EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0002

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri li japplikaw il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u li japplikaw il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja

ĠU L 1, 4.1.2003, p. 26–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2/oj

32003R0002



Official Journal L 001 , 04/01/2003 P. 0026 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003

tad-19 ta’ Diċembru 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri li japplikaw il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u li japplikaw il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kunsill huwa fil-proċess li jikkonkludi Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, li kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Ottubru 2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni").

(2) Fl-istess ħin, fid-29 ta’ Ottubru 2001 il-Kunsill ikkonkluda Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra [1] (minn hawn ‘il quddiem msejjaħ "Ftehim Temporanju"). Il-Ftehim Temporanju daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2002 imma applika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2002.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 [2] iniżżel ċerti proċeduri għall-applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dawn il-Ftehim. Huwa, madankollu, neċessarju li jitniżżlu proċeduri għall-applikazzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet addizzjonali ta’ dawn il-Ftehim.

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Diċembru 1999 li tniżżel proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [3].

(5) Fir-rigward tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ, huwa xieraq li jitniżżlu disposizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw ir-regoli ġenerali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [4].

(6) Dan ir-Regolament għandu jkompli japplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 għandhom ikunu inseriti l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 7a

Klawżola ġenerali ta’ salvagwardja u klawżola ta’ nuqqas

1. Meta Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri kif previst fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, huwa għandu jipprovvdi lill-Kummissjoni, flimkien mat-talba, bl-informazzjoni meħtieġa li tiġġustifikaha.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun assisstita mill-Kumitat ta’ Konsulenza stabbilit bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 [5].

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

5. Fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkunu sodisfatti, għandha:

- tavża lill-Istati Membri immedjatament, jekk tkun qed taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew, jekk tkun qed twieġeb għal talba ta’ Stat Membru, tavża fi żmien ħames ġranet utli mid-data ta’ l-irċevuta tat-talba,

- tikkonsulta l-Kumitat dwar il-miżuri proposti,

- fl-istess ħin tinforma lil Kroazja u għandha tavżaha bil-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif previst fl-Artikolu 25(4) u l-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, wara fl-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni,

- fl-istess ħin tipprovvdi lill-Kumitat Temporanju, u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawn il-konsultazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

6. Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tista’ tiddeċiedi dwar il-miżuri xierqa msemmija fl-Artikolu 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Dik id-Deċiżjoni għandha tkun avżata immedjatament lill-Kunsill; għandha wkoll tkun avżata lill-Kumitat Temporanju, u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Dik id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli b’mod immedjat.

7. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem min-notifika tagħha.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn.

8. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tiħux miżuri kif previst f’L-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandha tinforma lill-Kunsill b’dan fi żmien ħamest ijiem utli mir-riċevuta tat-talba mingħand l-Istat Membru.

Kull Stat Membru għandu jirreferi dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem utli min-notifika tagħha.

Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jindika l-intenzjoni tiegħu li jadotta deċiżjoni differenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kroazja immedjatament b’dan u għandha tavżaha bil-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif imsemmi f’L-Artikoli 25(3) u (4) u fl-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 38(3) u (4) u fl-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

9. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn mill-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet mal-Kroazja fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

10. Il-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom jitqiesu bħala konklużi 30 jum wara in-notifika msemmija f’paragrafi 5 u 8.

Artikolu 7b

Ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi

1. Meta jinqalgħu ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċI fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara fi ħdan l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif previst f’L-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu Deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem utli mill-irċevuta tat-talba.

2. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kunsill bid-Deċiżjoni tagħha.

3. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem utli mill-irċevuta tan-notifika ta’ dik id-Deċiżjoni.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn.

Artikolu 7c

Klawżola ta’ salvagwardja għall-prodotti agrikoli u tas-sajd

Minkejja l-proċeduri mniżżla f’L-Artikoli 7a u 7b, miżuri neċessarji li jikkonċernaw il-prodotti agrikoli u tas-sajd fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 18 jew 25 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikoli 31 jew 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet fl-Annessi li jkopru dawn il-prodotti kif ukoll fuq il-Protokoll 3, jistgħu jittieħdu skond il-proċeduri previsti mir-regoli rilevanti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, jew skond disposizzjonijiet speċifiċi adottati skond l-Artikolu 308 tat-Trattat u applikabbli għal prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd, bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 31 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew l-Artikolu 25(3), (4) u (5) tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikoli 38(3), (4) u (5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkunu sodisfatti.

Artikolu 7d

Dumping

Fil-każ ta’ prattika li tkun obbligata li tiggarantixxi applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri provduti fl-Artikolu 24(1) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 37(1) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping għandha tkun skond id-disposizzjonijiet imniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [6] u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 37(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Artikolu 7e

Kompetizzjoni

1. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 35 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 70 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk prattika bħal din hijiex kompatibbli mal-Ftehim. Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għall-Kunsill, li għandu jaġixxi skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 133 tat-Trattat, minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importi sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [7], meta għandhom jittieħdu miżuriskond il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jittieħdu biss taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 35 [8] tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 70(9) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tikkawża li miżuri jkunu applikati lill-Komunità mill-Kroazja fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 35 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 70 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hijiex kompatibbli mal-prinċipju mniżżel fil-Ftehim Temporanju, u wara mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fejn meħtieġ, għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81, 82 u 87 tat-Trattat.

Artikolu 7f

Frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva

1. Bil-għan li jkun interpretat l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif mitlub għall-verifika ta’ l-evidenza ta’ l-oriġini għandu jfisser, inter alia:

- l-assenza ta’ koperazzjoni amministrattiva, bħan-nuqqas ta’ l-għoti ta’ ismijiet u indirizzi ta’ awtoritajiet tad-dwana u tal-gvern responsabbli mill-ħruġ u l-iċċekkjar taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini, jew ta’ kampjuni ta’ timbri użati biex ikunu awtentikati ċ-ċertifikati, jew in-nuqqas ta’ aġġornament ta’ din l-informazzjoni fejn xieraq,

- nuqqas ripetut jew azzjoni inadegwata fil-verifika ta’ l-istatus ta’ l-oriġini tal-prodotti u fit-twettiq ta’ rekwiżiti oħra tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u fl-identifikazzjoni jew fil-prevenzjoni ta’ ksur tar-regoli ta’ oriġini,

- rifjut ripetut jew dewmien esaġerat fit-twettiq, fuq talba tal-Kummissjoni, ta’ verifika sussegwenti tal-prova ta’ l-oriġini u biex tikkomunika r-riżultati tagħha fil-ħin,

- rifjut ripetut jew dewmien esaġerat biex tikseb l-awtorizzazzjoni li tmexxi missjonijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva u investigattiva fil-Kroazja, sabiex tivverifika l-awtentiċita tad-dokumenti jew il-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni rilevanti għall-għoti ta’ trattament preferenzali mogħti fil-Ftehim, jew biex twettaq stħarriġ xieraq biex tidentifika jew tevita ksur tar-regoli ta’ oriġini,

- nuqqas ripetut ta’ ħarsien tad-disposizzjonijiet tal-Protokoll 5 dwar l-assisstenza amministrattiva reċiproka fil-kwistjonijiet tad-dwana kemm-il darba din tkun rilevanti għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-kummerċ tal-Ftehim Temporanju, u wara tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2. Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-infomazzjoni provduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, ssib li l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ikunu sodisfatti hija għandha:

- tinforma lill-Kunsill,

- tibda immedjatament konsultazzjonijiet mal-Kroazja, biex issib soluzzjoni xierqa kif provdut f’dawk id-disposizzjonijiet.

Barra minnhekk, hija tista’:

- għandha titlob lill-Istati Membri biex jieħdu dawn il-miżuri prekawzjonali li huma neċessarji sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunità,

- tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jafferma li hemm raġuni għal dubji dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

3. Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skond l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll skond il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5.

4. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92(8).

5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

6. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 7g

Notifika

In-notifika lill-Kumitat Temporanju u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif mitlub mill-Ftehim Temporanju, u wara mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun ir-responsabbilta tal-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Espersen

[1] ĠU L 330, ta’ l-14.12.2001, p. 3.

[2] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 1.

[3] ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.

[4] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

[5] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 (ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 1).

[6] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

[7] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 4).

[8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

--------------------------------------------------

Top