiliti u sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-għoti ta’ l-għajnuna jkunu miħuqa. Għal dak il-għan, l-iskema ta’ marketing lokali tista tkun amministrata b’sodisfazzjoni jekk arranġamenti jkunu ntrodotti għall-approvazzjoni ta’ l-operaturi fis-setturi tad-distribuzzjoni u l-forniment ta’ l-ikel, faċilitajiet ta’ l-awtorità lokali u l-proċessaturi ta’ l-ikel li jintrabtu li jilħqu ċerti ħtiġiet. (16) Permezz ta’ l-Artikoli 20 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, għajnuna tista tkun mogħtija għall-konsenji tal-inbejjed Madeira u l-marketing tiegħu fis-suq tal-Komunità. Il-perijodu transizzjonali li matulu l-għajnuna għandha tkun mogħtija għandu jkun stabbilit u r-regoli dettaljati għall-għoti tagħha għandhom ikunu stabbiliti. In vista ta’ l-objettivi tal-iskema, l-għajnuna għandha tkun moghtija għal-perijodu twil biż-żejjed sabiex jippermetti negozju kummerċjali u l-prodizzjoni li jkunu kkonsolidati. (17) Għall-iskopijiet ta’ l-għoti ta’ ammonti differenti ta’ għajnuna, distinzjoni għandha ssir bejn l-organizzazzjoni tal-produtturi referuta fir-Regolament (KE) Nru 220/96 u l-produtturi l-oħrajn. (18) F’dak li jirrigwardja l-għajnuna għal merketing lejn il-kumplament tal-Komunità permezz ta’ kuntratti annwali kif referuti fl-Artikoli 5 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1453/201 u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, huwa meħtieġ li tkun definita n-natura tal-kuntratt annwali u li jkun speċifikat il-bażi li għandu jkun użat għall-kalkolazzjoni ta’ l-ammont ta’ għajnuna, stabbilit fi 10 % tal-valur tal-produzzjoni marketed, liberu fid-destinazzjoni, u 13 % meta l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 ikunu applikati, rispettivament. Fl-aħħar nett, arranġamenti għandhom isiru għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna meta l-limiti jkunu misbuqa. (19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/97 tat-3 ta’ Marzu 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 220/96 f’dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi [20], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1120/2001 [21], jistabbilixxi n-numru minimu ta’ produtturi u l-volum minimu ta’ produzzjoni tajba għas-suq meħtieġa għall-ħolqien ta’ organizzazzjoni tal-produtturi. Fil-każ ta’ Franza, l-ebda distinzjonijiet ma hemm provvediment dwarhom sabies titqies il-kondizzjoni tal-produzzjoni speċifika fid-dipartiment mbiegħda Franċiżi. Distinzjoni bħal din għandha b’dana kollu tkun magħmulha hekk li s-sitwazzjonijiet differenti tal-produzzjoni jistgħu jitqiesu kif xieraq. Għal dak il-għan, it-tabella fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 412/97 għandha tkun emendata sabiex tinkludi d-dipartiment mbiegħda Franċiżi fil-kategorija ta’ reġjun u li dwarhom il-kondizzjonijiet speċifiċi huma stabbiliti. (20) Id-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawn il-miżuri fil-qofol kollu tagħhom, speċjalment dawk li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, n-notifika, l-monitoraġġ u l-konsegwenzi ta’ pagamenti mhux mistħoqqa, għandhom ikunu stabbiliti f’titolu separat. (21) Il-koperta ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna u d-dokumenti li għandhom ikunu mhemuża in vista ta’ l-assesjar tal-ġustifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu speċifikati għal kull skema ta’ għajnuna. (22) Meta applikazzjonijiet għal-għajnuna jkun fihom żbalji ovvji, dawn għandhom ikunu aġġustati fi kwalunkwe żmien. (23) Il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni u l-emendi ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu mwettqa hekk li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jipprogramizzaw u sussegwentament iwettqu verifiki effettivi dwar il-korrettezza ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Il-limiti ta’ żmien għandhom għalhekk ikunu stabbiliti hekk li lill hinn minnhom preżentazzjonijiet tard ma jkunux jistgħu aktar jiġu aċċettati. B’dana kollu, tnaqqis għandu jkun applikat sabiex jinkoraġixxi lill-koltivaturi li jirrispettaw il-limiti ta’ żmien. (24) Il-koltivaturi għandhom ikunu mħollija li jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna jew partijiet minnha fi kwalunkwe żmien basta li l-awtorità kompetenti tkun għadha ma informatx lill-koltivatur b’xi żbalji fl-applikazzjoni għall-għajnuna jew verifiki fuq il-post imħabbra li jiżvelaw żbalji mill-parti kkonċernata tal-irtirar. (25) Konformità mar-regoli dwar l-iskemi ta’ l-għajnuna amministrati permezz ta’ amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll għandhom effettivament ikunu ssorveljati. Għal dan il-għan, u sabiex ikun milħuq livell armonizzat fl-Istati Membri kollha, il-kriterja u l-proċedura teknika għat-twettieq tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post għandhom ikunu stabbiliti fid-dettall. Meta xieraq, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz ħalli jgħaqqdu il-verifiki varji permezz ta’ dan ir-Regolament ma dawk li hemm provvediment dwarhom permezz ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunità. (26) Il-numru minimu ta’ koltivaturi li jkollhom verifiki fuq il-post permezz tal-varji skemi ta’ għajnuna għandu jkun iddeterminat. (27) Il-kampjun għar-rata minima ta’ verifiki fuq il-post għandu jkun meħud parzjalment fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju u parzjalment mingħajr ordni partikolari. Il-fatturi ewlenija li għandhom ikunu meqjusa għall-analiżi tar-riskju għandhom ikunu speċifikati. (28) Meta rregolaritajiet sinifikanti jkunu misjuba, il-livell tal-verifiki fuq il-post għandu jkun miżjud matul is-sena kurrenti u segwenti sabiex ikun akwistat livell aċċettabbli għall-assigurazzjoni li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna konċernati jkunu korretti. (29) Għall-verifiki fuq il-post sabiex ikunu effettivi, huwa mportanti li l-ispetturi jkunu nformati bir-raġunijiet il-għala l-koltivaturi kkoncernati jkunu ġew magħżula għall-verifiki fuq il-post. L-Istati Membri għandhom iżommu rekords ta’ informazzjoni bħal din. (30) Sabiex ikunu ffaċilitati l-awtoritajiet nazzjonali u xi awtorità kompetenti tal-Komunità li jsegwu l-verifiki fuq il-post sabiex ikunu mwettqa, dettalji tal-verifiki għandhom ikunu rreġistrati fir-rapport tal-ispezzjoni. IL-koltivaturi jew ir-rapreżentanti tagħhom għandhom ikollhom l-opportunità li jiffermaw ir-rapport. B’dana kollu, fil-każ ta’ verifiki b’remote-sensing, l-Istati Membri għandhom ikunu mħollija li jipprovdu għal dan id-dritt biss f’dawk il-każi meta l-verifika tirrevela irregolaritajiet. Aktar minn hekk, irrispettivament mit-tip tal-verifiki fuq il-post imwettqa, il-koltivatur għandu jirċievi kopja tar-rapport jekk irregolaritajiet ikunu misjuba. (31) Sabiex ikunu protetti effettivament l-interessi finanzjarji tal-Komunità, mizuri adekwati għandhom ikunu adottati għall-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u l-frodi. (32) Tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu ddeterminati billi jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-problemi speċjali li joriġinaw f’każi ta’ force majeure, ċirkostanzi eċċezzjonali u disastri naturali. Tnaqqis u esklużjonijiet bħal dawn għandhom ikunu fi gradi skond il-gravità ta’ l-irregolatitmwettqa u għandhom jaslu sa l-esklużjoni totali minn waħda jew diversi skemi ta’ l-għajnuna għal perijodu speċifiku. (33) Bħala regola ġenerali, it-tnaqqis u l-esklużjoni m’għandhomx ikunu applikati meta l-koltivaturi jkunu ppreżentaw informazzjoni fattwali u korretta jew inkella jkunu jistgħu juru li huma m’għandhomx tort. (34) Il-koltivaturi li jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fi kwalunkwe waqt ta’ l-applikazzjonijiet mhux korretti għall-għajnuna m’għandhomx ikunu suġġetti għal tnaqqis jew esklużjonijiet irrispettivament mir-raġuni ta’ l-inkorrettezza, basta li l-koltivatur ikkonċernat ma jkunx ġie nfurmat bl-intenzjoni ta’ l-awtorità kompetenti li tkun sejra twettaq verifika fuq il-post u basta li l-awtorità ma tkunx diġa informat lill-koltivatur b’xi irregolarità fl-applikazzjoni. L-istess għandu jkun japplika rigward dettalji mhux korretti li jkunu jinsabu fid-database komputerizzata. (35) Meta diversi tnaqqis għandu jkun applikat għall-istess koltivatur, dawn għandhom ikunu applikati independentament minn waħda għall-oħra u individwalment. Aktar minn hekk, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati mingħajr preġudizju għal penali addizzjonali permezz ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-Komunoità jew tal-liġi nazzjonali. (36) L-amministrazzjoni ta’ l-ammonti żgħar hija dover skabruż għal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Huma għandhom għalhekk ikunu awtorizzati li ma jħallsux ammonti ta’ għajnuna li huma anqas minn ċertu limiti minumu u li ma jitolbux il-pagament lura ta’ xi ammonti mħallsa bi żball meta s-somom involuti jkunu negliġibbli. (37) Il-koltivaturi li ma jkunux jistgħu jwettqu l-obligazzjonijiet li hemm provvdiment dwarhom permezz tar-regoli settorjali bħala konsegwenza ta’ force majeur jew ċirkostanzi eċċezzjonali m’għandhomx jitilfuq l-intitolament tagħhom għall-għajnuna. Għandu jkun speċifikat liema każi, partikolarment, jistgħu jkunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti bħala każi ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali. (38) Sabiex tkun assigurata applikazzjoni uniformi tal-prinċipji ta’ rieda tajba matul il-Komunità, meta ammonti mħallsa mhux kif xieraq jkunu rkuprati, il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-prinċipji jistgħu jkunu nvokati għandhom ikunu stabbiliti mingħajr preġudizzju għat-trattament tan-nefqa kkonċernata fil-kuntest tar-rilaxx tal-kontijiet permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-istrateġija agrikola komuni [22]. (39) Bħala regola ġenerali, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri oħrajn meħtieġa ħalli jassiguraw li dan ir-Regolament ikun implementat kif xieraq. (40) Meta xieraq, il-Kummissjoni għandha tkun informata b’xi miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jimplementaw l-iskemi ta’ l-għajnuna li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista tissorvelja effettivament, l-Istati Membri għandhom regolarement jingħatulha ċerti statistika dwar l-iskemi ta’ l-għajnuna. (41) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna għal żona ġdida introdotti mill-Kunsill għal ċerti setturi, l-iskemi ta’ l-għajnuna referuti fl-Artikolu 1(b), (c), (f) u (g) u l-għajnuna għall-marketing lokali ta’ banana apparti milli x-xerbitelli prodotti fil-Guiana Franċiż u Réunion għandhom ikunu japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2002. (42) Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu iwettqu l-imġieba tal-kuntratti annwali li huma jkunu diġa kkonkludew, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-perijodu jew is-snin tas-suq m’għandhomx ikunu applikati għal kuntratti kurrenti. (43) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, l-Frott Frisk u l-Ħxejjex, Frott u Ħxejjex Ipproċesati, Inbid, Ħopp, Pjanti Ħajjin u Zokkor. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: It-TITOLU I GĦAJNUNA TAŻ-ŻONA Il-KAPITOLU I Arranġementi ġenerali Artikolu 1 Skop Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar tal-iskemi ta’ għajnuna kif ġejjin: (a) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni ta’ patata għall-konsum uman kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (b) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni ta’ kannamieli taz-zokkor kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (ċ) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni tal-qasab kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (d) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni tal-pitravi taz-zokkor kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (e) għajnuna għal kull ettaru għall-koltivazzjoni ta’ patata taż-żriegħ kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (f) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni ta’ ċikwejra kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (g) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni tat-te kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (h) għajnuna taż-żona għall-koltivazzjoni ta’ patata għall-konsum uman kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001; Artikolu 2 Intitolament għall-għajnuna 1. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 1 għandha tkun imħallsa ta’ kull sena kalendarja għaż-żoni li: (a) jkunu ġew imħawwla u li dwarhom ix-xogħol tal-koltivazzjoni normali jkun twettaq, (b) li dwarhom applikazzjoni għall-għajnuna tkun ġiet ippreżentata skond l-Artikolu 54. B’żieda ma dan, l-għajnuna referuta fl-Artikolu 1(d): - qabel il-ħsad, il-produtturi tal-pitravi taz-zokkor għandhom jgħamlu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rigward iż-żoni mħawwla, - iż-żoni eliġibbli għal-għajnuna għandhom mill-anqas ikunu ta’ 0,3 ettari kull produttur, - il-produzzjoni tal-pitravi kull ettaru ma tistgħax tkun anqas minn 25 tunnellata. - il-pitravi għandhom ikunu mwassla għall-ipproċessar qabel ma l-għajnuna tkun imħallsa, - il-proċessaturi għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-kwantità ta’ pitravi mwassla minn kull produttur. 2. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 1(h) tista tkun imħallsa darbtejn fis-sena għal żewgt iħsad fuq l-istess art. Artikolu 3 Tnaqqis 1. Meta ż-żona koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna teċċedi l-massimu stabbit għaż-żona, l-għajnuna għandha tkun mogħtija lill-produtturi applikanti fi proporzjon taż-żoni mistqarra fl-applikazzjonijiet tagħhom. Sabiex tkun ivverifikata li ż-żona massima referuta fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 tkun ġiet imwettqa meta l-għajnuna tal-koltivazzjoni tkun moghtija darbtejn f’kull sena partikolari għall-istess żona, dik iż-żona għandha tkun immoltiplikata bi tnejn. 2. Iż-żoni miżruha kemm għal uċuħ perenni u staġjonali fl-istess waqt jistgħu jikkwalifikaw għall-għajnuna referuta fl-Artikolu 1 basta li l-uċuħ staġjonali jistgħu jkun kkoltivati f’kondizzjonijiet komparabbli ma dawk taż-żoni dedikati għal uċuħ perenni. Għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni ta’ żona eliġibbli għal-għajnuna, dik iż-żona biss wżata għal wiċċ staġjonali għandha tkun meqjusa. Il-KAPITOLU II Inbejjed ta’ kwalità psr tal-Madeira, l-Ażores u l-Gżejjer Kanarji Artikolu 4 Intitolament għall-għajnuna 1. L-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001u fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 għandha tkun mogħtija biss lil dawk iż-żoni li: - jkunu ġew kompletament ikkoltivati u maħsuda u fuqhom ix-xogħol kollu normali tal-koltivazzjoni jkun twettaq, u - il-prodott li minnhom ikun kopert bid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001 [23]. 2. Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tal-produtturi li lilhom l-għajnuna għandha tkun imħallsa: - - perijodu transizzjonali referut fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 għal pagament lejn produtturi individwali għandu jeskadi fil-31 ta’ Lulju 2007. - - organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu dawk referuti fl-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [24]. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-kriterja li gruppi ta’ produtturi għandhom jilħqu sabiex jikkwalifikaw għall-għajnuna u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan. Artikolu 5 Applikazzjonijiet għall-għajnuna 1. Applikazzjoni għal-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati mill-persuna kkonċernata lejn l-awtorità kompetenti matul il-perijodu iddeterminat minn din ta’ l-aħħar u mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ kull sena għas-sena segwenti tal-inbid. 2. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikun fihom mill-anqas dan li ġej: (a) il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-koltivatur tad-dwieli, jew tal-grupp jew l-oganizzazzjonijiet tal-koltivaturi tad-dwieli; (b) iż-żoni kkultivati għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità psr, f’ettari u ari mar-reġistru ta’ l-art b’referenza għal dawk iż-żoni jew informazzjoni li tkun meqjusa bħala ekwivalenti mill-korp responsabli għall-verifika taż-żoni; (ċ) il-varjetà ta’ l-għeneb użata; (d) kalkolazzjoni tal-produzzjoni li tista tkun maħsuda. Artikolu 6 Pagament ta’ l-għajnuna Wara li jkun stabbilit il-ħsad attwali u l-ġbir għaż-żoni kkonċernati, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-għajnuna sa l-1 ta’ April tas-sena ta’ l-inbid li dwarha l-għajnuna tkun moghtija. It-TITOLU II GĦAJNUNA TAL-PRODUZZJONI Il-KAPITOLU I Ananas Artikolu 7 Skop Dan il-kaptolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ l-għajnuna tal-prodizzjoni għal-ananas li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 27 tar-Regolamemnt (KEE) Nru 1453/2001. Artikolu 8 Dikjarazzjoni bil-quddiem Il-produtturi li jixtiequ li jibbenefikaw mill-iskema ta’ l-għajnun tal-produzzjoni għall-ananas referuta fl-Artikolu 7 għandhom jagħmlu dikjarazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti innominati mill-Portugall qabel id-data li għandha tkun iddeterminata minn dik l-awtorità. Id-data għandha tippermetti ż-żmien meħtieġ għal verifiki fuq il-post. Id-dikjarazzjonijiet għandhom ikun fihom mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: - ir-referenzi u ż-żoni jew l-oqsma, f’ettari u ari, identifikati bi qbil ma l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [25], li fuqhom l-ananas għandhom ikunu mkabbra, u - kalkolazzjoni tal-kwantijiet li għandhom ikunu prodotti. Artikolu 9 Applikazzjonijiet għall-għajnuna Il-produtturi għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna matul ix-xhur kif ġej: - Jannar għall produzzjoni maħsuda minn Lulju sa Diċembru tas-sena preċedenti, - Lulju għall produzzjoni maħsuda minn Jannar sa Ġunju tas-sena kurrenti. Artikolu 10 Pagament ta’ l-għajnuna L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-kwantitajiet annwali li dwarhom l-għajnuna tkun mogħtija ma jkunux jeċċedu l-volum stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001. Il-KAPITOLU II Vanilla u żjut esenzjali Artikolu 11 Skop Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar ta’ l-iskemi ta’ għajnuna kif ġejjin: (a) l-għajnuna għall-produzzjoni għal vanilla ħadra li tidħol fil-kodiċi NM ex09050000 intiża għall-produzzjoni ta’ vanilla (sewda) mqadda jew estratti tal-vanilla kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 12(2) tar-Regolment (KE) Nru 1452/2001; (b) l-għajnuna għall-produzzjoni għal żjut essenzjali tal-ġeranjum u l-vetiver li jidħlu fil-kodiċi NM 330121 u 330126 kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001. Artikolu 12 Proċeduri u karatteristiċi tekniċi L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-proċeduri tal-manifattura u jiddeffinixxu l-karatteristiċi tekniċi tal-vanilla ħadra u ż-żjut essenzjali tal-ġeranjum u l-vetiver li jikkwalifikaw għall-għajnuna. Artikolu 13 Il-proċessaturi u l-korpi tal-ġbir lokali u tal-marketing 1. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 11(a) għandha tkun imħallsa lill-produtturi permezz tal-proċessaturi approvati mill-awtoritajiet kompetenti. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 11(b) għandha tkun imħallsa lill-produtturi permezz tal-ġbir lokali u l-korpi tal-marketing approvati mill-awtoritajiet kompetenti. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħatu l-approvazzjoni lill-proċessaturi u lill-korpi kif referuti fil-paragrafu 1 stabbiliti fir-reġjun tal-produzzjoni u li jkollhom impjant u tagħmir adattat għall-preparazzjoni ta’ vanilla sewda (mqadda) jew estratti tal-vanilla, jew għall-ġbir u l-marketing ta’ żjut essenzjali, li jwettqu l-obligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14. Artikolu 14 L-obligazzjonijiet tal-proċessaturi u tal-korpi tal-ġbir lokali u tal-marketing Il-proċessaturi approvati u l-korpi tal-ġbir u l-marketing għandhom jintrabtu, partikolarment: - li jħallsu lill-produtturi l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna referuta fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 permezz tal-kuntratti tal-fornimenti mhux aktar tard minn xhar wieħed mid-data tal-pagament ta’ l-għajnuna mill-awtorità kompetenti, - li jżommu kontijiet separati għat-tranżazzjonijiet konnesi ma l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, - li jippermettu kwalunkwe verifika jew spezzjonijiet meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti u li jinnotifikaw l-informazzjoni kollha li tirrigwardja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 15 Koeffiċjent tat-tnaqqis Meta l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna jeċċedu l-kwantitajiet annwali permissibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu koeffiċjent tat-tnaqqis li għandu jkun applikat fuq l-applikazzjonijiet kollha. Artikolu 16 Pagament ta’ l-għajnuna L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jgħamlu l-pagamenti għall-għajnuna kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ noti tal-forniment iffermati flimkien mill-produttur u wkoll mill-proċessaturi jew il-korpi tal-ġbir u l-marketing approvati, skond ma jkun il-każ. Il-KAPITOLU III It-trasport tal-kannamieli taz-zokkor fid-dipartimeni mbiegħda Franċiżi Artikolu 17 1. Għajnuna kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 għat-trasport tal-kannamieli taz-zokkor mit-tarf ta’ l-għalqa ta’ fejn ikun maħsud lejn iċ-ċentri tar-riċeviment għandha tkun imħallsa skond it-termini stabbiliti f’dan il-kapitolu lejn il-produtturi li jfornu l-kannamieli tagħhom direttament lejn iċ-ċentri tar-riċeviment. 2. Biex ikun eliġġibbli għall-għajnuna tat-trasport, il-kannamieli għandu jkun intiż għall produzzjoni f’zokkor jew f’rum. 3. L-għajnuna għandha tkun imħallsa għat-trasport tal-kannamieli li jkun ta’ kwalità tajba u ġusta għall-kummerċ. 4. "Iċ-ċentru tar-riċeviment" ifisser iċ-ċentru ta’ fejn iseħħ l-użin jew il-fabbrika nnifisha, meta l-konsenja hija diretta lejn din ta’ l-aħħar, seww jekk tkun raffinerija taz-zokkor jew distillerija. Artikolu 18 1. L-ispiża tat-trasport għall-produtturi għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi tad-distanza bejn it-tarf ta’ l-għalqa u ċ-ċentru tar-riċeviment u l-kriterja oġġettiva oħra, inklużi l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess fil-għalqa u l-eżistenza ta’ ntoppi naturali. 2. Mingħajr preġudizzju għall-pragrafu 3, l-unità ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna stabbilita għall-produtturi m’għandhiex teċċedi: (a) nofs l-ispiża tat-trasport kull tunnellata stabbilita fuq il-bażi ta’ rata dritta b’konformità mal-paragrafu 1; (b) l-ammonti massimi ta’ hawn taħt għal kull dipartiment: - EUR 5,49/tunnellata għal Réunion, - EUR 5,34/tunnellata għal Guadeloupe, - EUR 3,96/tunnellata għal Martinique, - EUR 3,81/tunnellata għal Guiana Franċiża. 3. L-għajnuna għat-trasport tal-kannamieli għandha tkun iddeterminata mill-awtoritajiet Franċiżi bi qbil ma l-unità medja ta’ l-ammont li ġej għal kull dipartiment, jiddependi mill-kwantitajiet involuti: - EUR 3,2/tunnellata għal Réunion, - EUR 2,5/tunnellata għal Guadeloupe, - EUR 2,0/tunnellata għal Martinique, - EUR 2,0/tunnellata għal Guiana Franċiża. It-TITOLU III GĦAJNUNA GĦALL-IPPROĊĊESSAR Il-KAPITOLU I Frott u Ħxejjex Artikolu 19 Skop L-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 għandha tkun imħallsa lil-proċessaturi approvati minn Franza permezz tat-termini stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Artikolu 20 Intitolament għall-għajnuna 1. L-għajnuna għandha tkun imħallsa għall-iproċessar tal-frott u l-ħxejjex, maħsuda fid-dipartiment barranija Franċiżi, elenkati fil-kolonna II tal-parti A ta’ l-Anness I li dwarhom il-proċessaturi jkunu ħalsu prezz mill-anqas egwali għall-prezz minimu permezz tal-kuntratti tal-ipproċessar li jkopru l-manifattura ta’ wieħed mill-prodotti elenkati fil-parti B ta’ l-Anness I. 2. L-għajnuna għandha titħallas sal-kwantitajiet annwali stabbiliti fil-kolonna III tal-parti A ta’ l-Anness I għal kull wieħed mill-prodotti tal-kategoriji A, B u C. 3. L-ammonti ta’ l-għajnina applikabli għal kull kategorija tal-prodott għandhom ikunu kif stabbiliti fil-kolonna IV tal-parti A ta’ l-Anness I. Artikolu 21 L-approvazzjoni tal-proċessaturi 1. Il-proċessaturi li jixtiequ li jikkwalifikaw għall-għajnuna għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-approvazzjoni lejn l-uffiċċju nnominat mill-awtoritajiet kompetenti, sad-data li għandha tkun stabbilita minn dawk l-awtoritajiet, jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa minn Franza għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-iskema ta’ l-għajnuna. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-approvazzjoni, ma l-applikazzjoni, lill-proċessaturi jew lill-assoċċjazzjonijiet legalment kostitwiti jew lill-gruppi ta’ proċessaturi li, partikolarment: (a) jippossjiedu t-tgħamir adattat għall-ipproċessar tal-frott u l-ħxejjex; u (b) impenn bil-miktub: - li jżommu kontijiet separati li jirrigwardjaw l-imġieba tal-kuntratti referuti fl-Artikolu 22, u - li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq it-talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, bid-dokumentazzjoni kollha ta’ sostenn li tirrigwardja l-imġieba tal-kuntratti u t-twettiq ta’ l-impenji involuti permezz ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 22 Kuntratti tal-ipproċesar 1. Il-kuntratti referuti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, minn hawn il-quddiem imsejjħa "kuntratti tal-ipproċessar", għandhom ikunu konklużi bil-kitba qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq. Dawn għandhom jieħdu waħda minn dawn l-għamliet li ġejjin: (a) kuntratt bejn produttur individawli jew l-organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, minn naħa l-waħda, u l-proċessatur jew l-assoċċjazzjoni jew grupp ta’ proċessaturi approvati mill-awtoritajiet nazzjonali, minn naħa l-oħra. (b) impenn li jitwasslu l-fornimenti, meta l-organizzazzjoni tal-produtturi referuta fi (a) taġixxi bħala l-proċessatur. 2. Il-kuntratti għandhom ikopru sena kalendarja u l-istess żewġ partijiet kontraenti ma jistgħux jikkonkludu aktar minn kuntratt wieħed bejniethom. 3. Il-kuntratti tal-ipproċessar għandhom jispeċifikaw, partikolarment: (a) l-ismijiet tan-negozju tal-partijiet għal-kuntratt; (b) deskrizzjoni preċiża tal-prodott(i) koperti bil-kuntratt; (ċ) il-kwantitajiet ta’ materja prima li għandhom ikunu fornuti; (d) it-tabella taż-żmien għat-twassil għand il-proċessatur. (e) il-prezz li għandu jkun imħallas għall-materja prima, esklużi spejjeż partikolari konnessi mal-ippakkjar, it-trasport u l-pagament ta’ imposti fiskali, li għandhom, meta applikabli, jkunu indikati separatament. Il-prezz m’għandux ikun anqas mill-prezz minimu referut fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2002; (f) il-prodotti finali li għandhom ikunu prodotti. 4. Skond it-termini stabbiliti għal kull prodott mill-awtoritajiet kompetenti, il-partijiet kontraenti jistghu jiddeċiedu, permezz ta’ emenda bil-miktub, li jżidu l-kwantitajiet oriġinalment stipulati fil-kuntratt b’mhux aktar minn 30 %. 5. Meta organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jaġixxu wkoll bħala preċessaturi, il-kuntratti tal-ipproċessar li jkopru l-produzzjoni tagħhom għandhom ikunu meqjusa bħalli li kienu konklużi wara li l-partikolaritajiet li ġejjin ikunu twasslu għand l-awtorità kompetenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 6: (a) iż-żona totali li fuqha l-materja prima tkun imkabbra, flimkien man-numru ta’ referenza tar-reġistru ta’ l-art jew referenza rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-korp tal-ispezzjoni; (b) estimi tal-ħsad totali; (ċ) il-kwanità ntiża għall-ipproċessar; (d) it-tbassir tal-iskeda tal-ipproċċessar. 6. Il-proċessatur jew l-assoċċjazzjoni tal-proċessaturi għandhom iwasslu kopja ta’ kull kuntratt tal-ipproċessar u xi emendi għalihom għand l-awtoritajiet kompetenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit minn dawk l-awtoritajiet. Artikolu 23 Il-pagament tal-prezz minimu 1. Mingħajr preġudizzju għal dawn il-każi koperti bl-Artikolu 22(1)(b), il-proċessaturi għandhom iħallsu l-prezz tal-materja prima lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-produttur individwali esklussivament b’ordni tat-trasferiment tal-bank jew ta’ l-uffiċju postali. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iħallsu lill-produtturi l-ammont sħiħ referut fl-ewwel subparagrafu fi żmien 15 il-jum tax-xogħol mill-wasla tal-flus, permezz ta’ ordni ta’ trasferiment tal-bank jew ta’ l-uffiċju postali. Fil-każi referuti fl-Artikolu 22(1)(b), il-pagament jista jsir bil-ftuh ta’ kreditu. Franza għandha tadotta l-miżuri meħtieġa ħalli tivverifika konformità ma dan il-paragrafu u għandha tipprovdi partikolarment għal penali biex ikunu mposti fuq l-amministraturi tal-organizzazzjoni tal-produtturi skond is-serjeta ta’ xi nuqqas tal-konformità. 2. Franza tista tadotta dispożizzjonijiet addizzjonali li jirrigwardjaw il-kuntratti tal-ipproċessar, li jkopru partikolarment il-limiti taż-żmien, it-termini u l-metodi tal-pagament tal-prezz minimu u d-danni pagabbli mill-proċessaturi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-produtturi meta dawn ma jwettqux l-obligazzjonijiet tagħhom permezz tal-kuntratti. Artikolu 24 Il-kwalità tal-prodotti Mingħajr preġudizzju għal xi kriterja minima tal-kwalità stabbilita jew inkella li għandha tkun stabbilita b’konformità mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 220/96, il-materja prima mwassla għand il-proċessaturi permezz tal-kuntratti tal-ipproċessar għandha tkun ta’ kwalità bnina u negozjabbli u adattat għall-ipproċessar. Artikolu 25 Applikazzjonijiet għall-għajnuna 1. Il-proċessaturi għandhom jippreżentaw żewġ applikazzjonijiet għall-għajnuna għal kull sena tas-suq lejn il-korp innominat minn Franza. (a) l-ewwel għandha tirrigwardja l-prodotti proċessati mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju; (b) it-tieni għandha tirrigwardja l-prodotti proċessati mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru; 2. Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jindikaw partikolarment il-piż nett tal-materja prima wżata u tal-prodotti finali akwistati, deskritti bi qbil mal-partijiet A u B ta’ l-Anness I rispettivament. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati b’kopji ta’ l-ordnijiet tat-trasferiment li hemm provvediment dwarhom fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 23(1). Fil-każ ta’ impenji għall-forniment ta’ konsennji, kopji bħal dawn jistgħu jkunu mibdula b’dikjarazzjoni mill-produttur għall-fatt li l-proċessatur ikun ħallas il-prezz mill-anqas egwali għal-prezz minimu. Kopji jew dikjarazzjonijiet bħal dawn għandhom jikkwotaw ir-referenzi tal-kuntratti relevanti. Artikolu 26 Koeffiċjent tat-tnaqqis 1. Meta l-informazzjoni referuta fl-Artikolu 22(6) tindika li l-kwantità stabbilita għal kategorija ta’ prodotti murija fil-kolonna III tal-parti A ta’ l-Anness I pjuttost li tkun misbuqa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu koeffiċjent tat-tnaqqis proviżjonali li għandu jkun applikat għall-applikazzjoni kollha ta’ l-għajnuna għal dik il-kategorija kif ippreżentata permezz ta’ l-Artikolu 25(1)(a). Il-koeffiċjentt, li għandu jkun ir-relattivita bejn il-kwantitajiet referuti fil-kolonna III tal-parti A ta’ l-Anness I u dawk stabbiliti bil-kuntratt flimkien mal-kwanitajiet addizzjonali mifthiema, għandu jkun ikkalkolat mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu. 2. Meta l-paragrafu 1 ikun applikat, fit-tmiem tas-sena tas-suq l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu koeffiċjent tat-tnaqqis definittiv li għandu jkun applikat għall-applikazzjoni ta’ l-għajnuna kollha għal-kategorija tal-prodotti kkonċernati ippreżentati permezz ta’ l-Artikolu 25(1)(a) u (b). Artikolu 27 Iż-żamma tar-rekords 1. Il-proċessaturi għandhom iżommu rekords li juru mill-anqas dan li ġej: (a) konsenji ta’ materja prima mixtrija u mwassla fil-fond tagħhom kull jum li huma koperti mill-kuntratti tal-ipproċessar jew l-emendi għalihom, flimkien man-numri ta’ xi rċevuti maħruġa għal konsenji bħal dawk; (b) il-piż ta’ kull konsenja mwassla fil-fond tagħhom u l-isem u l-indirizz tal-parti l-oħra tal-kuntratt; (ċ) il-kwantitajiet tal-prodotti finali akwistati ta’ kull jum mill-ipproċessar ta’ materja prima li fuqhom l-għajnuna hija pagabbli; (d) il-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-prodotti li jħallu l-fond tal-proċessatur, kunsinja b’kunsinnja, bid-dettalji tal-konsinnatarju. Dettalji bħal dawn jistgħu jkunu rrekordjati b’referenza għad-dokumenti ta’ sostenn, basta li dawn ta’ l-aħħar ikun fihom il-partikolaritajiet ta’ hawn fuq. 2. Il-proċessaturi għandhom iżommu prova tal-pagament għal-materja prima kollha mixtrija permezz tal-kuntratti tal-ipproċessar jew l-emendi għalihom. 3. Il-proċessaturi għandhom jgħaddu minn spezzjonijiet jew verifiki meqjusa bħala meħtieġa u għandhom iżommu rekords addizzjonali skond kif l-awtoritajiet kompetenti jkunu jeħtieġu sabiex iwettqu l-verifiki li huma jħossu li jkunu meħtieġa. Meta spezzjoni jew verifika ma tkunx tista tinżamm minħabba raġunijiet attribwiti għall-proċessatur, minkejja li dan ta’ l-aħħar ikun ġie formalment notifikat b’dan, l-ebda għajnuna m’għandha titħallas għas-snin tas-suq ikkonċernati. Il-KAPITOLU II Zokkor Sezzjoni I Kannamieli taz-zokkor Artikolu 28 Skop Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar ta’ l-iskemi ta’ għajnuna kif ġejjin: (a) Għajnuna tal-Komunità għall-ipproċessar dirett ta’ kannamieli taz-zokkor f’ġulepp tas-sukrożju jew f’rum agrikolu kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001; (b) Għajnuna għall-ipproċessar dirett ta’ kannamieli taz-zokkor f’ġulepp taz-zokkor jew f’rum agrikolu kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; Artikolu 29 Pagament ta’ l-għajnuna 1. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 28 għandha tkun imħallsa, skond ma jkun il-każ: (a) lil xi manifattur jew distillatur tax-xiropp tas-sukrożju: - li l-impjant tiegħu jkun lokalizzat fid-dipartimenti mbiegħda Franċiżi, u - li jipproduċu direttament minn kannamieli maħsuda fl-istess dipartiment imbiegħed Franċiż: (i) xiropp tas-sukrożju ta’ anqas minn 75 % purità użat fil-manifattura ta’ aperitifs; jew (ii) rum agrikolu kif definit fl-Artikolu 1(4)(a)(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 [26]; (b) għal xi manifattur jew distillatur tax-xiropp taz-zokkor li l-faċilitajiet tiegħu huma lokalizzati fit-territorju ta’ Madeira u li direttament jipproċessa l-kannamieli maħsuda fil-Madeira. 2. L-Għajnuna għandha tkun imħallsa kull sena għall-kwantitajiet ta’ kannamieli taz-zokkor ipproċessati direttament f’xiropp taz-zokkor, xiropp tas-sukrosju jew rum agrikolu li dwarhom il-manifattur jew id-distillatur tax-xiropp li juri prova li l-produtturi kkonċernati tal-kannamieli taz-zokkor ikunu tħallsu l-prezz minimu referut fl-Artikolu 30. 3. L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar huwa b’hekk stabbilit kif ġej: (a) għall-għajnuna referuta fl-Artikolu 28(a), - fi EUR 9,0 kull 100 kilogramma ta’ zokkor espress bħala zokkor abjad, għax-xiropp tas-sukrożju, - fi EUR 64,22 kull ettolitru ta’ alkoħol pur prodott, għal rum agrikolu; (b) għall-għajnuna referuta fl-Artikolu 28(b), - fi EUR 53 kull 100 kilogramma ta’ zokkor espress bħala zokkor abjad, għax-xiropp taz-zokkor, - fi EUR 90 kull ettolitru ta’ alkoħol pur prodott, għal rum agrikolu. Artikolu 30 Prezz minimu għall-kannamieli taz-zokkor 1. Il-prezz minimu referut fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 u fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 huma b’hekk stabbiliti kif ġej: - Réunion: EUR 51,01 kull tunnellata ta’ kannamieli, - Martinique: EUR 45,16 kull tunnellata ta’ kannamieli, - Guadeloupe u l-Guiana Franċiża: EUR 55,95 kull tunnellata ta’ kannamieli, - Madeira: EUR 78,9 kull tunnellata ta’ kannamieli. Il-prezz minimu għandu jkun applikat għal kannamieli bnin u ta’ kwalità negozjabbli u ta’ kontenut standard ta’ zokkor. L-istadju tal-forniment tal-kannamieli taz-zokkor għandu liberu fil-bieb tal-fabbrika. 2. Il-kontenut ta’ standard taz-zokkor u l-iskala taż-żidiet u t-tnaqqis li għandha tkun applikata għall-prezz minimu meta l-kontenut taz-zokkor fil-kannamieli jiddifferixxi mill-kontenut ta’ standard taz-zokkor għandu jkun applikat mill-awtorità kompetenti fuq il-proposta mill-kumitat konġunt ta’ distillaturi jew manifatturi tax-xiropp jew tal-produtturi tal-kannamieli taz-zokkor. Artikolu 31 Prezz minimu 1. Prova li l-prezz minimu jkun tħallas lill-produttur tal-kannamieli taz-zokkor għandha tkun stabbilita b’ċertifikat imħejji fuq karta normali mill-manifattur jew id-distillatur tax-xiropp. Iċ-ċertifikat għandu juri: (a) l-isem tal-manifattur jew tad-distillatur tax-xiropp; (b) l-isem tal-produttur tal-kannamieli taz-zokkor; (ċ) il-kwantitajiet totali ta’ kannamieli taz-zokkor li għalihom il-prezz minimu stabbilit għas-sena kalendarja kkonċernata jkun tħallas u li jkunu ġew fornuti lill-fabbrika jew lid-distillerija tax-xiropp mill-produttur ikkonċernat matul dik is-sena kalendarja; (d) il-kwantità tal-prodott li għalih il-prezz minimu jkun ġie mħallas. 2. Iċ-ċertifikat għandu jkun iffermat mill-produttur tal-kannamieli taz-zokkor u mill-manifattur jew id-distillatur tax-xiropp. 3. Il-manifattur jew id-distillatur għandu jżomm l-oriġinali taċ-ċertifikat. Kopja għandha tingħata lill-produttur tal-kannamieli taz-zokkor. Artikolu 32 Koeffiċjent tat-tnaqqis 1. Meta s-somma tal-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna f’sena kalendarja partikoli tkun akbar mill-kwantitajiet annwali referuti fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 u fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, koeffiċjent tat-tnaqqis standard għandu jkun applikat għal kull applikazzjoni għall-prodott ikkonċernat. B’dana kollu, Franza tista talloka l-kwantità tar-rum referuta fil-paragrafu 1 bid-dipartiment fuq il-bażi tal-kwantità medja ta’ rum agrikolu mibjugħ minn kull dipartiment fis-snin 1997 sa 2001. Jekk il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna jeċċedu l-kwantitajiet globali, il-koeffiċjent tat-tnaqqis għandu jkun iddifferenzjat bid-dipartiment. 2. Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati lejn l-awtoritajiet kompetenti innominati minn Franza jew mill-Portugall, skond ma jkun il-każ. Sezzjoni II Pitravi taz-zokkor Artikolu 33 Dan il-kaptolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar f’zokkor abjar il-pitravi taz-zokkor maħsud fl-Ażores li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 28(2) tar-Regolamemnt (KE) Nru 1453/2001. Artikolu 34 1. L-impriżi tal-ipproċessar għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom bil-kitba lejn l-awtoritajiet kompetenti. L-applikazzjonijiet għandhom jindikaw il-kwantità ta’ zokkor abjar prodott mill-pitravi taz-zokkor maħsud fl-Ażores u għandhom ikunu akkumpanjati bi: (a) prova tax-xiri tal-pitravi taz-zokkor minn kull produttur li jkun forna l-pitravi taz-zokkor li jkun ġie pproċessat; u (b) impenn bil-miktub li ma jirraffinax zokkor nej matul il-perijodu meta l-pitravi taz-zokkor ikun ipproċessat f’zokkor abjad. 2. L-għajnuna referuta fil-paragrafu 1 għandha titħallas biss wara li jkun ġie stabbilit li z-zokor abjad ikun ġie prodott mill-pitravi taz-zokkor maħsud fl-Ażores. Artikolu 35 Il-Portugall għandu jieħu l-mużuri kollha meħtieġa ħalli jassigura li l-għajnuna tkun mogħtija sal-massimu referut fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001. Il-KAPITOLU III Inbid Sezzjoni I Għajnuna għax-xiri ta’ masti kkonċentrati rattifikati u l-alkoħol ta’ l-inbid fil-Madeira Artikolu 36 1. Produtturi stabbiliti fil-grupp tal-gżejjer tal-Madeira li jixtiequ jikkwalifikaw għall-għajnuna ħalli jixtru masti kkonċentrati rettifikati għall-użu fil-manifattura tal-inbid sabiex iżidu l-ħlewwa ma l-inbejjed likuri tal-Madeira, l-ebda għajnuna għax-xiri ta’ l-alkoħol tal-inbid, permezz ta’ l-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament (EC) Nru 1453/2001, għandhom jippreżentaw lill-korp kompetenti, sad-data speċifikata minn dan ta’ l-aħħar, li ma tistax tkun aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, applikazzjoni li jkun fiha mill-anqas dan li ġej: - kopja tal-kuntratt għax-xiri ta’ masti kkonċentrati rettifikati ta’ l-alkoħol ta’ l-inbid x’imkien ieħor fil-Komunità, - il-kwantità ta’ masti kkonċentrai rettifikati ta’ l-alkoħol ta’ l-inbid li għalieh l-għajnuna tkun mitluba, espessa f’ettolitri u fi % vol, - id-data tat-teħid tal-masti jew ta’ l-alkoħol ta’ l-inbid, - id-data stabbilita għall-bidu tal-operazzjonijiet għall-preparazzjoni ta’ l-inbejjed likuri, u l-post li fih l-operazzjonijiet għandhom jitwettqu. 2. L-għajnuna hija b’hekk stabbilita fi EUR 12,08 kul ettolitru. 3. L-għajnuna għandha tkun imħallsa għax-xiri ta’ kwantità massima ta’ 360 ettolitri ta’ masti kkonċentrati rettifikati u kwantità massima ta’ 800 ettolitri ta’ alkoħol ta’ l-inbid għal kull sena tas-suq. Artikolu 37 1. Il-korp kompetenti għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli jivverifika l-eżattezza ta’ l-applikazzjonijiet u għandu jivverifika li l-masti kkonċentrati rettifikati u li l-alkoħol ta’ l-inbid koperti bl-applikazzjoni għall-għajnuna jkunu attwalment użati bil-metodu xieraq. 2. Il-korp kompetenti għandu jħallas l-għajnuna lill-produttur qabel it-tmiem tas-sena ta’ l-inbid ikkonċernata, mingħajr preġudizzju għal xi dewmien ikkaġunat minn aktar verifiki ulterjuri. Sezzjoni II Għajnuna għall-immaturar ta’ l-inbejjed likuri Madeira u l-imbid ta’ l-Ażores Artikolu 38 1. Għajnuna għall-immaturar ta’ l-imbejjed likuri Madeira u l-inbid "verdelho" ta’ l-Ażores, kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1453/201, għandha tkun imħallsa għall-kwantitajiet kollha ta’ l-ibid imqiegħed fil-ħażna għall-iskop tal-immaturar fl-istes data u mmaturat għal perijodu mingħajr interruzzjoni għal mill-anqas ħames snin fil-każ ta’ Madeira u tlett snin fil-każ ta’ l-Ażores. 2. Għajnuna għall-immaturar ta’ l-imbid likuri Madeira u l-ibnid ta’ l-Ażores għandha tingħata lill-produtturi f’dawk ir-reġjuni li jippreżentaw applikazzjoni lill-korp kompetenti matul l-ewwel xharejn ta’ kull sena. 3. L-għajnuna għandha tkun moghtija bi prijorità għall-inbid mill-ħsad l-aktar riċenti. L-applikazzjonijiet għal inbejjed prodotti fis-snin tas-suq preċedenti għandhom ikunu aċċettati meta l-kwantitajiet massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 ma jkunux milħuqa, bi prijorità tingħata lill-inbid l-aktar żagħżugħ. 4. Meta l-kwantità globali koperta bl-applikazzjonijiet teċċedi l-kwantitajiet massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1453/2001, koeffiċjent tat-tnaqqis għandu jkun applikat. Il-kwantità totali ta’ prodott li dwaru l-produttur jippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna ma tistax teċċedi dik koperta għas-sena tas-suq f’dak il-każ b’dikjarazzjoni tal-produzzjoni kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 1282/2001. 5. L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi: - il-kwantitajiet globali li dwarhom kuntratti jkunu ġew konklużi għal sena waħda, - ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu. 6. L-operaturi li jixtiequ jikkwalifikaw għall-iskema ta’ l-għajnuna għandhom jikkonkludi mal-korp kompetenti kuntratt tal-maturazzjoni għal mhux anqas minn ħames snin fil-każ ta’ Madeira u tlett snin fil każ ta’ Ażores. 7. Il-kuntratti għandhom ikunu konklużi fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ta’ l-għajnuna ippreżentata darba biss fil-bidu tal-perijodu referut hawn fuq. L-applikazzjonijiet għandhom ikun fihom mill-anqas dan li ġej: (a) l-isem u l-indirizz tal-produttur applikant; (b) in-numru ta’ lottijiet koperti mill-kuntratt tal-maturazzjoni u l-partikolaritajiet preċiżi ta’ kull lott (partikolarment il-numru tal-bittija, il-kwantità maħżuna, u l-lokazzjoni eżatta); (ċ) għal kull lott, is-sena tal-ħsad, il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-inbid likuri kkonċernat u, partikolarment, il-qawwa totali alkoħolika tiegħu, il-qawwa attwali alkoħolika, il-kontenut taz-zokkor, l-aċidità totali u l-aċidità volatili; (d) għal kull lott, it-tip ta’ kontenitur; (e) għal kull lott, l-ewwel u l-aħħar jum tal-perijodu tal-ħażna. 8. Imġieba korretta tal-kuntratt tal-maturazzjoni għandha tintitola d-dritt għal pagament ta’ l-ammont globali ta’ l-għajnuna ddeterminata meta l-kuntratt ikun iffirmat. Fil-Madeira, terz ta’ l-għajnuna għandu jitħallas fl-ewwel, fit-tielet u fil-ħames sena tal-ħażna. Fl-Ażores, terz ta’ l-għajnuna għandu jitħallas f’kull sena tal-ħażna. 9. L-aċċettazzjoni tal-kuntratt għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ garanzija ta’ l-imġieba li tikkorrespondi għal 40 % ta’ l-ammont globali ta’ l-għajnuna li tkopri il-perijodu tal-kuntratt. Il-garanzija għandha tkun ippreżentata bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli [27]. 10. Il-korp kompetenti għandu jassigura li t-termini tal-kuntratt tal-maturazzjoni jkunu osservati bil-verifikar tar-rekords tal-produtturi u billi jwettaq spezzjonijiet fuq il-post. 11. Garanziji ta’ l-imġieba għandhom ikunu rilaxxati meta jkun stabbilit li l-kontratt ikun ġie mwettaq sewwa. 12. Meta l-korp kompetenti isib li l-inbid likuri kopert b’kuntratt ma jkunx adattat biex ikun offrut għal bejgħ jew għall-użu għal konsum dirett uman, għandu jittermina il-kuntratt. Apparti milli f’każi ta’ force majeure, it-terminazzjoni tal-kuntratt għandha tinvolvi l-irkupru ta’ l-ammonti ta’ għajuna mħallsa u s-sekwestru tal-garanzija ta’ l-imġieba. Iċ-ċirkostanzi ta’ force majeure użati għandhom ikunu nnotifikati lill-korp kompetenti fi żmien tlett ijiem tax-xogħol li jsegwu d-data li fiha dan iseħħ. It-TITOLU IV Il-KAPITOLU I Marketing lokali Artikolu 39 Skop Dan il-kapitolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar ta’ l-għajnuna mogħtija għall-frott, il-ħxejjex, il-fjuri u l-pjanti ħajjin miġbura jew prodotti lokalment u ntiżi għall-forniment tas-swieq tar-reġjuni rispettivi tal-produzzjoni, bħal ma hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001. Artikolu 40 Intitolament għall-għajnuna 1. Il-listi tal-prodotti li jikkwalifikaw għall-għajnuna referuta fl-Artikolu 39, klassifikati bil-kategorija, għandhom ikunu stabbiliti fil-kolonna II ta’ l-Annessi II, III, IV u V għad-dipartiment barranija Franċiżi, l-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji, rispettivament. 2. Il-prodotti għandhom ikunu koperti b’kuntratti tal-forniment kif referuti fl-Artikolu 41 u jkunu konformi man-normi stabbiliti b’konformità tat-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 f’dak li jirrigwardja l-frott u l-ħxejjex jew, meta l-ebda normi bħal dawn ma jkunu ġew adottati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità li jinsabu fil-kuntratti. 3. L-għajnuna għandha tkun mogħtija sal-kwantitajiet annwali għal kull kategorija ta’ prodott kif stabbilit fil-kolonna III ta’ l-Annessi II, III, IV u V. 4. L-ammonti ta’ għajnuna applikabbli għal kull kategorija ta’ prodott għandhom ikunu stabbiliti fil-kolonni IV u V ta’ l-Annessi II, III, IV u V. L-ammonti murija fil-kolonna V għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta bi qbil ma l-Artikoli 11 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96. L-ammont muri fil-kolonna IV għandu japplika għall-produtturi l-oħrajn. 5. Meta l-ħtiġiet tal-forniment tad-dipartimenti barranija Franċiżi għal wieħed jew aktar prodotti hekk ikunu jeħtieġu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-għajnuna għall-forniment ta’ dipartiment apparti milli d-dipartiment li fih il-prodott ikun maħsud. Artikolu 41 Kuntratti tal-forniment 1. Il-kuntratti tal-forniment għandhom ikunu konklużi bejn produtturi individwali, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, minn naħa l-waħda, u l-operaturi approvati kif referuti fl-Artikolu 42, minn naħa l-oħra. il-Kuntratti għandhom jinkludu partikolarment: (a) l-ismijiet tan-negozju tal-partijiet għal-kuntratt; (b) deskrizzjoni preċiża tal-prodotti koperti; (ċ) il-kwantità totali li għandha tkun fornuta u l-iskeda mbassra tal-forniment; (d) ir-referenzi u ż-żoni ta’ l-oqsma li fuqhom il-prodotti huma mkabbra u l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull koltivatur ikkonċernat; (e) it-tul taż-żmien ta’ l-impenn; (f) il-metodu tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni u l-informazzjoni relatata mat-trasport (kondizzjonijiet u spejjeż); (g) l-istadju eżatt tal-forniment. 2. Il-kuntratturi jistgħu iżidu l-kwantità inizjali speċifikata fil-kuntrarr b’mhux aktar minn 30 %, permezz ta’ emenda bil-miktub għall-kuntratt. 3. Il-kuntratti u l-emendi tagħhom għandhom ikunu ffirmati qabel il-bidu tal-konsenji kkonċernati u qabel limitu ta’ żmien stabbilit mil-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu jiddifferixxu għal kull prodott. 4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw il-kuntratti, partikolarment fir-rigward tal-kumpens fil-każ ta’ nuqqas ta’ l-oservanza ta’ l-obligazzjonijiet kontrattwali jew li tkun stabbilita kwantità minima għal kull kuntratt. Meta l-amministrazzjoni ta’ skema ta’ l-għajnuna hekk teħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw il-perijodi tas-suq jew is-snin apparti minn dawk referuti fl-Artikolu 53 għal kull prodott. Artikolu 42 Operaturi approvati 1. Operaturi approvati fil-kummerċ ta’ l-ikel bl-ingrossa jew bl-imnut jew fil-forniment ta’ l-ikel u, fl-Ażores, fil-Madeira u fil-Gżejjer Kanarji, il-proċessaturi ta’ l-ikel, li jixtiequ li jipparteċipaw fl-iskema ta’ l-għajnuna, għandhom jippreżentaw applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-korp innominat mill-awtoritajiet kompetenti, qabel id-data stabbilita minn dawn ta’ l-aħħar. Dak il-korp għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u jippubblika kull sena lista ta’ operaturi approvati, mhux anqas minn xhar wieħed qabel il-limitu ta’ żmien għall-iffirmar tal-kuntratti. 2. L-operaturi approvati għandhom jagħtu impenn li: (a) jinnegozjaw jew, fil-każ ta’ l-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji, jipproċċessaw il-prodotti koperti bil-kuntratti tal-forniment, esklussivament fir-reġjun tal-produzzjoni. (b) li jżonnu kontijiet separati li jkopru t-twettieq tal-kuntratti tal-forniment; (ċ) li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq it-talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, bid-dokumentazzjoni kollha ta’ sostenn li tirrigwardja l-imġieba tal-kuntratti u t-twettiq ta’ l-impenji involuti permezz ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 43 Dikjarazzjonijiet Produtturi ndividwali, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jixtiequ li jikkwalifikaw permezz tal-iskema ta’ l-għajnuna għandhom jibgħatu dikjarazzjoni flimkien ma kopja tal-kuntratt referut fl-Artikolu 41 lid-dipartiment innominat mill-awtoritajiet kompetenti qabel id-data stabbilita minn dan ta’ l-aħħar. Artikolu 44 Koeffiċjent tat-tnaqqis 1. Meta d-dokumenti referuti fl-Artikolu 43 jindikaw li l-kwantitajiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 40(3) pjuttost li jkunu misbuqa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu koeffiċjent tat-tnaqqis proviżjonali li għandu jkun applikat fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna kollha kkonċernati fil-kategorija kkonċernata u għandhom jinfurmaw lill-partijiet interessati b’dan. Il-koeffiċjent, li għandu jkun ir-relattività bejn il-kwantitajiet murija fil-kolonna III ta’ l-Annessi II, III, IV u V u l-kwantitajiet koperti bil-kuntratti u xi klawsoli ta’ emenda, għandu jkun stabbilit qabel ma xi deċiżjoni tkun meħuda għal-għoti ta’ l-għajnuna u l-aktar tard xhar wieħed wara l-limitu ta’ żmien referut fl-Artikolu 41(3). 2. Meta l-paragrafu 1 ikun applikat, fit-tmiem tas-sena tas-suq l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu koeffiċjent tat-tnaqqis definittiv li għandu jkun applikat għall-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna kollha li jkopru l-kategorija tal-prodotti kkonċernati ippreżentati matul is-sena tas-suq. Il-KAPITOLU II Marketing il-barra mir-reġjun tal-produzzjoni Sezzjoni I Ross, frott, ħxejjex, pjanti u fjuri u patata Artikolu 45 Skop Din is-sezzjoni tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikar ta’ l-iskemi ta’ l-għajnuna kif ġejjin: (a) l-għajnuna referuta fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001; (b) l-għajnuna referuta fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001; (ċ) l-għajnuna referuta fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (d) l-għajnuna referuta fl-Artikolu 30)3) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001; (e) l-għajnuna referuta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001. Artikolu 46 Kuntratti annwali 1. "Kuntratt annwali" għandu jfisser kuntratt li permezz tiegħu operatur, jew persuna naturali inkella enitità legali stabbilita x’imkien ieħor fil-Komunità, il-barra mir-reġjun imbiegħed tal-produzzjoni, jintrabat, li qabel il-bidu tal-perijodu tas-suq għall-prodott jew il-prodotti kkonċernati, jixtri il-produzzjoni kollha jew parti minnha, ta’ produttur individwali, membru ta’ grupp ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi fir-reġjunu l-aktar imbiegħda, bil-għan li jikkumerċjalizzah il-barra mir-reġjun tal-produzzjoni. 2. Operaturi li għandhom l-intenzjoni li jippreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna għandhom jingħatu l-kuntratt annwali lejn l-awtoritajiet kompetenti Franċiżi, Portugiżi jew Spanjoli, skond ma jkun il-każ, qabel il-bidu tal-perijodu tas-suq għall-prodott jew il-prodotti kkonċernati. Il-kuntratti għandhom mill-anqas ikun fihom l-informazzjoni li ġejja: (a) l-ismijiet tan-negozju tal-partijiet kontraenti u l-postijiet tal-istabbeliment tagħhom; (b) deskrizzjoni preċiża tal-prodotti koperti; (ċ) il-kwantità totali li għandha tkun fornuta u l-iskeda mbasra tal-kunnsinja; (d) ir-referenzi u ż-żoni ta’ l-oqsma li fuqhom il-prodotti huma mkabbra u l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull koltivatur ikkonċernat; (e) it-tul taż-żmien ta’ l-impenn; (f) il-metodu tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni u l-informazzjoni relatata mat-trasport (kondizzjonijiet u spiża); (g) l-istadju eżatt tal-kunnsinja. Il-kuntratturi jistgħu iżidu l-kwantità inizjali speċifikata fil-kuntratt b’mhux aktar minn 30 %, permezz ta’ emenda bil-miktub tal-kuntratt. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassesjaw il-kuntratti dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti referuti fl-Artikolu 45 u ma din is-sezzjoni. Huma għandhom jivverifikaw li l-kuntratti jkun fihom l-informazzjoni kollha speċifikata fil-paragrafu 2. Huma għandhom jinformaw lill-operatur jekk l-Artikolu 48 aktarx li jkun applikat. 4. Għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna, il-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, imwasla fiż-żona tad-destinazzjoni, għandu jkun assessjat fuq il-bażi tal-kuntratt annwali, id-dokumenti partikolari tat-trasport u xi dokumenti oħrajn bħala sostenn ippreżentati sabiex jiġġustifikaw l-applikazzjoni għall-pagament. Il-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata li għandu jkun meqjus għandu jkun dak tal-konsennja lejn l-ewwel port jew ajruport tal-ħatt. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali bħala sostenn kif xieraq għal-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna. 5. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati mix-xerrej jew, fil-każi kif referuti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001, il-bejjiegħ li jkun ifferma l-impenn ħalli jinnegozja l-prodott. Meta l-amministrazzjoni tal-iskema ta’ l-għajnuna hekk teħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw il-perijodi jew is-snin tal-kummerċ apparti minn dawk referuti fl-Artikolu 53, għal kull prodott. Artikolu 47 Marketing tal-fjuri u pjanti prodotti fl-Ażores u l-Madeira 1. Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 f’dak li jirrigwardja l-marketing tal-fjuri u l-pjanti, prodotti fl-Ażores u l-Madeira, x’imkien ieħor fil-Komunità, produtturi individwali, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi kif referuti fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema ta’ l-għajnuna għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom lill-korp innominat mill-awtoritajiet Portugiżi qabel data li għandha tkun iddeterminata minn dawn ta’ l-aħħar. Dak il-korp għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni u għandu jippubblika kull sena lista ta’ produtturi individwali, gruppi ta’ produtturi jew organizzazzjonijiet ta’ produtturi approvati, mill-anqas xhar qabel il-bidu tal-perijodu tal-marketing. 2. Produtturi ndividwali, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi kif referuti hawn fuq li jixtiequ li jikkwalifikaw permezz tal-iskema ta’ l-għajnuna għandhom jibgħatu dikjarazzjoni lejn l-uffiċċju nnominat mill-awtoritajiet kompetenti qabel il-bidu tal-perijodu tal-marketing tal-prodotti kkonċernati, partikolarment jimpenjaw irwieħhom: (a) li jikkumerċjalizzaw il-fjuri u l-pjanti biss x’imkien ieħor fil-Komunità; (b) li jinnotifikaw l-ismijiet tad-ditti kontraenti jew ta’ l-intermedjarji u l-postijiet tal-istabbeliment tagħhom; (ċ) li jindikaw, partikolrment: - il-pjanti u l-fjuri li għandhom ikunu marketed, - ir-referenzi u ż-żoni ta’ l-oqsma, identifikati b’konformità ma l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, li fuqhom il-prodotti kkonċernati huma mkabbra u, fil-każ ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ismijiet u l-indirizzi ta’ kull koltivatur ikkonċernat; ir-referenzi ta’ l-oqsma ma jeħtieġx li jkunu nnotifikati fil-każ ta’ fjuri mqadda li jidħlu fil-kodiċi NM 06039000; (d) li jindikaw il-metodu tal-ippakkjar u l-preżentazzjoni u l-informazzjoni relatata mat-trasport (kondizzjonijiet u spiża) u l-istadju eżatt tal-kunsinnja; (e) li jżommu kontijiet separati li jkopru t-twettieq tal-bejgħ referut f’dan l-Artikolu; (f) li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti Portugiżi, fuq it-talba ta’ dawn ta’ l-aħħar, bid-dokumentazzjoni kollha ta’ sostenn li tirrigwardja l-imġieba tal-bejgħ referut f’dan l-Artikolu u t-twettiq ta’ l-impenji involuti permezz ta’ dan ir-Regolament. 3. Għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna, il-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata, imwassla fiż-żona tad-destinazzjoni, għandu jkun evalwat fuq il-bażi tad-dokumenti partikolari tat-trasport u xi dokumenti oħrajn bħala sostenn ippreżentati sabiex jiġġustifikaw l-applikazzjoni għall-pagament. Il-valur tal-produzzjoni kkumerċjalizzata li għandu jkun meqjus għandu jkun dak tal-konsennja lejn l-ewwel port jew ajruport tal-ħatt. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu kwalunkwe informazzjoni jew dokumtazzjoni addizzjonali bħala sostenn kif xieraq għal-kalkolazzjoni ta’ l-għajnuna. 4. Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati mill-produtturi individwali, il-gruppi tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif referut fl-Artikoli 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li jkunu mpenjaw irwieħhom li jikkumerċjalizzaw il-prodott. Meta l-amministrazzjoni tal-iskema ta’ l-għajnuna hekk teħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw il-perijodi jew is-snin tal-kummerċ apparti minn dawk referuti fl-Artikolu 53, għal kull prodott. Artikolu 48 Koeffiċjent tat-tnaqqis 1. Meta l-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-prodott partikolari li jeċċedi l-volum stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001jew, fil-każ tal-bettiegħ li jidħlu fil-kodiċi NM ex08071090 u l-ananas li jidħlu fil-kodiċi NM 08043000, il-limitu stabbilit fil-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu jew il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddetterminaw persentaġġ standard ta’ tnaqqis li għandu jkun applikat fuq l-applikazzjonijiet kollha ta’ l-għajnuna. 2. Għal ross mill-Guiana Franċiża: (a) jekk meħtieġ, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom jistabbilixxu koeffiċjenti standard tat-tnaqqis li għandhom ikunu applikati fuq l-applikazzjonijiet ikkonċernati sabiex jassiguraw li l-kwantità li dwarha l-għajnuna tkun mogħtija ta’ kull sena, espressi fit-termini ekwivalenti ta’ ross mitħun, ma jkunx jeċċedi 12000 tunnellata għall-kwantitajiet kollha kkonċernati b’applikazzjonijiet u, fi ħdan dak il-limitu massimu, il-kwantitajiet disponuti x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra minn Guadeloupe u Madeira ma jkunux jeċċedu 4000 tunnellata; (b) il-koeffiċjent standard tat-tnaqqis għandu jkun ikkolkolat kif ġej: (i) meta l-kwantità totali koperta bl-applikazzjoni ta’ l-għajnuna tkun anqas minn 12000 tunnellati imma l-kwantità ta’ ross disponut jew ikkumerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra mill-Guadeloupe jew il-Madeira teċċedi l-volum massimu ta’ 4000 tunnellata, il-koeffiċjent ‘i’ akwistat mill-formula li ġejja għandu jkun applikat biss fuq dawn il-kwantitajiet ta’ l-aħħar: i = 4000x meta: x = il-kwantità tar-ross mill-Guiana Franċiża attwalment disponut u kkummerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra mill-Martinique u l-Guadeloupe; (ii) meta l-kwantità totali koperta bl-applikazzjoni ta’ l-għajnuna teċċedi 12000 tunnellati imma l-kwantità ta’ ross disponut jew ikkumerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra mill-Guadeloupe jew il-Madeira ikun anqas mill-volum massimu ta’ 4000 tunnellata, il-koeffiċjent ‘j’ akwistat mill-formula li ġejja għandu jkun applikat fuq il-kwantitajiet kollha: j = 12000y meta: y = il-kwantità totali ta’ ross mill-Guiana Franċiża koperta bl-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna; (iii) meta l-kwantità totali koperta bl-applikazzjoni ta’ l-għajnuna teċċedi 12000 tunnellati imma l-kwantità ta’ ross disponut jew ikkumerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra mill-Guadeloupe jew il-Madeira teċċedi l-volum massimu ta’ 4000 tunnellata, il-koeffiċjent ‘z’ akwistat mill-formula li ġejja għandu jkun applikat: Z = + k meta: x = il-kwantità tar-ross mill-Guiana Franċiża attwalment disponut u kkummerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità il-barra mill-Martinique u l-Guadeloupe; i = il-koeffiċjent tat-tnaqqis li għandu jkun applikat fuq l-applikazzjonijiet ta’ l-għajnuna għall-kwantità ta’ ross mill-Guiana Franċiża attwalment dispost u kkumerċjalizzat x’imkien ieħor fil-Komunità apparti milli fil-Martinique jew fil-Guadeloupe referut fi (i). k = il-kwantità tar-ross mill-Guiana Franċiża attwalment disponut u kkummerċjalizzat fil-Martinique u l-Guadeloupe. L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għandhom immedjetament jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta dan il-paragrafu jkun applikat u bil-kwantitajiet involuti; (ċ) l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantitajiet attwalment disponuti jew ikkummerċjalizzati permezz tal-kuntratt jew kuntratti annwali b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli. (d) għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, il-koeffiċjent għall-ipproċessar ta’: - ross fil-fosdqa lejn ross kompletament mitħun huwa stabbilit fi 0,45, - ross bil-ħliefa lejn ross kompletament mitħun huwa stabbilit fi 0,69, - ross parzjalment mithun lejn ross kompletament mitħun huwa stabbilit fi 0,93. Artikolu 49 Impriżi konġunti Iż-żieda fl-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 għandha tkun imħallsa mal-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-impenji involuti mis-sieħba għal perijodu ta’ mhux anqas minn tlett snin sabiex jgħaqqdu t-tgħarif u l-esperjenza akwistata ħalli jkun milħuq l-objettiv ta’ l-impriża konġunta. Dawn l-impenji għandhom jinkludu klawsola li tipprojbixxi t-tħassir tal-kuntratt qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tlett snin imsemmi hawn fuq. Meta l-impenji msemmija hawn fuq ikunu miksura, l-operatur ma jistgħax jippreżenta applikazzjoni għall-għajnuna għas-sena tas-suq ikkonċernata. Artikolu 50 Rikonsennja u l-esportazzjoni mil-ġdid tar-ross 1. Il-prodotti li jirċievu għajnuna permezz ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 ma jistgħux ikunu esportati; b’żieda ma dan, il-prodotti disponuti jew ikkummerċjalizzati fil-Guadeloupe u l-Martinique ma jistgħux ikunu kkonsenjati mill-ġdid lejn il-kumplament tal-Komunità. Prodotti disponuti jew kommerċjalizzati x’imkien ieħor fil-Komunità li fuqhom l-għajnuna referuta fl-ewwel subparagrafu tkun ġiet imħallsa ma jistgħux ikunu kkunsinjati mill-ġdid lejn il-Guadeloupe, il-Martinique jew lejn il-Guiana Franċiża. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ monitoraġġ sabiex jassiguraw konformità mal-paragrafu 1. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment, verifiki attwali mhux imħabbra. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħudha għal dan l-iskop. Sezzjoni II Inbid Madeira Artikolu 51 1. L-għajnuna referuta fl-Artikolu 20(6) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għandha tingħata sa, u inkluż l-aħħar tas-sena ta’ l-inbid 2005/06. 2. Meta l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni dwarha fir-rigward ta’ kontenituri ta’ anqas minn litru wieħed, koeffiċjent tat-tnaqqis għandu jkun applikat sabiex jittieħed akkont tal-volum tal-flixkun. 3. L-għajnuna għandha tkun imħallsa lill-konsenjaturi li jippreżentaw applikazzjoni lejn il-korp kompetenti għal kull lott għall-perijodu stabbilit minn dak il-korp. 4. L-applikazzjonijiet għandhom ikun fihom mill-anqas dan li ġej: - kopja tas-sezzjoni 3 tal-dokument amministrattiv akkompanjanti (AAD), mimli kif suppost, bil-partikolaritajiet tal-konsenjant u l-konsinnatarju (l-isem, l-indirizz, il-pajjiż), il-volum ta’ l-inbid ikkonsenjat f’ekwivalent ta’ litru, id-deskrizzjoni tal-kodiċi doganali, it-timbru ta’ l-Istitut ta’ l-Inbid Madeira li jiċċertifika li l-prodott u t-timbru ta’ l-awtoritajiet doganali ta’ Madeira jiċċertifikaw li l-prodott ikun ħalla t-territorju. - kopja tal-fattura mill-ġarrara/aġent tal-ġarr li turi d-destinazzjoni finali jew il-bill of lading marittimu, - kopja tal-fattura lix-xerrej li turi il-volum f’ekwivalent ta’ litru, li għandha tkun korrespondenti ma dik murija fil-AAD. It-TITOLU V STUDJI Artikolu 52 1. Il-kuntratt għat-twettieq tal-istudji referuti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 għandu jkun mogħti bi stedina għall-offerta fuq ir-reponsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti. 2. L-abbozz ta’ l-istedina għall-offerti, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet, għandhom ikunu mibgħuta lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bl-oservazzjonijiet tagħha, jekk ikun hemm, fi żmien perijodu ta’ xhar wieħed b’segwiment tad-data tal-wasla ta’ l-abbozz. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-istudju finali lejn il-Kummisjoni, li għandha tgħamel magħruf xi kummenti fi żmien 45 jum tal-wasla tal-istudju. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas, suġġett għal: - konformità ma l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 jew l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, l-ispeċifikazzjonijiet u l-osservazzjonijiet magħmula, - pagament tal-kontribuzzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli jew Portugiżi. It-TITOLU VI DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Il-KAPITOLU I Applikazzjonijiet għall-għajnuna Artikolu 53 Snin tas-suq Is-snin tas-suq għandhom ikunu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru, apparti milli għall-inbid. Artikolu 54 Preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-pagament ta’ l-għajnuna 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5, 25, 34 u 36, applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom ikunu ppreżentati lejn l-uffiċċju nnominat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b’konformità mal-mudelli stabbiliti minn dan ta’ l-aħħar u fi ħdan il-perijodu kif ikunu stabbiliti minnhom. Għall-għajnuna koperta fit-Titolu I, dawn il-perijodi għandhom ikunu stabbiliti hekk li jippermettu għaż-żmien meħtieġ għal-verifiki fuq il-post. 2. Kull applikazzjoni għall-għajnuna għandha mill-anqas ikun fiha l-informazzjoni li ġejja: (a) il-kunjom, l-isem/ismijiet u l-indirizz ta’ l-applikant; (b) għall-għajnuna koperta bit-Titolu I, iż-żoni kkoltivati f’ettari u f’ari, identifikati b’konformità ma l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92; (ċ) għall-għajnuna koperta bil-Kapitolu I tat-Titolu II, il-kwantità ta’ l-ananas maħsuda u l-kwantità koperta bl-applikazzjoni għall-għajnuna; (d) għall-għajnuna koperta bil-Kapitolu III tat-Titolu II, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati bin-noti tal-konsenja tal-kannamieli imħejjija mill-korpi kompetenti jew mill-impriżi li jipproċessaw innominati minn Franza għal kull dipartiment; (e) għall-għajuna koperta bil-Kapitolu II tat-Titolu II, bil-Kapitolu I tat-Titolu III u l-Kapitoli I u II tat-Titolu IV, l-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati b’fatturi ggruppati jew individwali u d-dokumenti l-oħrajn kollha bħala sostenn li jirrigwardjaw l-operazzjonijiet imwettqa, partikolarment ir-referenzi għall-kuntratti tal-konsenja, l-kuntratti tal-ipproċessar jew il-kuntratti annwali. 3. Mingħajr preġudizzju għal-Artikoli 6 u 9, wara l-verifika ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u d-dokumenti relevanti ta’ sostenn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallsu l-għajnuna kkalkolata b’konformità ma dan ir-Regolament fi żmien erba’ xhur li jsegwu it-tmiem tal-perijodu għal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Meta aktar minn ħsad wieħed ikun possibli matul il-korsa ta’ sena kalendarja fil-kuntest ta’ l-uċuħ koperti bil-Kapitolu I tat-Titolu I, il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jibda mit-tmiem tal-perijodu għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet mill-aħħar tas-sena tal-ħsad ikkonċernata. 4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli addizzjonali rigward kif l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom iħallsu l-għajnuna koperta bit-Titolu IV lill-membri tagħhom. Artikolu 55 Korrezzjoni ta’ żbalji ovvji Applikazzjoni għall-għajnuna tista tkun aġġustata fi kwalunkwe żmien wara l-preżentazzjoni tagħha, fil-każi meta l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu żball ovvju. Artikolu 56 Preżentazzjoni tard Apparti mill-fil-każi ta’ force majeure u f’ċirkostanzi eċċezzjonali fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 65, il-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna wara l-limitu ta’ żmien stabbilit bi qbil ma l-Artikolu 54(1) għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 1 % għal kull jum tax-xogħol fl-ammonti li dwarhom il-koltivatur ikun intitolat li kieku l-applikazzjoni għall-għajnuna kienet tkun ġiet ippreżentata fil-limitu tż-żmien. Jekk id-dewmien jammonta għal 25 jum tax-xogħol, l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa bħala inammessibbli. Artikolu 57 Ġbir lura ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna 1. Applikazzjoni għall-għajnuna tista tkun totalment jew parzjalment irtirata fi kwalunkwe żmien. B’dana kollu, meta l-awtorità kompetenti tkun diġa informat lill-koltivatur b’irregolaritajiet fl-applikazzjoni għall-għajuna jew tkun wasslet avviż lill-koltivatur bl-intenzjoni tagħha li twettaq verifika fuq il-post, u meta din il-verifika tiskopri irregolaritajiet, il-ġbir lura m’għandux ikun awtorizzat fir-rigward tal-partijiet ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna affettwati bl-irregolaritajiet. 2. L-irtirar permezz tal-paragrafu 1 għandu jwassal lil min ikun għamel it-talba lejn is-sitwazzjoni preċedenti ta’ qabel ma jkun ippreżenta l-applikazzjoni għal-għajnuna jew parti ta’ l-applikazzjoni għal-għajnuna f’dak il-każ. Il-KAPITOLU II Verifiki Artikolu 58 1. Il-verifiki għandhom jitwettqu permezz ta’ verifiki amministrattivi u fuq il-post. Verifiki amministrattivi għandhom ikunu eżawrenti u għandhom jinkludu trans-verifiki kull meta xieraq bi, inter alia, dettalji minn amministrazzjoni integrata u sistemi ta’ kontroll. Ibbażati fuq l-analiżi tar-riskju, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom iwettqu verifiki fuq il-post bil-kampjunar ta’ mill-anqas 10 % ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Fil-każi xierqa kolla, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-amministrazzjoni ntegrata u s-sistema ta’ kontroll stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 3508/92. 2. Għall-għajnuna koperta bis-sezzjoni I tal-Kapitolu II tat-Titolu III, verifiki għandhom ukoll ikopru l-kwantità ta’ kannamieli kkonsenjata u l-konformità mal-prezz minimu. Artikolu 59 Prinċipji ġenerali 1. Il-verifiki fuq il-post m’għandhomx ikunu mħabbra. B’dana kollu, sakemm l-iskop tal-verifika ma jkunx kompromess, avviżż bil-quddiem, limitat strettament għall-minimu meħtieġ, jistgħa jingħata. Avviż bħal dan m’għandux jeċċedi 48 siegħa, apparti milli f’każi ġġustifikati kif xieraq. 2. Meta applikabbli, verifiki fuq il-post li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fl-istess waqt bħal xi verifiki oħrajn li hemm provvediment dwarhom fir-Regoli tal-Komunità. 3. L-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu miċħuda jew il-koltivaturi jew ir-rapreżentanti tagħhom ma jħallux li sseħħ il-verifika fuq il-post milli tkun imwettqa. Artikolu 60 L-għażla ta’ l-applikazzjoni għall-verifika fuq il-post 1. Il-koltivaturi għandhom ikunu magħżula sabiex ikollhom verifika fuq il-post mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju u r-rapreżentanza ta’ l-applikazzjoni għall-għajnuna kif ippreżentata. L-analiżi tar-riskju għandu jieħu akkont ta’: (a) l-ammont ta’ għajnuna nvoluta; (b) in-numru ta’ oqsma agrikoli, iż-żona koperta bl-applikazzjoni jew il-kwantità prodotta, ttrasportata, pproċessata jew ikkumerċjalizzata; (ċ) tibdiliet mis-sena preċedenti; (d) is-sejbiet tal-verifiki magħmula fi snin imgħoddija; (e) il-parametri l-oħrajn għandhom ikunu ddeterminati mill-Istati Membri. Sabiex jipprovdu element ta’ rapreżentanza, l-Istati Membri għandhom jgħażlu, mingħajr ordni partikolari, bejn 20 % u 25 % tan-numru minimu ta’ koltivaturi li għandhom ikunu suġġetti għal verifiki fuq il-post. 2. L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords tar-raġunijiet għall-għażla ta’ kull koltivatur għal verifika fuq il-post. L-ispettur li jwettaq il-verifika fuq il-post għandu jkun informat b’dawk ir-raġunijiet qabel ma jibda bil-verifika. Artikolu 61 Rapport tal-ispezzjoni 1. Kull verifika fuq il-post għandha tkun is-suġġett ta’ rapport tal-ispezzjoni li jirrigwardja mad-dettalji tal-verifiki mwettqa fuq il-post. Ir-rapporti għandhom jindikaw, partikolrment: (a) l-iskemi u l-applikazzjoni ta’ l-għajnuna vverifikati; (b) il-persuni preżenti; (ċ) l-oqsma agrikoli vverifikati, l-oqsma agrikoli mkejjla, ir-riżultati tal-kejl kull qasam imkejjel u l-metodi tal-kejl użati; (d) il-kwantitajiet prodotti, trasportati, proċessati jew ikkumerċjalizzati koperti bil-verifika, is-sejbiet u l-metodi wżati; (e) jekk avviż bil-quddiem kienx ingħata lill-koltivatur taz-żjara u, jekk hekk, ta’ kemm żmien; (f) xi miżuri oħrajn ta’ spezzjoni mwettqa. 2. Il-koltivaturi jew ir-rapreżentanti tagħhom għandhom jingħataw l-opportunità li jiffermaw ir-rapport sabiex jikkonfermaw il-preżenza tagħhom fil-waqt tal-verifiki u sabiex iżidu osservazzjonijiet. Meta irregolaritajiet ikunu misjuba, il-koltivatur għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-kontroll. Meta verifika fuq il-post tkun imwettqa b’remote sensing, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtix lill-koltivaturi jew lir-rapreżentanti tagħhom l-opportunità li jiffirmaw ir-rapport tal-kontroll jekk l-ebda irregolaritajiet ma jkunu żvelati waqt il-verifika bir-remote sensing. Il-KAPITOLU III Konsegwenzi ta’ pagamenti mhux mistħoqqa Artikolu 62 L-irkupru ta’ pagamenti mhux mistħoqqa 1. Jekk pagament mhux mistħoqq ikun sar, il-koltivatur għandu jħallas lura l-ammont f’dan il-każ flimkien ma l-imgħax akkumulat b’konformità mal-paragrafu 3. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirkupraw pagament mhux dovut billi jnaqqsu l-ammont minn xi avvanzi jew pagamenti magħmula lill-koltivatur permezz ta’ skemi oħrajn li jsegwu d-data tad-deċiżjoni għall-irkupru. B’dana kollu, il-koltivatur jista jħallas lura l-ammont mingħajr ma jistenna għat-tnaqqis. 3. L-imgħax għandu jkun ikkalkolat għall-perijodu ta’ bejn in-notifika ta’ l-obbligazzjoni għar-rifużjoni lejn il-koltivatur u jew xi rifużjoni jew tnaqqis. Ir-rata ta’ l-imgħax pagabbli għandha tkun ikkalkolata bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali imma ma tistax tkun aktar baxxa mir-rata applikabbli għal-irkupru ta’ ammonti permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali. 4. Meta pagament mhux dovut ikun sar minħabba dikjarazzjoni falza, dokumenti foloz jew negliġenza serja da parti tal-benefiċjarju, penali għandha tkun imposta li tkun egwali għall-ammont mhux dovut, flimkien ma l-imgħax ikkalkolat bi qbil mal-paragrafu 3. 5. L-obbligazzjoni għal rifużjoni referuta fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika jekk il-pagament ikun sar bi żball mill-awtoritkompetenti innfisha jew minn xi awtorità oħra u jew jekk l-iżball ma setgħax raġjonevolment ikunu skopert mill-koltivatur. B’dana kollu, meta l-iżbal jirreferi għall-elementi fattwali relevanti għall-kalkolazzjoni tal-pagament ikkonċernat, l-ewwel subparagrafu għandu jkun japplika biss jekk id-deċiżjoni għall-irkupru ma kienetx ikkomunikata fi żmien 12 il-xhar mill-pagament. 6. L-obbligazzjoni għar-rifużjoni referuta fil-paragrafu 1 m’għandhiex tkun tapplika jekk aktar minn 10 snin ikunu skadew bejn id-data tal-pagament ta’ l-għajnuna u d-data li fiha l-benefiċjarju jkun notifikat għall-ewwel darba mill-awtorità kompetenti li l-pagament magħmul ma kienx dovut. B’dana kollu, il-perijodu referut fl-ewwel sentenza għandu jkun limitat għal erba snin jekk il-benefiċjarju ma jkunx aġixxa in bona fede. 7. Ammonti li għandhom ikunu rkuprati b’konsegwenza ta’ tnaqqis u esklużjonijiet applikati permezz ta’ dan it-Titolu għandhom ikunu suġġetti għal perijodu ta’ limitazzjonijiet ta’ erba snin. 8. Il-paragrafi 5 u 6 m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ avvanzi. 9. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammonti ta’ EUR 100 jew anqas, li ma jinkludux l-imgħax, għal kull kultivatur u għal kull perijodu premium, basta li l-liġi nazzjonali tagħhom tkun tipprovdi għal nuqqas ta’ rkupru f’każi bħal dawn. 10. L-għajnuna rkuprata għandha titħallsu lill-aġenzija jew lid-dipartimenti u mnaqqsa min-nefqa finanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija. Artikolu 63 Tnaqqis u esklużjonijiet fil-każi ta’ dikjarazzjoni żejda għall-għajnuna taż-żona 1. Fil-każ ta’ għajnuna koperta bit-Titolu I, meta ż-żona ddikjarata għal grupp ta’ uċuħ teċċedi ż-żona rrekordjata matul il-verifika, l-għajnuna għandha tkun ikkalkolata fuq il-bażi taż-żona rrekordjata, mnaqqas minnha darbtejn id-differenza misjuba, meta dan ikun aktar minn 3 % jew żewġ ettari imma mhux aktar minn 20 % taż-żona determinta. Meta d-differenza misjuba tkun aktar minn 20 % taż-żona rrekordjata, l-ebda għajnuna taż-żona m’għandha tkun mogħtija għall-grupp ta’ l-uċuħ ikkonċernati. 2. Jekk, fir-rigward taż-żona globali ddeterminata, koperta b’applikazzjoni għall-għajnuna permezz ta’ skemi ta’ l-għanjnuna koperti bit-Titoli I, iż-żona ddikjarata teċċedi ż-żona misjuba b’aktar minn 30 %, l-għajnuna li l-koltivatur jista jitlob permezz ta’ dawk l-iskemi ta’ l-għajnuna għandha tkun miċħuda għal kull sena kalendarja kkonċernata. Jekk id-differenza hija aktar minn 50 %, il-koltivatur għandu wkoll ikun penalizzat b’ammont egwali għall-ammont miċħud permezz ta’ l-ewwel subparagrafu. Dak l-ammont għandu jkun miżmum mill-pagamenti ta’ l-għajnuna permezz ta’ xi skema ta’ għajnuna koperta b’dan ir-Regolament jew li dwarha l-koltivatur ikun intitolat permezz ta’ l-applikazzjonijiet ippreżentati matul it-tlett snin kalendarji li jsegwu s-sena ta’ meta dan ikun żvelat. Artikolu 64 Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet 1. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom f’dan it-Titolu m’għandhomx ikunu applikati meta l-koltivaturi jkunu ppreżentaw informazzjoni fattwali u korretta jew inkella jkunu jistgħu juru li huma m’għandhomx tort. 2. It-tnaqqis u l-esklużjonijiet li hemm provvediment dwarhom f’dan it-Titolu m’għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet jekk applikazzjoni għal għajnuna li l-koltivatur jinforma lill-awtorità kompetenti bil-miktub li ma humiex korrettii jew li ma jkunux aktar baqgħu korretti sa minn meta kienet sareti il-preżentazzjoni, basta li l-awtorità kompetenti ma tkunx diġa informat lill-koltivatur bl-intenzjoni tagħha li twettaq il-verifika fuq il-post jew b’xi irregolarità fl-applikazzjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-koltivatur kif referuta fl-ewwel subparagrafu, l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun aġġustata sabiex tirrefletti s-sitwazzjoni attwali. Artikolu 65 Force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali 1. Il-koltivaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-kitba ta’ dawk il-każi ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali, b’evidenza relevanti għas-sodisfazzjon ta’ dik l-awtorità, fi żmien 10 jiem ta’ xogħol mid-data li fiha dawn ikunu għall-ewwel darba fil-pożizzjoni biex jgħamlu hekk. 2. L-awtorità kompetenti tista tirrikkonoxxi ċirkostanzi eċċezzjonali f’każi bħal ma huma, per eżempju: (a) il-mewt tal-koltivatur; (b) l-inkapaċità okkupazzjonali f’termini fit-tul tal-koltivatur; (ċ) diżastri naturali severi li sostanzjalment jaffettwaw l-art agrikola tal-qasam. Artikolu 66 Tneħħija ta’ l-approvazzjoni L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirtiraw l-approvazzjoni kif referuta fl-Artikolu 42 meta l-impenji li dwarhom l-approvazzjoni bħal dik ma tkunux ġiet imwettqa. Huma jistgħu jissospendu l-pagament ta’ l-għajnuna għal waħda jew aktar snin tas-suq jiddependi mis-serjetà ta’ l-irregolaritajiet skoperti. Il-KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 67 Miżuri nazzjonali addizzjonali L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment rigward il-verifiki fuq kwantitajiet ta’ kannamieli kkunsinjati għall-iskopijiet ta’ l-għajnuna koperta bil-Kapitolu III tat-Titolu II. Artikolu 68 Notifiki 1. L-Istati Membri kkonċenrati għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjoni mhux aktar tard mil: (a) it-30 ta’ April, biż-żoni koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna permezz tal-Kapitolu II tat-Titolu I għas-sena tas-suq kurrenti u li dwarha l-għajnuna tkun attwalment ġiet imħallsa; (b) il-31 ta’ Mejju: - biż-żoni koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu I għas-sena tas-suq preċedenti u li dwarha l-għajnuna tkun attwalment ġiet imħallsa, - il-kwantitajiet koperti bil-kuntratti għas-sena tas-suq kurrenti, maqsuma bil-kategorija jew bil-prodott; (ċ) it-30 ta’ Ġunju, rapport dwar l-implementazzjoni tal-miżuri koperti b’dan ir-Regolament fis-sena tas-suq preċedenti li turi partikolarment: - il-kwantitajiet li dwarhom l-għajnuna u l-għajnuna miżjuda koperta bit-Titolu III tkun ġiet imħallsa, imqassma bil-prodott, stabbilita fil-parti A ta’ l-Anness II, III jew IV, - il-kwantitajiet li jikkwalifikaw għall-għajnuna koperta bit-Titolu IV, imqassma bil-prodott, u l-valur medju tagħhom fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 40(4); (d) għall-għajnuna koperta bis-sezzjoni II tal-kapitolu II tat-Titolu III, fi żmien 45 jum tax-xogħol li jsegwu t-tmiem ta’ kull sena tas-suq, il-Portugall għandu jinnotifika lill-Kummissjoni: - biż-żoni u l-ammont globli li dwarhom ir-rata dritta ta’ għajnuna kull ettaru tkun ġiet miluba u mħallsa, - bil-kwantitajiet ta’ zokkor abjad prodott u l-ammont globali ta’ l-għajnuna mħallsa għall-ipproċessar speċjali; (e) għall-għajnuna koperta bis-sezzjoni I tal-Kapitolu II tat-Titolu III, fi żmien 45 jum tax-xogħol li jsegwu t-tmiem ta’ kull sena kalendarja, Franża u l-Portugall għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni: - it-total tal-kwantitajiet ta’ xiropp taz-zokkor, xiropp tas-sukrożju u r-rum agrikolu koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, espressi bħala zokkor abjad jew ettolitri ta’ alkoħol pur, - bir-raffineriji u d-distillaturi li jirċievu l-għajnuna, - bl-għajnuna akwistata u l-kwantità ta’ xiropp taz-zokkor, xiropp tas-sukrożju jew tar-rum agrikolu prodott minn kull raffinerija jew impjant tad-distillazzjoni. 2. Qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq, Franza għandha tinnotifika l-prezzijiet minimi referuti fit-Titolu II, stabbiliti b’konformità ma l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 għal kull kategorija ta’ prodotti stabbiliti fl-Anness I u għandha tispeċifika fir-rapport tagħha ta’ l-implementazzjoni: - il-kwantitajiet ta’ vanilla ħadra u żejt essenzjali tal-ġeranjum u l-vetiver li jikkwalifika għall-għajuna koperta bil-Kapitolu II tat-Titolu II, - il-kwantitajiet ta’ materja prima li jikkwalifikaw għall-għajnuna koperta bil-Kapitolu I tat-Titolu III, iqassma bi prodott kif stabbilit fil-parti A ta’ l-Anness I, u l-kwantitajiet, espressi f’piż nett, ta’ prodotti kompluti mqassma bi qbil mal-parti B ta’ l-Anness I. 3. Il-Portugall għandu jinnotifika lil-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena bil-kwantitajiet ta’ ananas maħsuda li dwarhom l-għajnuna tkun imħallsa. 4. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni immedjetament bil-każi li huma jirrikonoxxu bħala force majeur jew biċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-kontinwament għall-intitolar għall-għajnuna. 5. Għall-għajnuna koperta bil-Kapitolu III tat-Titolu II, Franza għandha tinnotifika lill-Kummissjoni: (a) fi żmien erba xhur li jsegwu d-dħul b’effett ta’ dan ir-Regolament: - bil-kriterja għad-determinazzjoni ta’ l-unità ta’ l-ammonti mogħtija lill-produtturi, - bil-miżuri addizzjonali adottati permezz ta’ l-Artikolu 67; (b) fir-rapport annwali li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, għal kull dipartiment: - bit-total tal-kwantitajiet ta’ kannamieli, espressi f’tunnellati, koperti bl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, - bit-total ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna u l-varjazzjoni fl-ammonti ta’ l-għajnuna għal kull tunnellata trasportata, - b’xi kambjamenti għall-kriterja u miżuri addizzjonali referuti fil-punt (a). Artikolu 69 Organizzazzjonijiet tal-produtturi fir-dipartimenti mbiegħda Franċiżi L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 412/97 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. Il-KAPITOLU V Dispożizzjonijiet finali Artikolu 70 Tħassir Ir-Regolamenti (KEE) Nru 980/92, (KEE) Nru 2165/92, (KEE) Nru 2311/92, (KEE) Nru 3491/92, (KEE) Nru 3518/92, (KE) Nru 1524/98, (KE) Nru 2477/2001, (KE) Nru 396/2002, (KE) Nru 738/2002, (KE) Nru 1410/2002 u (KE) Nru 1491/2002 huma b’hekk imħassra. Artikolu 71 Dħul fis-seħħ u l-applikar Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2002, apparti milli għall-għajnuna referuta fl-Artikolu 1(b), (c), (f) u (g) u għall-għajnuna għall-banana apparti milli x-xerbitelli prodotti fil-Guiana Franċiża u Réunion moghtija permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu IV, li għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2002. L-Artikolu 53 m’għandux ikun japplika għal kuntratti annwali konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 jew l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001. Għall-2003, għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna li għandha tkun mogħtija permezz ta’ l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001, l-istatus tal-benefiċjarju għandu jkun assessjat fil-waqt li fih l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun ippreżentata. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11. [2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26. [3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 45. [4] ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 11. [5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. [6] ĠU L 285, tat-23.10.2002, p. 13. [7] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 980/92 tal-21 ta’ April li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikar tal-iskema ta’ l-għajnuna għall-marketing tar-ross prodott fil-Guiana Franċiża, l-Martinique u l-Guadeloupe (ĠU L 104, tat-22.4.1992, p. 31); ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 625/98 (ĠU L 85, ta’ l-20.3.1998, p. 6). [8] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2165/92 tat-30 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għal Madeira u l-Ażores f’dak li jirrigwardja l-patata u l-indivja (ĠU L 217, tal-31.7.1992, p. 29); Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1984/96 (ĠU L 264, tas-17.10.1996, p. 12). [9] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2311/92 tat-31 ta’ Lulju 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi adottati fir-rigward tal-frott, il-ħxejjex, il-pjanti u l-fjuri għall-benefiċju ta’ l-Ażores u l-Madeira (ĠU L 222, 7..8.1992, p. 24); Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/93 (ĠU L 142, tat-12.6.1993, p. 27). [10] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3491/92 tat-2 ta’ Diċembru 1992 li jikkonċerna l-għoti fl-Ażores ta’ għajnuna b’rata dritta għall-produzzjoni tal-pitravi taz-zokkor u għajnuna speċjali għall-ipproċessar tal-pitravi taz-zokkor f’zokkor abjad (ĠU L 353, tat-3.12.1992, p. 21); ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1713/93 (ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 94). [11] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3518/92 tat-4 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi għall-Ażores f’dak li jirrigwardja l-produzzjoni ta’ l-ananas (ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 21); Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/93. [12] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1524/98 tat-16 ta’ Lulju 1998 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi adottati fir-rigward tal-frott, il-ħxejjex, il-pjanti u l-fjuri għall-benefiċju tad-dipartiment mbiegħa Franċiżi (ĠU L 201, 17..7.1998, p. 29); Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 21/2002 (ĠU L 8, tal-11.1.2002, p. 15). [13] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2477/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 rigward l-għajnuna għat-trasport tal-kannamieli taz-zokkor fid-dipartimenti mbiegħa Franċiżi (ĠU L 334, tat-18.12.2001, p. 5). [14] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 396/2002 tat-1 ta’ Marzu 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi adottati rigward il-frott, il-ħxejjex, il-pjanti u l-fjuri għall-benefiċċju tal-Gżejjer Kanarji (ĠU L 61, tat-2.3.2002, p. 4). [15] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 738/2002 tad-29 ta’ April 2002 li jikkonċerna l-għajnuna għall-ipproċessar tal-kannamieli taz-zokkor f’sukrożju taz-zokkor fid-dipartimenti mbiegħa Franċiżi (ĠU L 113, tat-30.4.2002, p. 13). [16] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/2002 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2002 li jikkonċerna l-għajnuna għall-ipproċessar tal-kannamieli taz-zokkor f’xiropp taz-zokkor jew f’rum agrikolu fil-Madeira (ĠU L 205, tat-2.8.2002, p. 24). [17] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1491/2002 tal-20 ta’ Awwissu 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-miżuri speċifiċi dwar l-inbid fir-reġjuni l-aktar imbieghda introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1453.2001 u (KE) Nru 1454/2001 (ĠU L 224, tal-21.8.2002, p. 49); Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1796/2002 (ĠU L 272, ta’ l-10.10.2002, p. 19). [18] ĠU L 64, tas-6.3.2001, p. 16. [19] ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 4. [20] ĠU L 62, ta’ l-4.3.1997, p. 16. [21] ĠU L 153, tat-8.6.2001, p. 10. [22] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103. [23] ĠU L 176, tad-29.6.2001, p. 14. [24] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. [25] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. [26] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. [27] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5. -------------------------------------------------- L-ANNESS I DEPARTEMENTI MBIEGĦDA FRANĊIŻI Parti A Il-Prodotti referuti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 Il-kwantitajiet massimi għal kull sena tas-suq kif referuti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, L-ammonti ta’ għajnuna kif referuti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | ex070310 | Basal għal rougail u achards | 8320 | 216 | ex07061000 | Karroti għal rougail u achards | ex07099090 | Chayotes, breadfruit (frott tal-ħobż) | 08030011 | Xerbitelli (d-dipartimenti mbiegħda Franċiżi kollha) | 08030019 | Banana apparti milli xerbitelli (Guiana Franċiża u Réunion) | 08043000 | Ananas (apparti milli fil-Martinique) | 081010 | Frawli | ex08109095 | Guwava tal-frawli | ex08109095 | Ambarelli | B | ex070490 | Kaboċċi għal rougail u achards | 1550 | 354 | ex07099090 | L-ilbieba tal-qara' tat-turban | 071410 | Manjokk | 07142010 | Patata ħelwa | ex071490 | Daċini | ex080520 | Mandolini tangor | 08055090 | Xkomp | 08072000 | Pawpaw | ex08109030 | Jackfruit, lychees, rambutans | ex08109040 | Karamboli | ex08109095 | Berquq ta' l-Antilli, ċirasa ta' Surinam, soursops | ex08045000 | Guwava | C | 07032000 | Tewm għal rougail u achards | 560 | 412 | 07096099 | Bżar | 07082000 | Fażola għal rougail u achards | ex071490 | Jamm | ex08045000 | Mangi | ex08059000 | Kombava | ex08109040 | Frott tal-pasjoni, maracujas u granadillas | PARTI B Prodotti kif referuti fl-Artikolu 13(2) Kodiċi NM | Prodott | ex0710 | Ħxejjex, iffriżati, mhux imsajjra | ex0712 | Ħxejjex imqadda | ex0714 | Ħxejjex imqadda | 2001 | Frott u ħxejjex ippreservati fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku | 20049098 | Ħxejjex iffriżati | ex200590 | Preservattivi tal-ħxejjex u ħxejjex, sterilizzati fil-vakwu | ex200600 | Frott ippreservat fiz-zokkor | 2007 | Kunserva tal-frott, ġelatini tal-frott, marmellati, purea u dlik tal-frott jew tal-ġewż | ex2008 | Polpa tal-frott | 2009 | Ġulepp tal-frott | 200820 | Ananas (apparti milli fil-Martinique) | -------------------------------------------------- L-ANNESS II DEPARTEMENTI MBIEGĦDA FRAN¬IŻI Il-Prodotti referuti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 Il-kwantitajiet massimi kif referuti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru FROTT U ĦXEJJEX Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | 070190 | Patata | 7800 | 80 | 160 | ex070610 | Karroti | ex07070005 | Ħjar | 07099090 | Kajjotti, breadfruit (frott tal-ħobż) | 08030011 | (d-dipartimenti mbiegħda Franċiżi kollha) | 08030019 | Banana apparti milli xerbitelli (Guiana Franċiża u Réunion) | 08043000 | Ananas | 08071100 | Dulliegħ | B | 07020000 | Tadam | 13000 | 120 | 241 | ex070310 | Basal | ex0704 | Kaboċċi | ex0705 | Ħxejjex | 07099010 | tal-ħass ta' l-insalata apparti milli ħass u ċikwejra | 07093000 | Brunġiel | 07142010 | Patata ħelwa | 07099070 | Qargħa bagħli | ex07149011 | Daxini, taro | ex07096010 | Bżar ħelu | ex07096099 | Bżar oħrajn | ex07099090 | L-ilbieba tal-qara' tat-turban | 08044000 | Avokado | ex08045000 | Mangi | ex0805 | Frott taċ-ċitru (larinġ, mandolini, lumi u skomp, tronġ u pomeli) | 08071900 | Bettieħ | 08072000 | Papajja | ex08109030 | Lychees, rambutans | ex08109085 | Guwava tal-frawli | C | 07032000 | Tewm | 700 | 158 | 315 | 070820 | Fażola ħadra | 081010 | Frawli | ex08109040 | Frott tal-pasjoni, maracujas granadilla | 080930 | Ħawħ | ex071490 | Jamm | 07099090 | Kombo | ex091010 | Ġinġer | ex09103000 | Turmerik (kurkuma) | Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (unitajiet) | Għajnuna (EUR/unitajiet) | Għajnuna (EUR/unitajiet) | A | ex06031080 | Fjuri tropikali (anturjum normali, alpini, ħelikonji, warda tal-porċellana, strelit-zias) | 2640000 | 150 | 157 | ex06049990 | Weraq (arekas, kariotas) | 06029091 | Pjanti tal-fjuri bil-blanzuni jew il-fjuri | C | ex06031080 | Fjuri tropikali (anturjum ibridu, Kanna indika) | 2500000 | 300 | 315 | ex06031030 | Orkideji | 06031010 | Ward | ex06049990 | Weraq (dracaena, alocasia) | 06029091 | Pjanti tal-fjuri (ġeranium, pelargonium, begonia, …) | -------------------------------------------------- ANNEX III AŻORES Il-Prodotti kif referuti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 Il-kwantitajiet massimi kif referuti fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru FROTT U ĦXEJJEX Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | 07099090 | Frott u ħxejjex oħrajn mhux imsemmija x'imkien ieħor | 60000 | 100 | 200 | 070190 | Parata oħra | 07031019 | Basal żgħir | 07041000 | Pastard u brokkli tar-ras | 07049090 | Pastard ieħor mhux imsemmi x'imkien ieħor | 07049010 | Kaboċċi ħomor | 070410 | Pastard | 07049090 | Kaboċċi ¬iniżi | 07097000 | Spinaċi | 07089000 | Ħxejjex legumini oħrajn | 07061000 | Nevew | 071333 | Fażola | 08044000 | Avokado | 080300 | Banana | 08045000 | Guwava | 080510 | Larinġ | 080520 | Mandolini/tanġerini | 080550 | Lumi | B | 07039000 | Kurrat | 10000 | 150 | 300 | 07094000 | Krafes | 0705 | Ħass u ċikwejra | 07099020 | Salvelinus | 07069090 | Pitravi (ħamra) | 071420 | Patata ħelwa | 07149090 | Parata oħra | 07069090 | Ravanell (abjad) | 07070005 | Ħjar | 07099060 | Qamħ-ir-rum (ħelu) | 070960 | Bżar | 0709 | Ħxejjex oħrajn | C | 070990 | Oħrajn | 7000 | 200 | 400 | 07032000 | Tewm | 07099090 | Oħrajn | 07081000 | Piżelli | 07082000 | Fażola ħadra | 07099090 | Oħrajn | 0709 | Ħxejjex oħrajn mhux imsemmija x'imkien ieħor | 0810 | Frott frisk ieħor | 080810 | Tuffieħ | 0810 | Kiwi | 080520 | Klementini | 08053090 | Xkomp | 08071900 | Bettiegħ ieħor | 0810 | Marakujja | 0810 | Frawli | 0810 | Frott frisk ieħor | 08072000 | Papajja | 08061010 | Għeneb tal-mejda | 08024000 | Qastan | Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | 0902 | Te pekoe oranġjo | 10 | 1480 | 2960 | B | 0902 | Te pekoe | 10 | 1090 | 2180 | C | 0902 | te tal-werqa mfarrka | 5 | 440 | 880 | A | 0904 | Bżar | 20 | 230 | 460 | A | 040900 | Għasel | 110 | 250 | 500 | PJANTI ĦAJJIN U FJURI Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Kategorija A:Basal u rizzomi A1 | 060110 | Basal u rizzomi bil-valur ta'EUR 0,10 sa EUR 0,15 l-waħda | 100000 | 0,010 | 0,015 | A2 | 060110 | Basal u rizzomi bil-valur ta'EUR 0,16 sa EUR 0,30 l-waħda | 100000 | 0,015 | 0,020 | Kategorija B:Fjuri ħajjin, żraġen u tilqim B1 | 0602 | Fjuri ħajjin, żraġen u tilqim bil-valur ta' EUR 1 sa EUR 3 il-waħda | 46000 | 0,20 | 0,25 | B2 | 0602 | Fjuri ħajjin, żraġen u tilqim bil-valur ta' EUR 3,01 sa EUR 5 il-waħda | 10000 | 0,40 | 0,45 | B3 | 0602 | Fjuri ħajjin, żraġen u tilqim bil-valur ta' EUR 5,01 sa EUR 10 il-waħda | 1000 | 0,70 | 0,75 | B4 | 0602 | Fjuri ħajjin, żraġen u tilqim bil-valur ta' EUR 10,01 sa EUR 20 il-waħda | 1000 | 1,5 | 1,75 | Kategorija C:Fjuri friski C1 | 060310 | Fjuri friski bil-valur ta' EUR 0,20 sa EUR 0,40 il-waħda | 65000 | 0,030 | 0,035 | C2 | 060310 | Fjuri friski bil-valur ta' EUR 0,41 sa EUR 0,70 il-waħda | 30000 | 0,055 | 0,060 | C3 | 060310 | Fjuri friski bil-valur ta' EUR 0,71 sa EUR 1,5 il-waħda | 25000 | 0,22 | 0,30 | C4 | 060310 | Fjuri friski bil-valur akbar minn EUR 1,5 il-waħda | 20000 | 0,50 | 0,55 | Kategorija D:Ħaxix, weraq u friegħi, friski u mqadda D1 | 0604 | Ħaxix, weraq u friegħi, friski u mqaddabil-valur ta' EUR 0,05 sa EUR 0,15il-waħda | 725000 | 0,10 | 0,15 | D2 | 0604 | Ħaxix, weraq u friegħi, friski u mqaddabil-valur ta' EUR 0,16 sa EUR 0,30il-waħda | 25000 | 0,22 | 0,25 | D3 | 0604 | Ħaxix, weraq u friegħi, friski u mqaddabil-valur ta' EUR 0,31 sa EUR 0,50il-waħda | 10000 | 0,40 | 0,45 | D4 | 0604 | Ħaxix, weraq u friegħi, friski u mqaddabil-valur akbar minn EUR 0,51il-waħda | 10000 | 0,50 | 0,55 | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV MADEIRA Il-Prodotti kif referuti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 Il-kwantitajiet massimi kif referuti fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru FROTT U ĦXEJJEX Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | ex07031019 | Basal ieħor | 1500 | 100 | 200 | ex07061000 | Karroti | ex07061000 | Nevew | ex07069090 | Oħrajn | ex071420 | Patata ħelwa | ex07149090 | Jamm | 080711 | Dulliegħ | B | ex07039000 | Kurrat | 1000 | 125 | 250 | ex07049090 | Kaboċċi oħrajn | ex07069090 | Pitravi (ħamra) | ex07089000 | Ful | 07099060 | Qamħ-ir-rum (ħelu) | 0709 | Ħxejjex oħrajn mhux imsemmija x'imkien ieħor | 080510 | Larinġ | 08055010 | Lumi | 080810 | Tuffieħ | 08082050 | Lanġas | ex080930 | Ħawħ | 08094005 | Għanbaqar | 0810 | Frott tropikali ieħor mhux imsemmi x'imkien ieħor | C | 07020000 | Tadam | 750 | 150 | 300 | 07041000 | Pastard u brokkli | ex0705 | Ħass | 07070005 | Ħjar | 07081000 | Piżelli | 07099010 | Ħxejjex ta' l-insalata | 07099070 | Qargħa bagħli | ex07099090 | Frott u Ħxejjex oħrajn | ex08024000 | Qastan | 08043000 | Ananas | ex08044000 | Avokado | ex08045000 | Guwava | ex08052050 | Mandolini | 08091000 | Berquq | 08105000 | Kiwi | D | 07032000 | Tewm | 250 | 150 | 300 | 07082000 | Fażola | ex07096010 | Bżar ħelu | ex07099090 | Frott u ħxejjex oħrajn mhux imsemmija x'imkien ieħor | 08023100 | Ġews fil-qoxra | ex08045000 | Mangi | 08052070 | Tanġerini | 08061010 | Għeneb frisk għall-mejda | 08072000 | Papajja | 08092095 | Ċirasa | 08101000 | Frawli | ex08109040 | Frott tal-pasjoni | ex08109095 | Frott tropikali ieħor | E | 070190 | Patata | 10000 | 80 | 240 | FJURI MAQTUGĦIN FRISKI Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (unitajiet) | Għajnuna (EUR/unitajiet) | Għajnuna (EUR/unitajiet) | A | 06031010 | Ward, | 500000 | 100 | 200 | 06031020 | Qronfol, | 06031040 | Gladjoli, | 06031050 | Kriżantemji; | 06031080 | oħrajn (friski); | 06039000 | oħrajn (mhux friski). | B | ex06031080 | Ħelikonji | 400000 | 120 | 240 | C | 06031080 | Protea | 150000 | 120 | 240 | D | 06031030 | Orkideji | 650000 | 140 | 280 | 06031080 | Anthurium | E | 06031080 | Strelizzi | 400000 | 140 | 280 | -------------------------------------------------- L-ANNESS V IL-GŻEJJER KANARJI Il-Prodotti kif referuti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 Il-kwantitajiet massimi kif referuti fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru L-ammonti ta’ għajnuna kif referuti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 FROTT U ĦXEJJEX Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (tunnellati) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | Għajnuna (EUR/tunnellata) | A | ex070310 | Basal | 16320 | 40 | 120 | 070490 | Kaboċċi | 07099060 | Qamħ-ir-rum (ħelu) | ex07099090 | Qargħa aħmar | ex0709 | Ħxejjex oħrajn mhux imsemmija x'imkien ieħor | 08054000 | Tronġ | 08055010 | Lumi | 08071100 | Dulliegħ | ex08071900 | Bettieħ | B | 07032000 | Tewm | 32830 | 90 | 180 | ex07039000 | Kurrat | 07041000 | Pastard | 0705 | Ħass u ċikwejra | ex07061000 | Karroti | 07070005 | Ħjar | 07093000 | Brunġiel | 07094000 | Krafes | ex07096010 | Bżar | 07099020 | Salvelini (pitravi tal-fidda) u karduni | 07099070 | Qargħa bagħli | 071420 | Patata ħelwa | 080510 | Larinġ | ex080520 | Mandolini | 08061010 | Għeneb tal-mejda | 080810 | Tuffieħ | 080820 | Lanġas | 08091000 | Berquq | 080930 | Lanġas u nettarini | 08094005 | Għanbaqar | ex08109095 | Frott mhux-tropikali ieħor mhux imsemmi x'imkien ieħor | C | 07082000 | Fażola ħadra | 14550 | 120 | 210 | ex07097000 | Spinaċi | ex070990 | Krexxun | ex0802 | Lews | 08042010 | Tin frisk | 08043000 | Ananas | 08044000 | Avokado | ex08045000 | Mangi | 08072000 | Papajja | 08101000 | Frawli | ex08109095 | Tin tal-barbarija u frott tropikali ieħor mhux imsemmi x'imkien ieħor | D | 070190 | Patata miġbura mill-1 ta' April sal-31 ta'Diċembru | 30000 | 60 | 150 | FJURI U PJANTI ĦAJJIN Kolonna I | Kolonna II | Kolonna III | Kolonna IV | Kolonna V | Kategoriji tal-prodott | Kodiċi NM | Prodott | Kwantitajiet (unitajiet) | Għajnuna (EUR/unitajiet) | Għajnuna (EUR/1 000 unitajiet) | Kategorija A:Żraġen A | 06029045 | Żraġen | 24000000 | 10 | 11 | Kategorija B:Fjuri B1 | ex060310 | Fjuri bil-valur ta' EUR 0,07 sa EUR 0,15il-waħda | 8000000 | 18 | 19 | B2 | ex060310 | Fjuri bil-valur ta' EUR 0,16 sa EUR 0,45il-waħda | 6000000 | 40 | 44 | B3 | ex060310 | Fjuri bil-valur ta' EUR 0,46 sa EUR 1,20il-waħda | 1090000 | 60 | 66 | Kategorija C:Pjanti C1 | ex060290 | Pjanti bil-valur ta' EUR 0,15 sa EUR 0,45il-waħda | 2500000 | 45 | 48 | C2 | ex060290 | Pjanti bil-valur ta' EUR 0,46 sa EUR 1,50il-waħda | 1000000 | 222 | 240 | C3 | ex060290 | Pjanti bil-valur ta' EUR 1,51 sa EUR 3,00il-waħda | 750000 | 456 | 480 | C4 | ex060290 | Pjanti bil-valur ta' EUR 3,01 u aktaril-waħda | 500000 | 601 | 637 | -------------------------------------------------- L-ANNESS VI KRITERJI TAR-RIKONOXXIMENT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI APPARTI MILLI DAWK TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU Stati Membri jew reġjuni speċifiċi | Ornaginizzazzjonijiet tal-produtturi L-Artikolu 11(1)(a) il-kategoriji (i) sa (iv) | L-oganizzazzjonijiet tal-produtturi L-Artikolu 11(1)(a) il-kategoriji (vi) u (vii) u l-Artikolu 11(3) | Numru minimuta'produtturi | Volum minimu (EUR milljuni) | Numru minimuta'produtturi | Volum minimu (EUR milljuni) | Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja (apparti milli l-Gżejjer Baleariċi u l-Kanarji),Franza (apparti milli d-dipartimenti imbiegħda), il-Greċja, l-Italja, l-Olanda, l-Awstria, r-Renju Unit (apparti mill-Irlanda ta' Fuq) | 40 jew | 1,5 | 5 | 0,25 | 15 jew | 2,5 | 5 | 3 | Id-Danimarka, l-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq, il-Greċja, il-Gżejjer Baleariċi u Kanarji, il-Portugall (apparti milli mill-Madeira u l-Ażores) | 15 jew | 0,5 | 5… | 1 | Il-Finlandja, l-Isvezja, il-Greċja (Nomoi (reġjuni) apparti minn dawk taħt u) | 10 jew | 0,25 | 5… | 0,5 | Il-(Gżejjer) Griegi, il-Lusemburgu, l-Madeira u l-Ażores, id-Dipartimenti mbiegħda Franċiżi | 5 | 0,1 | 5 | 0,1 | --------------------------------------------------