EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0002
Council Regulation (EC) No 2/2003 of 19 December 2002 amending Regulation (EC) No 2248/2001 on certain procedures for applying the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Croatia, of the other part, and for applying the Interim Agreement between the European Community and the Republic of Croatia
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri li japplikaw il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u li japplikaw il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri li japplikaw il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u li japplikaw il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja
OJ L 1, 4.1.2003, p. 26–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 045 P. 192 - 195
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 030 P. 253 - 256
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 030 P. 253 - 256
In force
Official Journal L 001 , 04/01/2003 P. 0026 - 0029
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri li japplikaw il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u li japplikaw il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kunsill huwa fil-proċess li jikkonkludi Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, li kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta’ Ottubru 2001 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni"). (2) Fl-istess ħin, fid-29 ta’ Ottubru 2001 il-Kunsill ikkonkluda Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra [1] (minn hawn ‘il quddiem msejjaħ "Ftehim Temporanju"). Il-Ftehim Temporanju daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2002 imma applika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2002. (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 [2] iniżżel ċerti proċeduri għall-applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dawn il-Ftehim. Huwa, madankollu, neċessarju li jitniżżlu proċeduri għall-applikazzjoni ta’ ċerti disposizzjonijiet addizzjonali ta’ dawn il-Ftehim. (4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Diċembru 1999 li tniżżel proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [3]. (5) Fir-rigward tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ, huwa xieraq li jitniżżlu disposizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw ir-regoli ġenerali msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [4]. (6) Dan ir-Regolament għandu jkompli japplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament (KE) Nru 2248/2001 għandhom ikunu inseriti l-Artikoli li ġejjin: "Artikolu 7a Klawżola ġenerali ta’ salvagwardja u klawżola ta’ nuqqas 1. Meta Stat Membru jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri kif previst fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, huwa għandu jipprovvdi lill-Kummissjoni, flimkien mat-talba, bl-informazzjoni meħtieġa li tiġġustifikaha. 2. Il-Kummissjoni għandha tkun assisstita mill-Kumitat ta’ Konsulenza stabbilit bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 [5]. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. 5. Fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkunu sodisfatti, għandha: - tavża lill-Istati Membri immedjatament, jekk tkun qed taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew, jekk tkun qed twieġeb għal talba ta’ Stat Membru, tavża fi żmien ħames ġranet utli mid-data ta’ l-irċevuta tat-talba, - tikkonsulta l-Kumitat dwar il-miżuri proposti, - fl-istess ħin tinforma lil Kroazja u għandha tavżaha bil-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif previst fl-Artikolu 25(4) u l-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, wara fl-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, - fl-istess ħin tipprovvdi lill-Kumitat Temporanju, u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal dawn il-konsultazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 6. Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tista’ tiddeċiedi dwar il-miżuri xierqa msemmija fl-Artikolu 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Dik id-Deċiżjoni għandha tkun avżata immedjatament lill-Kunsill; għandha wkoll tkun avżata lill-Kumitat Temporanju, u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Dik id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli b’mod immedjat. 7. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 6 lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem min-notifika tagħha. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn. 8. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tiħux miżuri kif previst f’L-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandha tinforma lill-Kunsill b’dan fi żmien ħamest ijiem utli mir-riċevuta tat-talba mingħand l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jirreferi dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem utli min-notifika tagħha. Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jindika l-intenzjoni tiegħu li jadotta deċiżjoni differenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kroazja immedjatament b’dan u għandha tavżaha bil-ftuħ tal-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif imsemmi f’L-Artikoli 25(3) u (4) u fl-Artikolu 26(3) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 38(3) u (4) u fl-Artikolu 39(3) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 9. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn mill-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet mal-Kroazja fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 10. Il-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Temporanju, u wara fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom jitqiesu bħala konklużi 30 jum wara in-notifika msemmija f’paragrafi 5 u 8. Artikolu 7b Ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċi 1. Meta jinqalgħu ċirkustanzi eċċezzjonali u kritiċI fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara fi ħdan l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif previst f’L-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u wara f’L-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu Deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem utli mill-irċevuta tat-talba. 2. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kunsill bid-Deċiżjoni tagħha. 3. Kull Stat Membru jista’ jirreferi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem utli mill-irċevuta tan-notifika ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu Deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn. Artikolu 7c Klawżola ta’ salvagwardja għall-prodotti agrikoli u tas-sajd Minkejja l-proċeduri mniżżla f’L-Artikoli 7a u 7b, miżuri neċessarji li jikkonċernaw il-prodotti agrikoli u tas-sajd fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 18 jew 25 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikoli 31 jew 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet fl-Annessi li jkopru dawn il-prodotti kif ukoll fuq il-Protokoll 3, jistgħu jittieħdu skond il-proċeduri previsti mir-regoli rilevanti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura, jew skond disposizzjonijiet speċifiċi adottati skond l-Artikolu 308 tat-Trattat u applikabbli għal prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd, bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 18 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 31 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew l-Artikolu 25(3), (4) u (5) tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikoli 38(3), (4) u (5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jkunu sodisfatti. Artikolu 7d Dumping Fil-każ ta’ prattika li tkun obbligata li tiggarantixxi applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri provduti fl-Artikolu 24(1) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 37(1) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-introduzzjoni ta’ miżuri kontra d-dumping għandha tkun skond id-disposizzjonijiet imniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [6] u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 37(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Artikolu 7e Kompetizzjoni 1. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Komunità tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 35 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 70 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk prattika bħal din hijiex kompatibbli mal-Ftehim. Fejn meħtieġ għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għall-Kunsill, li għandu jaġixxi skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 133 tat-Trattat, minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra l-importi sussidjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [7], meta għandhom jittieħdu miżuriskond il-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jittieħdu biss taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 35 [8] tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 70(9) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 2. Fil-każ ta’ prattika li tista’ tikkawża li miżuri jkunu applikati lill-Komunità mill-Kroazja fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 35 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 70 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hijiex kompatibbli mal-prinċipju mniżżel fil-Ftehim Temporanju, u wara mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fejn meħtieġ, għandha tieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq il-bażi tal-kriterji li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81, 82 u 87 tat-Trattat. Artikolu 7f Frodi jew nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva 1. Bil-għan li jkun interpretat l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, nuqqas ta’ koperazzjoni amministrattiva kif mitlub għall-verifika ta’ l-evidenza ta’ l-oriġini għandu jfisser, inter alia: - l-assenza ta’ koperazzjoni amministrattiva, bħan-nuqqas ta’ l-għoti ta’ ismijiet u indirizzi ta’ awtoritajiet tad-dwana u tal-gvern responsabbli mill-ħruġ u l-iċċekkjar taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini, jew ta’ kampjuni ta’ timbri użati biex ikunu awtentikati ċ-ċertifikati, jew in-nuqqas ta’ aġġornament ta’ din l-informazzjoni fejn xieraq, - nuqqas ripetut jew azzjoni inadegwata fil-verifika ta’ l-istatus ta’ l-oriġini tal-prodotti u fit-twettiq ta’ rekwiżiti oħra tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u fl-identifikazzjoni jew fil-prevenzjoni ta’ ksur tar-regoli ta’ oriġini, - rifjut ripetut jew dewmien esaġerat fit-twettiq, fuq talba tal-Kummissjoni, ta’ verifika sussegwenti tal-prova ta’ l-oriġini u biex tikkomunika r-riżultati tagħha fil-ħin, - rifjut ripetut jew dewmien esaġerat biex tikseb l-awtorizzazzjoni li tmexxi missjonijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva u investigattiva fil-Kroazja, sabiex tivverifika l-awtentiċita tad-dokumenti jew il-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni rilevanti għall-għoti ta’ trattament preferenzali mogħti fil-Ftehim, jew biex twettaq stħarriġ xieraq biex tidentifika jew tevita ksur tar-regoli ta’ oriġini, - nuqqas ripetut ta’ ħarsien tad-disposizzjonijiet tal-Protokoll 5 dwar l-assisstenza amministrattiva reċiproka fil-kwistjonijiet tad-dwana kemm-il darba din tkun rilevanti għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-kummerċ tal-Ftehim Temporanju, u wara tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 2. Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-infomazzjoni provduta minn Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, ssib li l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara fl-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ikunu sodisfatti hija għandha: - tinforma lill-Kunsill, - tibda immedjatament konsultazzjonijiet mal-Kroazja, biex issib soluzzjoni xierqa kif provdut f’dawk id-disposizzjonijiet. Barra minnhekk, hija tista’: - għandha titlob lill-Istati Membri biex jieħdu dawn il-miżuri prekawzjonali li huma neċessarji sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunità, - tippubblika avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jafferma li hemm raġuni għal dubji dwar l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara ta’ l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 3. Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji skond l-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll skond il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 5. 4. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali mwaqqaf bl-Artikolu 248a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92(8). 5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 6. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 7g Notifika In-notifika lill-Kumitat Temporanju u wara lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif mitlub mill-Ftehim Temporanju, u wara mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun ir-responsabbilta tal-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2002. Għall-Kunsill Il-President L. Espersen [1] ĠU L 330, ta’ l-14.12.2001, p. 3. [2] ĠU L 304, tal-21.11.2001, p. 1. [3] ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23. [4] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1). [5] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 53. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2474/2000 (ĠU L 286, tal-11.11.2000, p. 1). [6] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1). [7] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 4). [8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17). --------------------------------------------------