Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003Q0401(01)

Ir-Regolament finanzjarju tas-27 ta’ Marzu ta’ l-2003 applikabbli għad-9 Fond ta’ Żvilupp Ewropew

ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/03/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_financ/2003/401/oj

32003Q0401(01)

Ir-Regolament finanzjarju tas-27 ta’ Marzu ta’ l-2003 applikabbli għad-9 Fond ta’ Żvilupp Ewropew

Official Journal L 083 , 01/04/2003 P. 0001 - 0031
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 131 - 161


Ir-Regolament finanzjarju

tas-27 ta’ Marzu ta’ l-2003

applikabbli għad-9 Fond ta’ Żvilupp Ewropew

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati ta’ l-Afrika, il-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonou fit-23 ta’ Ġunju ta’ l-2000 [1] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim ta’ l-ACP-KE"),

Wara li kkonsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin mal-Komunità Ewropea ("Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija") [2],

Wara li kkonsidra il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-Iffinanzjar u l-Amminsitrazzjoni ta’ l-Għajnuna lill-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim tas-Sħubija bejn l-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha iffirmat f’Kotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju ta’ l-2000 u l-allokazzjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja għall-tal-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE [3] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim Intern") u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu, il-Kummissjoni [4],

Wara li kkonsidrat l-fehma tal-Qorti ta’ l-Awdituri [5];

Wara li kkonsidrat il-fehma tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment,

BILLI:

(1) Huwa neċessarju li jiġu ddeterminati ir-regoli dettaljati għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lid-9 Fond ta’ Żvilupp Ewropew (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-EDF"), imwaqqaf mill-Ftehim Intern, u għat-tqassim ta’ l-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Barranin li għalihom tapplika Parti Erbgħa tat-Trattat tal-KE.

(2) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li a bażi tagħhom għandha tħaddem il-poteri tagħha l-Qorti ta’ l-Awdituri fir-rigward tal-EDF.

(3) Id-disposizzjonijiet dwar l-iskrutinju mill-Qorti ta’ l-Awdituri tar-riżorsi amministrati mill-EIB jikkonformaw man-natura kontrattwali tal-Ftehim bejn Tliet Partijiet imsemmi fl-Artikolu 248 tat-Trattat.

(4) Għandhom jiġu stabbiliti regoli għat-trattament ta’ kull bilanċ li jifdal mill-EDFijiet ta’ qabel, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-arranġamenti ddettaljati għat-trasferiment tagħhom għad-9 EDF, it-tqassim tagħhom f’diversi strumenti ta’ koperazzjoni li għalihom hemm provdut mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew mid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, u r-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tagħhom.

(5) Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-miżuri addottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

(6) Huwa xieraq li tiġi żgurata l-eżekuzzjoni kif suppost, fil-pront u li tkun effiċjenti tal-programmi u tal-proġetti ffinanzjati taħt il-Ftehim ta’ l-ACP-KE u EIBx jiġu stabbiliti il-proċeduri ta’ l-amministrazzjoni li huma trasparenti u faċli EIBx jiġu applikati, u li jiffaċilitaw id-di-ċentraliżżazzjoni tax-xogħolijiet u tar-responsabbiltajiet.

(7) Id-Deċiżjoni 2/2002 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tas-7 ta’ Ottubru ta’ l-2002 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 28, 29 u 30 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ Kotonou [6] speċifikat ir-regoli ġenerali u l-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratti ta’ xogħolijiet, fornitura jew servizz ffinanzjati mill-EDF, kif ukoll ir-regoli li jiggvernaw il-proċedura, konċiljazzjoni u l-arbitraġġ fir-rigward ta’ tali kuntratti.

(8) Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li magħhom l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Awtorizzazzjoni tal-EDF, li jrid jiġi appuntat mill-Kummissjoni bir-responsabbilta inter alia li jeħles mill-infiq taħt il-EDF, għandu, b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċjal Nazzjonali ta’ l-Awtorizzazzjoni, jagħmel tali arranġamenti skond kif ikun neċessarju sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni kif suppost ta’ l-operazzjonijiet.

(9) Sa fejn ikun possibbli, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju ta’ l-2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [7], (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "ir-Regolament Ġenerali Finanzjarju" għandu, bħala l-iktar parti importanti tar-riforma ta’ l-amministrazzjoni interna tal-Kummissjoni, jiġi kkonsidrat meta jkun qiegħed jitfassal ir-Regolament Finanzjarju għall-EDF, partikolarment bil-għan ta’ integrazzjoni possibbli tar-riżorsi tal-EDF fil-budget tal-Komunitajiet. Fid-dawl ta l-esperjenza miksuba mil-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tippproponi l-emendi għalih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT FINANZJARJU:

L-EWWEL PARTI

DISPOSIZZJONIJIET PRINĊIPALI

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU 1

MATERJA U GĦAN

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-twaqqif u l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tad-9 EDF.

2. Il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltajiet tal-Komunità definiti fl-Artikolu 57 tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE u fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija. Għal dak il-għan, hija għandha tieħu ħsieb l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ l-operazzjonijiet li jitwettqu bir-riżorsi tal-EDF mqassma fil-forma ta’ għajnuna li m’hemmx bżonn titħallas lura, esklużi s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi, u jsiru l-pagamenti fi qbil ma’ dan ir-Regolament.

Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi ħdan ir-responsabbiltà tagħha u fi ħdan il-limiti tar-riżorsi allokati.

3. Il-EIB, waqt li jaġixxi fi ħdan il-Komunità, għandu jamministra l-Faċilità ta’ l-Investiment, kif ukoll is-sussidji tar-rata ta’ l-interessi, u għandu jagħmel l-operazzjonijiet hemm imniżżla, fi qbil mar-regoli stabbiliti f’Parti Tnejn. F’dak il-kuntest, il-EIB għandu jaġixxi għan-nom u għar-riskju tal-Komunità.

Il-EIB għandu jieħu l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ l-operazzjonijiet mwettqa permezz ta’ self mir-riżorsi tiegħu stess, u fejn ikun applikabbli, dawn għandhom jiġu kkombinati mas-sussidji tar-rata ta’ l-interessi miġbuda mir-riżorsi ta’ l-għoti tal-EDF.

4. Id-disposizzjonijiet ta’ dinil-Parti, flimkien ma’ dawk ta’ Parti Tlieta, għandhom japplikaw esklussivament għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF amministrati mill-Kummissjoni. Dawk id-disposizzjonijiet ma jistgħux jiġu interpretati li jagħtu lok għall-obligazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF amministrat mill-EIB.

5. Kemm-il darba ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-riferenzi f’dan ir-Regolament għall-Istati ACP għandhom jitqiesu ukoll li jirreferu għall-korpi jew rappreżentanti ddefiniti f’L-Artikoli 13 u 14 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, li huma jistgħu hekk jagħtuhom mandat sabiex jeżerċitaw ir-responsabbiltajjiet tagħhom taħt dak il-Ftehim.

6. Is-sena finanzjarja għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u tispiċċa fil-31 ta’ Diċembru.

KAPITOLU 2

IL-PRINĊIPJU TA’ L-UNITÀ TA’ KONTIJIET

Artikolu 2

Ir-riżorsi tal-EDF għandu jiġi stabbilit u implimentat fl-euro u l-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-euro.

Madankollu, għall-iskopijiet ta’ l-amministrazzjoni tat-teżor imsemmija fl-Artikolu 26, l-uffiċjal tal-kontijiet jista’ jwettaq l-operazzjonijiet fl-euro, f’muniti oħra u fil-muniti nazzjonali.

KAPITOLU 3

IL-PRINĊIPJU TA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONI

Artikolu 3

Ir-riżorsi tal-EDF għandu jiġi magħżul għal skopijiet speċifiċi skond l-istrumenti prinċipali tal-koperazzjoni, kif deskritt fil-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE u fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

Fir-rigward ta’ l-Istati Afrikani, Karibej u tal-Paċifiku, (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-Istati ACP"), dawk l-istrumenti huma stabbiliti fil-Protokoll Finanzjarju msemmi f’L-Anness I għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE. L-għażla tar-riżorsi għandha tkun ibbażata ukoll fuq id-disposizzjonijiet tal-Ftehim Intern u għandha tikkonsidra r-riserva mhux allokata msemmija fl-Artikolu 2(2) ta’ dak il-Ftehim u tar-riżorsi riservati għall-ispejjeż konnessi ma’ l-implimentazzjoni skond l-Artikolu 4 tiegħu.

Fir-rigward tal-Pajjiżi u Territorji Barranin, (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "il-OCT"), dawk l-istrumenti huma stabbiliti fl-Anness II A tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija. L-għażla ta’ dawk ir-riżorsi għandha tikkonsidra ukoll il-parti riservata mhux allokata msemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ dak l-Anness u tar-riżorsi riservati għall-istudji jew għall-miżuri ta’ l-assistenza teknika skond l-Artikolu 1(1)(ċ) tiegħu.

KAPITOLU 4

IL-PRINĊIPJU TA’ L-AMMINISTRAZZJONI FINANZJARJA SODA

Artikolu 4

1. Ir-riżorsi EDF għandhom jintużaw fi qbil mal-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda, jiġifieri, fi qbil mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.

2. Il-prinċipju ta’ l-ekonomija jitlob li r-riżorsi li jintużaw għall-insegwiment ta’ l-attivitajiet jitqiegħedu għad-disposizzjoni fiż-żmien dovut, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aqwa prezz.

Il-prinċipju ta’ l-effiċjenza huwa kkonċernat bl-aqwa relazzjoni bejn ir-riżorsi mħaddma u r-riżultati miksuba.

Il-prinċipju ta’ l-effettività huwa kkonċernat li jilħaq l-objettivi speċifiċi mfassla u li jikseb ir-riżultati mixtieqa.

3. L-għanijiet għandhom jiġu mfassla u l-kisba ta’ dawk l-għanijiet għandha tiġi mħarsa permezz ta’ indikaturi li jkunujistgħu jitkejlu. Għal dan il-għan, l-użu tar-riżorsi EDF għandu jiġi preċedut minn evalwazzjoni ex ante ta’ l-operazzjoni lit rid ssir u l-operazzjoni għandha tingħata lill-evalwazzjoni ex post bil-għan li tiżgura li r-riżultati mixtieqa jiġġutifikaw il-mezzi użati.

4. Il-programmi jew l-operazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati perjodikament, partikolarment fir-rigward ta’ l-estimi għas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(1), sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit li huma ġustifikati.

KAPITOLU 5

IL-PRINĊIPJU TAT-TRASPARENZA

Artikolu 5

1. Ir-riżorsi tal-EDF għandhom jiġu stabbiliti u implimentati u l-kontijiet ppreżentati b’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

2. L-estimi annwali tar-rabtiet u tal-pagamenti taħt l-Artikolu 10 tal-Ftehim Intern, flimkien mal-kontijiet tal-EDF imsemmija fl-Artikolu 96 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

TITOLU II

RIŻORSI U INFIQ AMMINISTRATTIV

KAPITOLU 1

FORMAZZJONI TAR-RIŻORSI EDF

Artikolu 6

1. Il-EDF għandu jikkonsisti f’:

(a) l-ammont stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern;

(b) skond l-Artikolu 1(2)(b) tal-Ftehim Intern, kull bilanċ li jifdal mill-EDF ta’ qabel kif iddefiniti f’Titolu I ta’ Parti Tlieta ta’ dan ir-Regolament.

2. L-introjtu li jinġabar mill-interessi fuq il-fondi imsemmija fil-paragrafu 1 ddepożitati ma’ l-aġenti tal-ħlas fl-Ewropa imsemmija fl-Artikolu 37 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE għandu jiġi kreditat f’kont tal-bank jew iżjed f’isem il-Kummissjoni, u għandu jintuża fi qbil ma’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern u ma’ dan ir-Regolament.

3. L-iskomposizzjoni tat-tqassim stabbilit mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE u mill-Ftehim Intern huwa indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Artikolu 7

L-ammont stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern għandu jiġi riservat EIBx jiffinanzja l-ispejjeż minfuqa mill-Kummissjoni konnessi ma’ l-implimentazzjoni fil-qafas tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE. Għandu jintuża fi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern.

Dawk ir-riżorsi għandhomjintużaw inter alia sabiex jirrinfurzaw il-kapaċitajiet amministrattivi tal-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet sabiex jassiguraw il-preparazzjoni bla problemi u l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjati mill-EDF.

KAPITOLU 2

KONTRIBUZZJONIJIET LILL-EDF

Artikolu 8

1. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tikkomunika mal-Kunsill, sal-15 ta’ Ottubru fl-aktar tard, rendikont tal-pagamenti li jridu jsiru fis-sena finanzjarja ta’ wara u pjan tas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet. Meta tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-istima li jingħatawlha mill-EIB, fi qbil ma’ l-Artikolu 121 dwar l-operazzjonijiet, inklużi s-sussidji fir-rata ta’ l-interessi, amministrati mill-EIB.

Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ammont mitlub a bażi tal-kapaċità tagħha li tforni b’mod effiċjenti l-livell ta’ riżorsi propost. Il-EIB għandu jiġġustifika l-ammont mitlub a bażi tal-ħtiġijiet operazzjonali tiegħu. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dawk il-ġustifikazzjonijiet u fuq kull talba għall-kontribuzzjonijiet fi qbil mar-regoli imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Ftehim Intern u msemmija fl-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament.

2. Fir-rigward tal-bilanċi li fadal mill-EDF ta’ qabel li ġew trasferiti mid-9 EDF f’konformità ma’ l-Artikolu 6, il-kontribuzzjonijiet ta’ kull Stat Membru għandhom jiġu kkalkulati fi proporzjon mal-kontribuzzjoni ta’ dak l-Istat għall-EDF in kwistjoni.

3. L-istimi annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikopru:

(a) l-istimi tar-rabtiet tagħha għas-sena finanzjarja li jmiss, u dawk tal-EIB;

(b) l-istimi tar-rabtiet u ħruġ tagħha għal kull waħda mill-erba’ snin wara s-sena tas-sejħa għall-kontribuzzjonijiet, u dawk tal-EIB. L-iskeda għandha tiġi approvata u riveduta kull sena mill-Kunsill.

L-informazzjoni finanzjarja dwar il-EDF fornuta mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-budget fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-budget, inklużi l-istimi tal-kontribuzzjonijiet għas-sena finanzjarja korrenti u għal dik li ġejja, għandha titqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kunsill sal-15 ta’ Ġunju. Din l-informazzjoni sservi bħala bażi għal stima intermedjarja tar-rabtiet u tal-ħruġ.

4. Jekk il-kontribuzzjonijiet ma jkunux biżżejjed EIBx ikopru l-żtiġijiet attwali tal-EDF fis-sena finanzjarja in kwistjoni, kull deċiżjoni fir-rigward ta’ pagament supplimentarju tista’ tittieħed f’konformità ma’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim Intern.

5. Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri għandu jsir f’konformità ma’ l-Artikolu 38.

TITOLU III

L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RIŻORSI TAL-EDF

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 9

Il-Kummissjoni tista’, fi ħdan id-dipartimenti tagħha stess, tiddelega il-poteri tagħha EIBx timplimenta r-riżorsi tal-EDF, fi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament u fil-limiti stabbiliti mill-Kummissjoni fl-istrument tad-delega. Id-delegati jistgħu jaġixxu biss fil-limiti tal-poteri li jkunu espressament ingħatawlhom.

Artikolu 10

L-atturi kollha finanzjarji hekk kif ddefiniti f’Kapitolu 3 għandhom jiġu mwaqqfa milli jieħdu xi miżuri li jimplimentaw ir-riżorsi tal-EDF li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-Komunità. Jekk tali każ iseħħ, l-attur in kwistjoni għandu jżom lura minn tali miżuri u jirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-proposti finanzjarji li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-kontijiet ġenerali mqassma għall-iffinanzjar ta’ l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 16(7) ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE f’konformità mal-proċeduri stabbiliti għall-proposti finanzjarji f’L-Artikoli 24(1) u (3) tal-Ftehim Intern, u sabiex tħaffef dawn il-proċeduri. Wara lit kun ġiet addottata l-proposta, il-Kummisjoni tista’ tieħu deċiżjonijiet dwar l-iffinanzjar a bażi ta’ l-awtorizzazzjoni globali.

2. Il-proposti ta’ l-iffinanzjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw l-għanijiet u, fejn ikun xieraq, l-impatt maħsub tal-kontribuzzjoni tal-Komunità. Huma għandhom jiddeskrivu ukoll il-vijabilità ta’ l-attivitajiet, l-esperjenza u l-evalwazzjonijiet ta’ qabel, u l-ko-ordinazzjoni ma’ donaturi oħra.

KAPITOLU 2

METODI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF permezz ta’ amministrazzjoni mhux ċentralizzata ma’ l-Istati ACP f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ l-ACP-KE u tapplika t-tqassim tar-responsabbiltajiet msemmija fl-Artikolu 57 ta’ dak il-Ftehim u l-Artikoli 34, 35 u 36 ta’ l-Anness IV tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF permezz ta’ amministrazzjoni mhux ċentralizzata mal-OCT f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni.

Fil-każijiet imsemmija fil-Ftehim ta’ l-ACP-KE, fil-Ftehim Intern, fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF permezz ta’ amministrazzjoni ċentralizzata.

F’ċerti każijiet speċifiċi imsemmija fil-Ftehim ta’ l-ACP-KE, fil-Ftehim Intern, fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u fil-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF permezz ta’ amministrazzjoni konġunta ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Ir-riżorsi tal-EDF jistgħu jiġu assoċjati ukoll mal-fondi minn sorsi oħra sabiex jinkiseb għan konġunt.

Artikolu 13

1. Fil-kuntest ta’ amministrazzjoni mhux ċentralizzata, il-Kummissjoni għandha twettaq l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-EDF f’konformità mar-regoli dettaljati msemmija f’paragrafi 2, 3 u 4.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati ACP li jibbenifikaw jew il-OCT għandhom:

(a) jikkontrollaw regolarment li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-EDF ikunu ġew implimentati kif suppost;

(b) jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jevitaw l-irregolaritajiet u l-frodi u jekk ikun neċessarju jħarrku EIBx jirkupraw fondi li jkunu tħallsu meta ma kienux dovuti.

3. Sabiex tiżgura li l-fondi jintużaw fi qbil mar-regoli applikabbli u fi ħdan il-limiti tal-poteri hekk mogħtija lilha, il-Kummissjoni għandha timplimenta t-tindif tal-proċeduri tal-kontijiet jew tal-mekkaniżmi għall-korrezzjoni finanzjarja li jħalluha tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha taħt il-Ftehim ta’ l-ACP-KE, partikolarment taħt l-Artikolu 34(1) ta’ l-Anness IV tiegħu, u taħt id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, partikolarment taħt l-Artikoli 20 u 32 tiegħu, għat-tindif ta’ l-infiq iffinanzjat mir-riżorsi ta’ l-EDF.

L-implimentazzjoni mill-Istati ACP u mill-OCT ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF għandhom ikunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Kummissjoni, li tista’ tiġi eżerċizzata bil-ftehim minn qabel, bil-kontrolli ex post jew bi proċedura kombinata, fi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, mad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u mal-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni.

4. Skond l-ammont ta’ de-ċentralizzazzjoni msemmija fil-Ftehim ta’ l-ACP-KE, mad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u mal-miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tipprova tinkoraġġixxi l-Istati ACP li jibbenifikaw u l-OCT sabiex jaderixxu, meta jeżerċitaw il-poteri fdati lilhom taħt il-Ftehim ta’ l-ACP-KE, u taħt id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, għall-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja tajba msemmija fl-Artikolu 4, partikolarment l-applikazzjoni progressiva tal-kritejri li ġejjin:

(a) is-segragazzjoni effettiva tad-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet;

(b) l-eżistenza ta’ sistema effettiva ta’ kontroll intern ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni;

(ċ) proċeduri separati għall-preżentazzjoni tal-kontijiet li juru l-użu li jsir mir-riżorsi ta’ l-EDF;

(d) l-eżistenza ta’ sistema tal-verifika li tkun indipendenti, pubblika jew privata;

(e) proċeduri ta’ l-ingaġġ li jkunu trasparenti, mhux diskriminatorji li jevitaw kull kunflitt ta’ interess;

(f) fil-każ ta’ l-operazzjonijiet tax-xogħol dirett imsemmija fl-Artikolu 80(2), disposizzjonijiet xierqa għall-amministrazzjoni u l-iskrutinju tal-kontijiet imprest u għad-definizzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ l-amministratur u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet.

Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel sub-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, fi ftehim ma’ l-Istati ACP li jibbenifikaw u mal-OCT, tinkorpora d-disposizzjonijiet xierqa fil-ftehim ta’ l-iffinanzjar imsemmija fl-Artikolu 51(3).

Artikolu 14

1. Meta l-Kummissjoni timplimenta r-riżorsi ta’ l-EDF fuq bażi ċentralizzata, il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni għandhom jiġu mwettqa jew direttament fid-dipartimenti tagħhom jew indirettament, fi qbil mal-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu u ma’ l-Artikoli 16 u 17.

2. Il-Kummissjoni ma tistgħax tafda lil terzi l-poteri ta’ l-implimentazzjoni taħt il-Ftehim ta’ l-ACP-KE, mad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija fejn dawk il-poteri jinvolvu miżura kbira ta’ diskrezzjoni li timplika għażliet politiċi.

L-ewwel sub-paragrafu għandu japplika partikolarment għad-deċiżjonijiet ta’ l-ifinanzjar imsemmija fl-Artikolu 51(2).

Fejn jintużaw metodi indiretti ta’ l-implimentazzjoni, kif provdut fil-paragrafu 3, il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni ddelegati għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar u jiġu sorveljati.

3. Fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tafda kompiti li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika, partikolarment il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja, lil:

(a) aġenziji eżekuttivi imsemmija fl-Artikolu 15;

(b) korpi nazzjonali fis-settur pubbliku ggvernati mil-liġi privata b’missjoni tas-servizz pubbliku u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa għall-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lilhom fil-qafas ddefinit f’dan il-paragrafu.

Meta jkun hemm każijiet, kif imsemmi f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu, ta’ programmi jew proġetti ko-ffinanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi ta’ l-implimentazzjoni tagħhom u li jirriflettu l-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji tal-Koperazzjoni tal-Pajjiż imsemmija f’Kapitolu III tal-Ftehim Intern u fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, il-Kummissjoni tista’ tafda r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna tal-Komunità lill-Istati Membri jew lill-korpi ta’ l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tuża r-riżorsi tal-EDF previst fl-Artikolu 1(2)(a)(i) u (ii) tal-Ftehim Intern sabiex jitħallas kumpens finanzjarju għall-ispejjeż amministrattivi minfuqa.

Il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni għandhom jiġu fdati lill-korpi imsemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu biss jekk id-delega tal-kompiti ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tkun risposta għall-ħtiġiet ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda, kif muri minn analiżi li tkun saret qabel u, tassigura l-konformità mal-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni u mat-trasparenza ta’ l-azzjoni tal-Komunità. L-ebda kompiti ta’ l-implimentazzjoni li jkunu ġew fdati b’dan il-mod ma jistgħu jagħtu lok għall-kunflitt ta’ interessi. Jekk l-analiżi turi li d-delega tissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġiet ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat EDF kif previst fl-Artikolu 21 tal-Ftehim Intern qabel ma’ tgħaddi EIBx timplimenta d-delega. Il-Kumitat tal-EDF jista’ jagħti ukoll l-opinjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni ppjanata tal-kriterja ta’ l-għażla.

Il-garanziji finanzjarji imsemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu għandhom japplikaw partikolarment fir-rigward ta’ l-irkupru sħiħ ta’ kull ammont li jkun dovut lill-Kummissjoni.

4. Meta jintużaw metodi indiretti ta’ implimentazzjoni, kif previst fil-paragrafu 3, il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni għandhom:

(a) jagħmlu kontrolli regolari EIBx jassiguraw li l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati ikunu ġew implimentati b’mod korrett;

(b) jieħdu l-miżuri xierqa EIBx jevitaw l-irregolaritajiet u l-frodi u jekk ikun neċessarju iħarrku sabiex jirkupraw il-fondi mitlufa, jew li jkunu tħallsu meta ma kienux dovuti, jew li jkunu ntużaw ħażin.

5. Id-deċiżjonijiet li jafdaw il-kompiti ta’ l-implimentazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 3, għandhom ikopru l-arranġamenti kollha xierqa sabiex jassiguraw it-trasparenza ta’ l-operazzjonijiet mwettqa u għandhom jinkludu:

(a) il-verifika ndipendenti esterna;

(b) is-sistema ta’ kontroll intern li tkun effettiva għall-operazzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni;

(ċ) l-arranġamenti tal-kontijiet għal dawk l-operazzjonijiet u proċeduri għall-preżentazzjoni tal-kontijiet li jħallu l-użu korrett tar-riżorsi tal-EDF jiġi aċċertat u l-ammont veru ta’ użu li għandu jiġi rifless fil-kontijiet;

(d) il-proċeduri ta’ l-għoti tal-kisba u ta’ l-għoti li jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ Titoli IV u VI.

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li s-sistemi tal-korpi nazzjonali tal-verifika, tal-kontijiet u tal-kisba msemmija fil-paragrafu 3 huma ekwivalenti għal tagħha, wara li tikkonsidra l-istandards aċċettati internazzjonalment.

6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura perjodikament is-superviżjoni, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati lill-korpi imsemmija fil-paragrafu 3. L-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jgawdi l-istess poteri fir-rigward ta’ tali korpi bħal ma’ għandu fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni. Il-korpi konċernati għandhom jaddottaw il-miżuri neċessarji biex jgħinu l-OLAF twettaq investigazzjonijiet interni. Kull att li jsir minn tali korpi għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi EDF, u partikolarment kull deċiżjoni jew kull kuntratt li jikkonkludu, irid jipprovdi speċifikament għall-istess kontrolli bħal l-Artikolu 51(4).

7. Il-Kummissjoni ma tistax tafda miżuri li jimplimentaw il-fondi li ġejjin minn riżorsi EDF, bħall-ħlas u l-irkupru, lill-entitajiet jew korpi privati esterni ħlief dawk imsemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ paragrafu 3.

Il-kompiti li l-Kummissjoni tista’ tafda permezz ta’ kuntratt lill-entitajiet jew korpi privati esterni ħlief dawk imsemmija f’punt (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ paragrafu 3 għandhom ikunu kompiti ta’ ħila teknika u kompliti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li ma jinvolvux la l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika u lanqas l-użu tal-poter diskrezzjonali.

Artikolu 15

L-aġenziji eżekuttivi għandhom ikunu persuni legali taħt il-liġi Komunitarja maħluqa mid-deċiżjoni tal-Komunità, u jistgħu jiġu delegati lilhom il-poteri ta’ implimentazzjoni sħaħ jew in parti għan-nom tal-Kummissjoni u fuq ir-responsabbiltà tagħha, fi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad- 19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti dwar l-amministrazzjoni tal-programmi tal-Komunità [8] u jiddefinixxu l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ħolqien u għat-tħaddim tagħhom.

Artikolu 16

Fil-kuntest ta’ l-amministrazzjoni konġunta ma’ l-organiżżazzjonijiet internazzjonali, dawn ta’ l-aħħar għandhom, fil-proċeduri tal-kontijiet, verifika u kisba, japplikaw l-istandards li joffru garanziji ekwivalenti għall-istandards aċċettati internazzjonalment. L-implimentazzjoni mill-organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ l-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi EDF għandhom ikunu soġġetti għall-iskrutinju tal-Kummissjoni. Tali skrutinju għandu jiġi eżerċitat bl-approvazzjoni minn qabel, permezz ta’ verifiki ex post jew permezz ta’ proċedura konġunta.

KAPITOLU 3

ATTURI FINANZJARJI

Taqsima 1

Il-prinċipju tal-firda tad-dmirijiet

Artikolu 17

1. Id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet għandhom jiġu mifruda u huma reċiprokament inkompatibbli.

2. Ħlief fejn indikat mod ieħor, ir-riferenzi f’dan ir-Regolament għall-uffiċjal li jawtorizza jew għall-uffiċjal li jawtorizza li huwa responsabbli għandhom jitqiesu li jirreferu għall-uffiċjali li jawtorizzaw tal-Kummissjoni definiti f’Taqsima 2. Ir-riferenzi għall-uffiċjal tal-kontijiet għandhom jiġu kkonsidrati li jirreferu għall-uffiċjali tal-kontijiet tal-Kummissjoni definiti f’Taqsima 3.

Taqsima 2

Uffiċjal li jawtorizza

Artikolu 18

1. Fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha twettaq id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina il-ħaddiema ta’ ċertu livell li lilhom hija għandha tiddelega id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza, u għandha tiddelimita l-poteri delegati u ċ-ċirkostanzi li fihom id-delegati jistgħu jissub-delegaw dawk il-poteri.

3. Fi qbil ma’ l-Artikolu 34 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE, il-Kummissjoni għandha taħtar uffiċjal li jawtorizza permezz ta’ delega bħala Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza ta’ l-EDF. Għandha ukoll tiddefinixxi d-dmirjiet tiegħu fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija. L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jista’ jiddelega l-poteri tiegħu lill-uffiċjali li jawtorizzaw permezz ta’ sub-delega.

4. Il-poteri ta’ l-uffiċjal li jawtorizza għandhom jiġu ddelegati jew sub-delegati biss lill-persuni koperti mir-Regolamenti ta’ l-Impjegati ta’ l-uffiċjali u mill-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ oħrajn li jservu l-Komuitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "Ir-Regolamenti ta’ l-Impjegati").

5. Ir-regoli dwar l-isferi tal-kompetenza addottati f’dan it-Titolu għandhom japplikaw għall-uffiċjali li jawtorizzaw bid-delega jew bis-sub-delega. L-uffiċjali li jawtorizzaw bid-delega jew bis-sub-delega jistgħu jaġixxu biss fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-istrument tad-delega jew tas-sub-delega. Kull deċiżjoni tad-delega jew tas-sub-delega għandha tindika l-limiti u, fejn ikun xieraq, it-tul tad-delega. L-uffiċjal li jawtorizza bid-delega jew bis-sub-delega jista’ jiġi mgħejjun f’xogħolu minn membru fost l-impjegati li jkun fdat, taħt ir-responsabbiltà ta’ l-ewwel, b’ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-EDF u bil-produzzjoni tal-kontijiet.

6. Id-deċiżjonijiet meħuda skond paragrafi 2, 3 u 5 għandhom jiġu notifikati lid-delegati, lill-uffiċjal tal-kontijiet, lill-awditur intern u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

Artikolu 19

L-uffiċjal li jawtorizza li jkun fdat bl-amministrazzjoni tar-riżorsi EDF għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-introjtu u l-ħruġ fi qbil mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda u biex jassigura li hemm konformità mal-ħtiġiet tal-leglità u r-regolarità.

Artikolu 20

1. Sabiex jinplimenta n-nefqa, l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza u l-uffiċjali li jawtorizzaw permezz ta’ sub-delega għandhom jagħmlu rabtiet, jivvlidaw in-nefqa u jawtorizzaw il-ħlas u għandhom jibdew it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF.

2. L-implimentazzjoni ta’ l-introjtu għandha tinkludi l-istimi ta’ l-ammonti li jistgħu jiġu riċevuti, u jistabbilixu l–ammonti dovuti li għandhom jinġabru u joħorġu ordnijiet għall-ġbir tagħhom. Għandha tinkludi ċ-ċediment ta’ ammonti dovuti fejn ikun xieraq.

Artikolu 21

1. Ħlief f’każijiet fejn l-amministrazzjoni hija ċentralizzata, l-operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-programmi jew proġetti għandhom isiru mill-uffiċjal nazzjonali jew reġjonali li jawtorizza, kif definit fl-Artikolu 35 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE u fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, f’koperazzjoni mill-viċin, fl-Istati AKP, mal-kap tad-delegazzjoni fi qbil ma’ l-Artikoli 35 u 36 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE.

2. Il-kap tad-delegazzjoni għandu jkun uffiċjal li jawtorizza bis-sub-delega u, filwaqt li jħaddem il-poteri delegati lilu, huwa għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament. Huwa għandu jirċievi l-istruzzjonijiet u l-poteri neċessarji biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu kif definit fl-Artikolu 35 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE u fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

Artikolu 22

1. L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE u u l-Artikoli 18 u 33 tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u l-Annessi II A sa II D tagħha.

2. L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali li jawtorizzaw iwettqu l-kompiti li għalihom huma responsabbli permezz tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, u partikolarment l-Anness IV tiegħu, u permezz tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija jew miżuri li jimplimentaw dik id-Deċiżjoni. Huwa għandu, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza, jieħu tali deċiżjonijiet ta’ rabta u miżuri finanzjarji kif jirriżulta neċessarju, minn aspett’ekonomiku u tekniku, sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni kif suppost ta’ l-operazzjonijiet.

Artikolu 23

Fejn l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jinduna bi problemi fit-twettiq tal-proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF, huwa għandu, flimkien ma’ l-uffiċjal nazzjonali jew reġjonali li jawtorizza, jagħmel il-kuntatti kollha neċessarji biex isewwi s-sitwazzjoni u jieħu dawk il-passi li jkunu neċessarji. Per eżempju, f’każijiet fejn l-uffiċjal nazzjonali jew reġjonali li jawtorizza ma jagħmilx jew ma jistax jagħmel id-dmirijiet li jaqgħu fuqu skond il-Ftehim ta’ l-ACP-KE, l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jista’ temporanjament jeħodlu postu, u f’każ li jiġri dan, il-Kummissjoni tista’ tirċievi, mir-riżorsi allokati lill-Istat ACP in kwistjoni, kumpens finanzjarju għat-tagħbija żejda ta’ xogħol amministrattiv li tkun daħlet għalih.

Kull miżura li tittieħed mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza skond l-ewwel sub-paragrafu għandha tittieħed f’isem u għan-nom ta’ l-uffiċjal nazzjonali jew reġjonali li jawtorizza kkonċernat.

Artikolu 24

1. L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għandu jpoġġi struttura organizzazzjonali u s-sistemi ta’ l-amministrazzjoni interna u tal-kontroll u l-proċeduri li jkunu tajbin biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, inkluż fejn ikun xieraq kontrolli ex post f’konformità ma’ l-istandards minimi addottati mill-Kummissjoni u wara li jkunu ġew kkonsidrati r-riskji assoċjati ma’ l-ambjent ta’ l-amministrazzjoni u man-natura ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjati. Qabel ma tiġi awtorizzata operazzjoni, l-aspetti operazzjonali u finanzjarji għandhom jiġu vverifikati mill-impjegati li ma jkunux l-impjegat li jkun ta’ bidu għall-operazzjoni. Il-bidu ta’ operazzjoni u l-verifika ex ante u ex post ta’ dik l-operazzjoni għandhom ikunu funzjonijiet separati.

2. L-impjegati kollha responsabbli biex jikkontrollaw l-amministrazzjoni ta’ l-operazzjonijiet finanzjarji għandu jkollhom il-kapaċitajiet professjonali neċessarji. Huma għandhom jimxu ma’ kodiċi speċifiku ta’ standards professjonali stabbilit mill-Kummissjoni.

3. Kull impjegat involut fl-amministrazzjoni finanzjarja u fil-kontroll ta’ l-operazzjonijiet li jikkonsidra li deċiżjoni tas-superjur tiegħu teħtieġlu li japplika jew jaqbel ma’ xi ħaġa irregolari jew kuntrarja għall-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda jew mar-regoli professjonali li bihom huwa mrbut għandu jinforma lill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza bil-miktub u, jekk dan ta’ l-aħħar jonqos milli jieħu azzjoni, lill-panel imsemmi fl-Artikolu 35(3). Fil-każ ta’ frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li tista’ tagħmel dannu lill-interessi tal-Komunità, huwa għandu jinforma lill-OLAF u lill-awtoritajiet innominati mir-Regolamenti ta’ l-Impjegti.

Artikolu 25

L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu fil-forma ta’ rapport annwali ta’ l-attività, li għandu jinkludi l-informazzjoni finanzjarja u ta’ l-amministrazzjoni. Ir-rapport għandu ikopri ir-riżultati ta’ l-operazzjonijiet tiegħu b’riferenza għall-miri ffissati, ir-riskji assoċjati ma’ dawk l-operazzjonijiet, l-użu li jsir mir-riżorsi pprovduti u mit-tħaddim tas-sistema tal-kontroll intern. Ir-rapport annwali ta’ l-attività u informazzjoni oħra speċifikata għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta’ l-awditur intern tal-Kummissjoni. Sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena fl-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Klill-Kunsill sommarju tar-rapport annwali ta’ l-attività għas-sena ta’ qabel.

Taqsima 3

L-Uffiċjal tal-kontijiet

Artikolu 26

1. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli:

(a) għall-implimentazzjoni kif jixraq tal-pagamenti, għall-ġbir ta’ l-introjtu u għall-irkupru ta’ l-ammonti stabbiliti bħala li jistgħu jiġu riċevuti;

(b) għall-preparazzjoni u għall-preżentazzjoni tar-rendikont finanzjarju u tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja fi qbil ma’ l-Artikoli 100 u 101;

(ċ) għaż-żamma tal-kontijiet:

(i) ta’ l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6, eħlief dawk għall-Faċilità ta’ l-Investiment, u s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi;

(ii) tar-rabtiet imsemmija fl-Artikolu 51;

(iii) tal-ħlasijiet, ta’ l-introjtu u tad-djun;

(d) tat-tniżżil, fi qbil ma’ Titolu VII, tar-regoli u tal-metodi tal-kontijiet u taċ-chart tal-kontijiet;

(e) għad-definizzjoni u validazzjoni tas-sistemi tal-kontijiet u, fejn ikun xieraq, għall-validazzjoni tas-sistemi ddefiniti mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għall-iskop li jipprovdi jew jispjega l-informazzjoni finanzjarja;

(f) għall-amministrazzjoni tat-teżor.

2. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jikseb l-informazzjoni kollha neċessarja għall-produzzjoini tal-kontijiet mingħand l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza u mill-EIB, li għandhom, kull wieħed għall-parti tiegħu, jiggarantixxu l-affidabilità tiegħu stess, u jagħtu stampa ċara ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi ta’ l-EDF.

3. L-uffiċjal tal-kontijiet waħdu għandu s-setgħa li jmiss il-flus u assi oħra. Hu għandu jkun responsabbli għaż-żamma fiż-żgur tagħhom.

Artikolu 27

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiġi maħtur mill-Kummissjoni. L-uffiċjal tal-kontijiet jista’, għat-twettiq ta’ dmirijietu, jiddelega ċerti riskji lil ta’ taħtu li jkunu soġġetti għar-Regolamenti ta’ l-Impjegati. L-istrument tad-delega għandu jiddefinixxi x-xogħolijiet li jistgħu jiġu fdati lid-delegati.

Id-deċiżjonijiet meħuda skond l-ewwel sub-paragrafu għandhom jiġu notifikati lid-delegati, lill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza, lill-awditur intern u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

Taqsima 4

Aġent tal-ħlas

Artikolu 28

Sabiex jagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 37(1) u (4) ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jiftaħ il-kontijiet ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati ACP u l-OCTs, għall-ħlasijiet fil-muniti nazzjonali ta’ l-Istati ACP jew fil-muniti lokali ta’ l-OCTs, u ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri, għall-ħlasijiet fl-euro u f’muniti oħra. F’konformità ma’ l-Artikolu 37(2) ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, id-depożiti f’kontijiet ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati ACP u l-OCTs m’għandu jkollhom l-ebda interessi u dawn ta’ l-aħħar m’għandhom jirċievu l-ebda ħlas għas-servizzi tagħhom. F’konformità ma’ l-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern, id-depożiti f’kontijiet ma’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati Membri għandu jkollhom l-interessi u tali interessi għandhom jgħaddu għal fuq wieħed mill-kontijiet previsti f‘dak l-Artikolu.

Artikolu 29

Ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-aġenti tal-ħlas prevista fl-Artikolu 37 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija għandhom ikunu s-suġġett tal-kuntratti. La darba ffirmati, il-kopji ta’ dawk il-kuntratti għandhom jintbgħatu lill-Qorti ta’ l-Awdituri għall-skopijiet ta’ informazzjoni.

Artikolu 30

1. Il-Kummissjoni għandha titrasferixxi mill-kontijiet speċjali miftuħa skond l-Artikolu 40(3) l-ammontimeħtieġa biex terġa’ timla l-kontijiet miftuħa f’isimha u fi qbil ma’ l-Artikolu 28. Tali trasferimenti għandhom isiru a bażi tal-ħtiġiet ta’ flus kontanti tal-proġetti u tal-programmi.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tagħmel kull ġbid mill-kontijiet spejali imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 40(3) btali mod li żżom id-distribuzzjoni ta’ l-assi tagħha f’dawk il-kontijiet li jikkorrispondu mal-proporzjonijiet li fihom l-Istati Membri varji jikkontribwixxu fl-EDF.

Artikolu 31

Il-firem ta’ l-uffiċjali tal-Kummissjoni u ta’ l-impjegati li għandhom is-setgħa jwettqu l-operazzjonijiet fuq il-kontijiet ta’ l-EDF għandhom jingħataw lill-banek konċernati meta jinfetħu l-kontijiet jew, fil-każ ta’ uffiċjali u impjegati li jkunu ġew awtorizzati aktar tard, meta jiġu nnominati. Dik il-proċedura għandha tapplika ukoll għall-firem ta’ l-uffiċjali li jawtorizzaw u d-deputati tagħhom għall-operazzjoni f’kontijiet ta’ l-aġenti tal-ħlas miftuħa fl-Istati ACP jew fl-OCTs u, fejn ikun xieraq, fil-kontijiet miftuħa fl-Istati Membri.

KAPITOLU 4

L-OBBLIGU TA’ L-ATTURI FINANZJARJI

Taqsima 1

Regoli Ġenerali

Artikolu 32

1. Mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni dixxiplinari, l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Awtorizzazzjoni u l-uffiċjali li jawtorizzaw bis-sub-delega tista’ fi kwalunkwe żmien tiġi rtirata d-delega jew is-sub-delega tagħhom temporanjament jew definittivament mill-awtorità li ħatrithom.

2. Mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni dixxiplinari, l-uffiċjali tal-kontijiet jistgħu fi kwalunkwe żmien jiġu sospiżi temporanjament jew definittivament mid-dmirijiet tagħhom mill-Kummissjoni.

Artikolu 33

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandu jgħoddu mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-liġi kriminali li l-persuni msemmija f’Artikolu 32 jista’ jkollhom taħt il-liġi nazzjonali u taħt il-liġi fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew l-uffiċjali ta’ l-Istati Membri.

2. Kull uffiċjal li jawtorizza jew uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli għall-azzjoni dixxiplinari u tal-ħlas tal-kumpens kif previst fir-Regolamenti ta’ l-Impjegati, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 34, 35 jew 36 ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li tista’ tagħmel dannu lill-interessi tal-Komunità, għandhom jiġu nformati l-OLAF u l-awtoritajiet innominati mir-Regolamenti ta’ l-Impjegti.

Taqsima 2

Ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni

Artikolu 34

L-uffiċjali li jawtorizzaw għandhom ikunu responsabbli li jħallsu kumpens fi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti ta’ l-Impjegati, li taħthom uffiċjal jista’ jiġi mitlub jagħmel tajjeb, fl-intier jew in parti, għall kull dannu soffrut mill-Komunitajiet bħala riżultat ta’ kondotta ħażina li tkun serja min-naħa tiegħu waqt jew in konnessjoni mat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, partikolarment fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament Finanzjarju meta jkun qiegħed jistabbilixi l-ammonti li għandhom jinġabru jew waqt li joħroġ ordnijiet għall-irkupru, waqt li jidħol f’rabta ta’ infiq jew waqt li jiffirma ordni għall-ħlas. L-istess għandu jgħodd jekk jinsew jagħmlu dokument li jistabbilixxi dejn jew jekk jittraskuraw milli joħorġu l-ordnijiet għall-irkupru jew huma, mingħajr ġustifikazzjoni, tard biex joħorġuhom, jew jekk jinsew joħorġu l-ordnijiet għall-ħlas jew ikunu, mingħajr ġustifikazzjoni, tard meta joħorġuhom, u b’hekk ipoġġu lill-istituzzjoni f’posizzjoni fejn tkun responsabbli għall-taħrika ċivili minn terzi.

Artikolu 35

1. Meta l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jew uffiċjal li jawtorizza b’sub-delega jikkonsidra li deċiżjoni li tkun ir-responsabbiltà tiegħu li jieħu tkun irregolari jew kuntrarja għall-prinċipji ta’ l-aministrazzjoni finanzjarj soda, huwa għandu jinforma lill-awtorità li tkun qedha tiddelega bil-miktub. Jekk l-awtorità li tiddelega imbgħad tagħti struzzjoni raġunata bil-miktub lill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jew lill-uffiċjal li jawtorizza b’sub-delega biex jieħu d-deċiżjoni in kwistjoni, dan ta’ l-aħħar m’għandux jinżamm responsabbli.

2. Filkaż ta’ sub-delega interna, l-Uffiċjal Prinċipali li Jiddelega għandu jkompli jkun responsabbli għall-effettività ta’ l-amministrazzjoni interna u tas-sistemi tal-kontroll fis-seħħ u għall-għażla ta’ uffiċjal li jawtorizza permezz tas-sub-delega.

3. Il-panel speċjalizzat stabbilit mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Ġenerali Finanzjarju, għandu jkollu l-kompetenza jiddetermina, fir-rigward ta’ l-EDF, jew tkunx seħħet irreglarità finanzjarja u, jekk dan ikun il-każ, il-konsegwenzi mġarrba, jekk ikun hemm. Fir-rigward ta’ l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF mill-Kummissjoni, il-każijiet għandhom jgħaddu għand il-panel kif previst fir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali Finanzjarju.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tiftaħx proċeduri a bażi ta’ l-opinjoni tal-panel li jġorru magħhom responsabbiltà għall-azzjoni dixxiplinari jew għall-ħlas tal-kumpens. Jekk il-panel jonnota li jkun hemm problemi sistematiċi, huwa għandu jibgħat rapport bir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza u lill-awditur intern.

Taqsima 3

Ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-kontijiet

Artikolu 36

Uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli għall-azzjoni dixxiplinari u għall-ħlas tal-kumpens, kif previst u fi qbil mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti ta’ l-Impjegati, partikolarment fejn:

(a) huwa jitef jew jikkawża danni lill-flus, assi u dokumenti li jkun qiegħed jieħu ħsieb;

(b) huwa jibdel kontijiet tal-bank jew kontijiet giro tal-posta mingħajr ma’ jkun meħtieġ;

(ċ) huwa jiġbor jew iħallas ammonti li ma jkunux konformi ma’ l-ordnijiet tal-ġbir jew ħlas li jikkorrispondu;

(d) huwa jonqos milli jiġbor l-introjtu dovut.

KAPITOLU 5

OPERAZZJONIJIET TA’ INTROJTU

Taqsima 1

It-tpoġġija għad-disposizzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF

Artikolu 37

L-introjtu ta’ l-EDF huwa magħmul minn ħlasijiet magħmula mill-Istati Membri f’konformità qbil mal-Ftehim Intern u ma’ dan ir-Regolament, l-introjtu ġġenerat mid-depożiti f’konformità ma’ l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament u kull somma oħra li l-aċċettazzjoni tagħha hija stabbilita mill-Kunsill.

Artikolu 38

1. Il-kontribuzzjonijiet annwali ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu ddeterminati mill-Kunsill, li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata prevista fl-Artikolu 21 tal-Ftehim Intern, fuq proposta mill-Kummissjoni, u għandha tikkonsisti fi tliet rati li jitħallsu f’konformità mal-proċeduri li ġejjin.

2. Il-proposta għall-ewwel rata tas-sena ta’ wara għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fl-istess ħin bħal komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din ir-rata fl-aktar tard sa l-aħħar tas-sena korrenti u l-Istati Membri għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti fl-aktar tard sal-21 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

Il-proposta għat-tieni rata tas-sena korrenti għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni fl-istess ħin bħal komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din ir-rata fl-aktar tard sa 21 ġurnata tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni tal-proposta mil-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti skond din ir-rata mhux aktar tard minn 21 ġurnata tal-kalendarju wara li tkun ġiet notifikata lilhom id-deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-proposta għat-tielet rata tas-sena korrenti għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sa’ l-10 ta’ Ottubru. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar din ir-rata fl-aktar tard sa 21 ġurnata tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni tal-proposta mil-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti skond din ir-rata sa mhux aktar tard minn 21 ġurnata tal-kalendarju wara li tkun ġiet notifikata lilhom id-deċiżjoni tal-Kunsill.

Il-kontribuzzjonijiet supplimentarji tas-sena finanzjarja li fuqhom ikun ġie deċiż mill-Kunsill f’konformità ma’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim Intern għandhom, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, ikunu dovuti u jsiru f’perjodu qasir kemm jista’ jkun li għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni li ssir sejħa għal tali kontribuzzjonijiet u li ma tistax taqbeż it-tliet xhur.

3. Kull rata tal-kontribuzzjonijiet proposta mill-Kummissjoni u deċiża mill-Kunsill għandha tispeċifika, f’konformità ma’ l-Artikolu 1:

(a) l-ammont tal-kontribuzzjonijiet li huwa meħtieġ sabiex jiffinanzja l-operazzjonijiet ta’ l-EDF amministrati mill-Kummissjoni;

(b) l-ammont tal-kontribuzzjonijiet li huwa meħtieġ sabiex jiffinanzja l-operazzjonijiet ta’ l-EDF amministrati mill-EIB, inklużi s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi;

4. L-ammonti li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru u imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jitpoġġew b’tali mod li jkunu proporzjonali mal-kontribuzzjonijiet ta’ l-EDF kif iffissati fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern u indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, għal kull wieħed mill-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 39

Din il-Parti u Parti Tlieta għandhom japplikaw biss għall-introjtu miġbur mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 40.

Artikolu 40

1. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu espressi f’euro.

2. Kull Stat Membru għandu jħallas l-ammont tal-kontibuzzjoni tiegħu f’euro.

3. Fir-rigward ta’ l-ammont dovut lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 38(2)(a), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kreditati minn kull Stat Membru għal ġewwa kont speċjali bl-isem "Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej – Il-Fond ta’ Żvilupp Ewropew" miftuħ mal-bank tal-ħruġ f’dak l-Istat Membru jew ma’ l-istituzzjoni finanzjarja nominata minnu. L-ammont ta’ tali kontribuzzjonijiet għandu jibqa’ f’dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun hemm bżonn li jsiru ir-rati previsti fl-Artikolu 37 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

Fir-rigward ta’ l-ammont dovut lill-EIB skond l-Artikolu 38(2)(b), il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu kreditati minn kull Stat Membru, fi qbil mar-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 122, għal ġewwa kont miftuħ ma’ l-EIB f’isem kull Stat Membru.

Fejn ikun neċessarju, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika xierqa fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 38.

4. Fejn rata ta’ kontribuzzjonijiet pagabbli skond dan l-Artikolu ma titħallasx sat-terminu perentorju stabbilit minn l-Artikolu 38(1), l-Istati Membri konċernati jistgħu jintalbu jħallsu l-interessi fir-rigward ta’ l-ammont mhux imħallas. Dawn l-interssi għandhom jiġu mposti bir-rata ta’ żewġ punti perċentwali ‘il fuq mir-rata ta’ l-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ ri-finanzjar tiegħu fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tax-xahar li fih l-ammont isir dovut, kif ippubblikat mis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dik ir-rata għandha tiżdied bi kwart ta’ punt perċentwali għal kull xahar ta’ dewmien. L-interessi għandhom ikunu pagabbli fuq il-perjodu kollu tad-dewmien u għandhom jiġu kkalkulati mill-ewwel ġurnata tal-kalendarju wara t-terminu perentorju tar-rata stabbilita fl-Artikolu 38.

Fir-rigward ta’ l-ammont dovut lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 38(2)(a), tali interessi tal-ħlas tardiv għandhom jiġu kreditati f’wieħed mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 6(2).

Fir-rigward ta’ l-ammont dovut lill-EIB skond l-Artikolu 38(2)(b), tali interessi tal-ħlas tardiv għandhomjiġu kreditati lill-EIB.

5. Ma’ l-iskadenza tal-protokoll finanzjarju stabbilit f’L-Anness I għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE, dik il-parti tal-kontribuzzjonijiet li l-Istati Membri jibqgħu obbligati iħallsu fi qbil ma’ l-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament għandha tissejjaħ mill-Kummissjoni, jekk dan ikun meħtieġ, fi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Taqsima 2

L-istimi ta’ l-ammonti li jistgħu jinġabru

Artikolu 41

L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu l-ewwel jagħmel stima ta’ l-ammont li jista’ jinġabar fir-rigward ta’ kull miżura jew sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal jew timmodifika l-ammont dovut lill-EDF u għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza jew tiġi nnutata mill-Kummissjoni nfisha. Tali stimi għandhom jintbgħatu lill-uffiċjal tal-kontijiet għar-reġistrazzjoni fil-kontijiet. Huma għandhom isemmu t-tip ta’ introjtu u l-kontijiet punt jew partita li magħha għandha tiġi miktuba kif ukoll, sa fejn dan ikun possibbli, stima ta’ l-ammont involut u l-isem u d-deskrizzjoni tad-debitur. Meta jkun qiegħed ifassal l-istimi ta’ l-ammonti li jistgħu jinġabru, l-uffiċjal tal-kontijiet responsabbli għandu jivverifika li:

(a) l-introjtu huwa miktub għall-punt jew partita korretta;

(b) l-ammont stimat li jista’ jinġabar huwa tajjeb u jikkonforma mad-disposizzjonijiet rilevanti fir-rigward ta’ l-amministrazzjoni tal-EDF u l-atti kollha skond dan u għall-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda imsemmija fl-Artikolu 4.

Taqsima 3

L-identifikazzjoni ta’ l-ammonti li jistgħu jinġabru

Artikolu 42

L-identifikazzjoni ta’ l-ammont li jista’ jinġabar hija l-azzjoni li biha l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli:

(a) jivverifika li d-dejn jeżisti;

(b) jistabilixxi jew jivverifika jekk id-dejn jeżistix tassew u l-ammont ta’ tali dejn;

(ċ) jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom huwa dovut id-dejn.

Taqsima 4

Il-prinċipju ta’ l-irkupru

Artikolu 43

1. L-ammonti li jitħallsu bi żball għandhom jiġu rkuprati.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li fihom l-interessi fuq il-ħlas tardiv ikunu dovuti lill-Komunitajiet.

Taqsima 5

L-awtorizzazzjoni ta’ l-irkupru

Artikolu 44

1. L-awtorizzazzjoni ta’ l-irkupru hija dak l-att li bih l-ufiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli jagħti struzzjonijiet lill-uffiċjal tal-kontijiet, billi joħroġ ordni ta’ rkupru, sabiex jirkupra ammont li huwa jistabbilixii li jista’ jinġabar.

2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet ta’ l-Istati ACP jew ta’ l-OCTs, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formalment ammont bħala li jista’ jinġabar minn persuni li ma jkunux Stati permezz ta’ deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 256 tat-Trattat.

Artikolu 45

Kull dejn li jiġi identifikat li huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF għandu jiġi stabbilit permezz ta’ ordni ta’ rkupru mogħtija lill-uffiċjal tal-kontijiet, segwita minn nota ta’ debitu mibgħuta lid-debitur, it-tnejn li huma miktubin mill-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli. L-ordni ta’ rkupru għandha tiġi akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn li jiċċertifikaw l-intitolazzjonijiet stabbiliti. Meta jkun qiegħed jikteb l-ordni ta’ rkupru, l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jiżgura li:

(a) l-introjtu huwa miktub għall-punt jew partita korretta;

(b) l-ordni ta’ irkupru hija f’postha u tikkonforma mad-disposizzjonijiet relevanti;

(ċ) id-dokumenti ta’ appoġġ huma f’posthom;

(d) id-dettalji personali tad-debitur huma korretti;

(e) id-data meta jsir dovut hija indikata;

(f) l-ordni tikkonforma mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda msemmija fl-Artikolu 4;

(g) l-ammont u l-munita tas-somma li għandha tiġi rkuprata huma korretti.

Tali ordnijiet ta’ rkupru għandhom jiġu reġistrati fil-kontijiet mill-uffiċjal tal-kontijiet.

Taqsima 6

L-irkupru

Artikolu 46

1. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jaġixxi fuq ordnijiet għall-irkupru għall-ammonti li jistgħu jinġabru li jkunu ġew iddeterminati kif suppost mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli. Huwa għandu jeżerċita d-diliġenza neċessarja sabiex jiżgura li l-EDF jirċievi l-introjtu tiegħu sad-dati indikati fl-ordnijiet ta’ rkupru u jiżgura li d-drittijiet rilevanti tal-Komunitajiet jiġu salvagwardjati.

2. Jekk l-irkupru ma jkunx attwalment seħħ sad-data speċifikata fl-ordni għall-irkupru, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jinforma lill-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli u jibda’ immedjatament il-proċedura biex jagħmel l-irkupru b’kull mezz li toffrilu l-liġi, inkluż, fejn ikun xieraq, bit-tpaċċija. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-uffiċjal tal-kontijiet għandu jinforza deċiżjoni għall-irkupru assikurata jew f’konformità ma’ l-Artikolu 44(2) jew permezz ta’ l-azzjoni legali.

3. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jirkupra l-ammonti billi jpaċċihom ma’ pretensjonijiet ekwivalenti li l-Edf jew il-Komunitajiet ikollhom kontra kwalunkwe debitur li huwa stess ikollu pretensjoni fuq l-EDF jew kontra l-Komunitajiet li tkun ċerta, ammont fiss u dovuta.

4. L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jikseb il-ħlas mill-ġdid tas-somom dovuti, inklużi fejn ikun xieraq, is-sospensjoni mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza ta’ l-użu ta’ dak it-tip ta’ arranġament għal dak l-Istat jew OCT b’konnessjoni ma’ l-operazzjonijiet tax-xogħol dirett imsemmija f’Titolu V, fejn il-prestensjonijiet li l-EDF għandha fuq l-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza permezz ta’ korpi pubbliċi jew semi-pubbliċi jew dipartimenti ta’ l-Istat ACP jew OCT kkonċernati ma jinġabrux fit-termini perentorji preskritti.

Artikolu 47

1. Fejn l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli ikun qiegħed jippjana li jirrinunzja l-irkupru ta’ ammont stabbilit li jista’ jinġabar, huwa għandu jiżgura li r-rinunzja tkun kif suppost u tikkonforma mal-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda u tal-proporzjonalità f’konformità mal-proċeduri u mal-kriterji li qabel ġew stabbiliti mill-Kummissjoni għal dak il-għan. Id-deċiżjoni għar-rinunzja għandha tiġi sostanzjata. L-uffiċjal li jawtorizza jista’ jiddelega d-deċiżjoni bis kif stabbilit mill-Kummissjoni fir-regoli msemmija fil-paragrafu 2.

2. Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali Finanzjarju għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 6

L-OPERAZZJONIJIET TAN-NEFQA

Taqsima 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 48

1. Kull oġġett tan-nefqa għandu jiġi mirbut, validat, awtorizzat u mħallas.

2. Id-deċiżjonijiet u l-proċeduri għar-rabta, għall-validazzjoni, għall-awtorizzazzjoni u għall-ħlas ta’ l-ispiża mill-Kummissjoni huma ddefiniti f’dan il-Kapitolu.

Taqsima 2

Ir-rabta għan-nefqa: prinċipji u definizzjonijiet

Artikolu 49

Ir-rabta għan-nefqa għandha tiġi ppreċeduta minn deċiżjoni għall-iffinanzjar addottata mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew delegati l-poteri mill-Kummissjoni.

Artikolu 50

1. Ir-rabta finanzjarja mill-Kummissjoni hija l-operazzjoni li tirriserva l-fondi neċessarji biex tkopri l-ħlasijiet sussegwenti biex tonora rabta finanzjarja.

Ir-rabta legali tal-Kummissjoni hija l-att li bih l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli jidħol f’obbligazzjoni fir-rigward ta’ terzi li tista’ tirriżulta f’nefqa tiġi mposta fuq l-EDF.

Ir-rabta finanzjarja u r-rabta legali għandhom jiġu addottati mill-istess uffiċjal li jawtorizza. Dik ir-regola tista’ tiġi rrinunzjata:

(a) fil-każ tan-nefqa amministrattiva minfuqa mill-Kummissjoni fi ħdan it-tifsira ta’ paragrafu 4 li fir-rigward tagħha ir-rabtiet finanzjarji ġew diviżi f’konformità ma’ paragrafu 3;

(b) fejn ir-rabtiet globali ikollhom x’jaqsmu mal-ftehim finanzjarji skond l-Artikolu 51(3).

2. Ir-rabta finanzjarja tal-Kummissjoni hija individwali meta l-benefiċjarju u l-ammont tan-nefqa ikunu magħrufa.

Ir-rabta finanzjarja tal-Kummissjoni hija globali meta mill-inqas wieħed mill-elementi neċessarji biex jidentifika r-rabta individwali ikun għadu mhux magħruf.

3. Fir-rabtiet finanzjarji għan-nefqa amministrattiva tal-Kummissjoni jistgħu jiġu maqsuma tul diversi snin f’rati ta’ kull sena. Ir-rabtiet legali li jikkorrispondu għandhom jistipulaw dik id-diviżjoni.

4. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu li huma nefqa amministrattiva għall-iskopijiet ta’ punt (a) tat-tielet sub-paragrafu ta’ paragrafu 1:

(a) in-nefqa fuq ir-riżorsi umani li ma jkunux l-impjegati regolari;

(b) in-nefqa fuq it-taħriġ;

(ċ) l-infiq tal-missjoni;

(d) l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni;

(e) l-ispejjeż tal-laqgħat;

(f) l-ispejjeż relatati ma’ interpreti u/jew tradutturi li jaħdmu għal rashom;

(g) l-ispejjeż relatati mal-bdil bejn l-uffiċjali;

(h) l-ispejjeż tal-kirjiet li jirrepetu ruħhom tal-proprjetà mobbli u immobbli;

(i) l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni mixxellanja;

(j) l-ispejjeż tat-tindif u tal-manutenzjoni;

(k) l-ispejjeż relatati ma’ l-użu tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni;

(l) l-ispejjeż ta’ l-ilma, gas u elettriku;

(m) in-nefqa għall-pubblikazzjonijiet perjodiċi.

Artikolu 51

1. L-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu l-ewwel jagħmel rabta finanzjarja ma’ terzi qabel jidħol f’obbligazzjoni legali, li tkun vinkolanti fuq il-Kummissjoni.

2. Id-deċiżjonijiet ta’ l-iffinanzjar meħuda mill-Kummissjoni, fi qbil mal-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew mad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, li jawtorizzawha tagħti għajnuna finanzjarja mill-EDF, għandhom jagħtu lok għal rabtiet finanzjarji mill-Kummissjoni.

3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu kkonsidrati bħala rabtiet legli tal-Kummissjoni:

(a) ftehim għall-iffinanzjar bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għan-nom tal-Komunità, u l-Istat jew l-Istati ACP li jibbenifikaw jew l-OCTs li jibbenifikaw jew il-korpi li nnominaw;

(b) kuntratt jew ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u l-korpi tas-settur pubbliku nazzjonali jew internazzjonali jew persuni naturali jew legali li jkunu resposabbli biex iwettqu l-operazzjonijiet.

4. Kull ftehim ta’ l-iffinanzjar, kuntratt jew ftehim ta’ għotja għandu jispeċifika b’mod espress għall-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri, sabiex jeżerċità il-poteri tal-kontroll tagħhom, fuq id-dokumenti jew fuq il-post, fuq il-kuntratturi kollha u fuq is-sotto-kuntratturi li jkunu rċevew finanzjar minn riżorsi ta’ l-EDF.

Artikolu 52

Meta jkun qed jaddotta rabta finanzjarja, l-uffiċjal li jawtorizza responsabbli għandu jiżgura li:

(a) in-nefqa tkun ġiet attribwita lill-kont punt jew partita korrett;

(b) il-fondi huma disponibbli;

(ċ) in-nefqa tikkorrispondi mad-disposizzjonijiet rilevanti, partikolarment tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, tal-Ftehim Intern, ta’ dan ir-Regolament, u ma’ l-atti kollha addotta fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet;

(d) hemm konformità mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda.

Meta tiġi addottata rabta legali, l-uffiċjal li jawtorizza għandu jiżgura li:

(a) ir-rabta hija koperta minn rabta finanzjarja li tikkorrispondi;

(b) in-nefqa tikkorrispondi mad-disposizzjonijiet rilevanti, partikolarment tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, tal-Ftehim Intern, ta’ dan ir-Regolament, u ma’ l-atti kollha addotta fl-implimentazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet;

(ċ) hemm konformità mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda.

Taqsima 3

Ir-rabta tan-nefqa taħt amministrazzjoni ċentralizzata

Artikolu 53

1. Fejn ir-riżorsi ta’ l-EDF jiġu amministrati mill-Kummissjoni fuq bażi ċentralizzata jew konġunta, ir-rabta tan-nefqa għandha tkun oġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

2. Rabtiet individwali legali li għandhom x’jaqsmu ma’ rabtiet individwali finanzjarji għandhom jiġu konklużi mill-Kummissjoni fl-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N, is-sena N hija s-sena li fiha r-rabta individwali finanzjarja tal-Kummissjoni ġiet addottata, bla ħsara għall-Artikolu 50(3).

Bħala regoli ġenerali, ir-rabtiet finanzjarji globali għandhom ikopru l-ispejjeż kollha tar-rabtiet legali individwali konklużi mil-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1, is-sena N hija s-sena li fiha r-rabta globali finanzjarja tal-Kummissjoni ġiet addottata, bla ħsara għall-Artikolu 50(3).

Madankollu, fejn ir-rabtiet globali msemmija fl-Artikolu 51(3) jiġu mplimentati, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi il-kuntratti u l-ftehim individwali li jikkorrispondi sa mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tar-rabta finanzjarja. Il-kuntratti u l-ftehim individwali relatati għall-verifika u l-evalwazzjoni jistgħu jiġu konklużi aktar tard.

Fit-tmiem tal-perjodi imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sub-paragrafi, il-bilanċ mhux użat ta’ dawk ir-rabtiet finanzjarji għandhom jiġu decommitted mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli.

3. L-ammont ta’ kull rabta legali individwali addottata mill-Kummissjoni wara rabta globali għandu, qabel il-firem, jiġi rreġistrat mill-uffiċjal li jawtorizza responsabbli fil-kontijiet finanzjarji ta’ l-EDF u miktub għar-rabta globali.

4. Ir-rabtiet legali li jsiru għall-operazzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena waħda finanzjarja u r-rabtiet finanzjarji li jikkorrispondu għandu jkollhom data finali għall-implimentazzjoni li tkun ffissata skond il-ħtiġiet ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda, ħlief fil-każ tan-nefqa amministrattiva msemmija fl-Artikolu 50(3).

Kwalunkwe partijiet minn tali rabtiet li ma jkunux ġew implimentati sitt xhur wara dik id-data għandhom jiġu dekummissjonati u l-approprazzjonijeit korrispondenti għandhom jiġu kkanċellati.

Fejn rabta legali ma tkunx tagħat lok għal ħlas matul il-perjodu ta’ tliet snin, l-uffiċjal li jawtorizza għandhom jgħaddi biex jiddekummissjona r-rabta finanzjarja u jħassar l-approprjazzjonijiet.

5. It-terminazzjoni ta’ proġett u d-dekummissjoni tal-fondi mogħtija fi qbil ma’ paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu mwettqa meta r-rabtiet legali li tidħol fihom il-Kummissjoni f’konnessjoni ma’ dak il-proġett fir-rigward tat-terzi jiġu konklużi u l-ħlasijiet relatati u l-ammonti miġburi jkunu ġew reġistrati fil-kontijiet.

6. Id-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 4 għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jistgħu jiġu addottati mill-Kunsill skond l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE.

Taqsima 4

Ir-rabta għall-infiq taħt amministrazzjoni deċentralizzata

Artikolu 54

1. Fejn ir-riżorsi ta’ l-EDF huma amministrati fuq bażi deċentralizzata, ir-rabta tan-nefqa tal-Kummisjoni għandha tkun soġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

2. Il-ftehim ta’ l-iffinanzjar ma’ l-Istati ACP jew OCTs għandhom jiġu ffinalizzati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1, b’N tkun is-sena li fiha tkun ġiet addottata r-rabta finanzjarja tal-Kummissjoni.

Fejn il-ftehim finanzjarji ma jkunux ġew finalizzati sat-terminu perentorju stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-approprazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu dekummissjonati.

3. Il-Kummissjoni hija obbligatra li tħallas lir-riżorsi ta’ l-EDF kull meta l-kap tad-delegazzjoni, meta jkun qiegħed jaġixxi bħala uffiċjal li jawtorizza bis-sub-delega:

(a) jendorsja il-kuntratti u l-istimi tal-programmi, kif previst fl-Artikolu 80(4) ta’ dan ir-Regolament, fi qbil ma’ l-Artikolu 36(2)(i) ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE, jew id-disposizzjonijiet rilevanti tal-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija;

(b) jendorsja il-ftehim ta’ l-għotjiet.

L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu, fir-rigward ta’ kull endorsment, jirreġistra fil-kontijiet il-valur tal-kuntratt, l-istima tal-programm jew ta’ l-għotja in kwistjoni. Din ir-reġistrazzjoni għandha tiġi msejjħa "l-fondi mogħtija".

Il-fondi mogħtija rreġistrati għandhom jiġu paċuti mill-Kummissjoni mar-rabtiet globali li jikkorrispondu mad-deċiżjonijiet ta’ l-iffinanzjar kkonċernati.

4. F’konformità mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda imsemmija fl-Artikolu 4 u waqt li taġixxi fi ħdan il-poteri tagħha, il-Kummissjoni għandha taħdem biex tara li:

(a) ir-rabtiet legali individwali li jimplimentaw il-ftehim ta’ l-iffinanzjar imsemmija fil-paragrafu 2 jiġu konklużi mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tar-rabta finanzjarja korrispondenti;

(b) il-fondi assenjati li jikkorrispondu mar-rabtiet legali individwali li jsiru għall-implimentazzjoni ta’ ftehim finanzjarju imsemmi fil-paragrafu 2 li jkunu għadhom ma tawx lok għal xi ħlas matul perjodu ta’ tliet snin jiġu dekummissjonati.

Ir-rabtiet legali individwali kif imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu għandhom ikunu il-kuntratti, il-ftehim ta’ l-għotjiet jew l-istimi tal-programm konklużi mill-Istat ACP jew OCT jew mill-awtoritajiet tiegħu jew mill-Kummissjoni li tkun qedha taġixxi f’isimhom u għan-nom tagħhom.

Għall-iskopijiet li jiġu applikati l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, il-Kummissjoni għandha, fi qbil ma’ l-Istati ACP u l-OCTijiet li jibbenifikaw, tinkorpora id-disposizzjonijiet rilevanti fil-ftehim ta’ l-iffinanzjar imsemmija f’ paragrafu 2.

5. It-terminazzjoni ta’ proġett u d-dekummissjoni tal-fondi mogħtija fi qbil ma’ paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu mwettqa meta r-rabtiet legali li jidħol fihom l-Istat ACP jew l-OCT jew l-awtoritajiet tiegħu, u/jew mill-Kummissjoni li tkun qedha taġixxi f’isimhom u għan-nom tagħhom f’konnessjoni ma’ dak il-proġett fir-rigward tat-terzi jiġu konklużi u l-ħlasijiet relatati u l-ammonti miġburi jkunu ġew reġistrati fil-kontijiet.

6. Id-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 4 għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jistgħu jiġu addottati mill-Kunsill skond l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE.

Taqsima 5

Il-Validazzjoni tan-nefqa

Artikolu 55

Il-validazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli:

(a) jivverifika l-eżistenza ta’ l-intitolament tal-kreditur;

(b) jistabilixxi jew jivverifika l-veraċità u l-ammont tal-pretensjoni;

(ċ) jivverifika l-kondizzjonijiet li fihom huwa dovut il-ħlas.

Artikolu 56

1. Il-validazzjoni ta’ kull nefqa għandha tiġi bbażata fuq dokumenti validi li jsostnu li jixhdu l-pretensjoni tal-kreditur, a bażi ta’ dikjarazzjoni tas-servizzi li fil-fatt ġew mogħtija, tal-provvisti li fil-fatt ġew fornuti jew tax-xogħol li fil-fatt ġie mwettaq jew a bażi tad-dokumenti l-oħra li jiġġustifikaw il-ħlas. In-natura tad-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu magħluqa ma’ l-ordnijiet tal-ħlas u mal-partikolaritajiet li jridu jiġu nklużi għandhom ikunu tali biex jagħmluha possibbli li jsiru l-verifiki previsti f’L-Artikoli 55, 58 u 60.

2. Qabel ma’ jieħu d-deċiżjoni li jivvalida n-nefqa, l-uffċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jiċċekkja personalment id-dokumenti ta’ sostenn u għandu, fuq ir-responabbilità tiegħu stess, jiżgura li dan ikun sar.

3. Id-deċiżjoni li jivvalida n-nefqa għandha tiġi espressa bl-iffirmar ta’ vawċer "mgħoddija għall-ħlas" mill-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli.

Artikolu 57

L-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għandu jistabbilixxi il-kriterji għall-iffirmar tal-vawċer "mgħoddija għall-ħlas" b’analoġija mad-disposizzjonijiet rilevanti tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali Finanzjarju.

Artikolu 58

Fuq sistema li ma tkunx kompjuterizzata, "mgħoddija għall-ħlas" għandha tieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma ta’ l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli. Fuq sistema kompjuterizzata, "mgħoddija għall-ħlas" għandha tieħu l-forma ta’ validazzjoni li tuża l-password personali ta’ l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli.

Taqsima 6

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa

Artikolu 59

L-awtorizzazzjoni tan-nefqa hija l-att li bih l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli, billi joħroġ ordni għall-ħlas, jagħti struzzjoni lill-uffiċjal tal-kontijiet sabiex iħallas oġġett tan-nefqa li jkun ivvalida.

Artikolu 60

Meta jkun qiegħed iħejji l-ordni għall-ħlas, l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jiżgura li:

(a) l-ordni għall-ħlas tkun inħarġet kif suppost, fis-sens li tkun ittieħdet qabel deċiżjoni tal-validazzjoni li tikkorrispondi fil-forma ta’ "mgħoddija għall-ħlas";

(b) l-ordni għall-ħlas tkun tikkorrispondi mar-rabta finanzjarja li fuqha tkun ġiet riservata.

(ċ) in-nefqa tiġi mposta għall-oġġett il-korrett fil-kontijiet;

(d) l-approprjazzjonijiet huma disponibbli;

(e) id-dettalji personali tal-persuna li se titħallas huma korretti.

Artikolu 61

L-ordni tal-ħlas għandha jkun fiha:

(a) is-sena finanzjarja li fuqha għandha tiġi riservata n-nefqa;

(b) l-istrument u l-allokazzjoni li fuqha hija riservata f’konformità ma’ l-Artikolu 3;

(ċ) ir-riferenzi tar-rabta legali li jagħtu lok għal pretensjoni għall-ħlas;

(d) ir-riferenzi tar-rabta finanzjarja li fuqha għandha tiġi riservata;

(e) is-somma li trid titħallas, li tkun tindika l-munita li fiha jrid isir il-ħlas;

(f) l-isem u l-indirizz tal-persuna li se titħallas;

(g) il-kont tal-bank li fih għandu jsir il-ħlas;

(h) l-oġġett tan-nefqa;

(i) il-mezz tal-ħlas.

L-ordni għall-ħlas għandha tiġi datata u ffirmata mill-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli, imbgħad tintbgħat lill-uffiċjal tal-kontijiet.

Artikolu 62

Id-dokumenti ta’ sostenn għandhom jinżammu mill-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli.

Taqsima 7

Il-ħlas tan-nefqa

Artikolu 63

1. Il-ħlas għandu jsir biss wara li tintwera xhieda li l-azzjoni rilevanti hija fi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-att bażiku jew tal-kuntratt u għandha tkopri waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ħlas ta’ l-ammont kollu dovut;

(b) il-ħlas ta’ l-ammonti dovuti f’xi waħda mill-modi li ġejjin:

(i) il-pre-finanzjar, li jista’ jiġi maqsum f’numru ta’ ħlasijiet,

(ii) ħlas wieħed jew iżjed fl-intervall,

(iii) ħlas tal-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti.

2. Għandha ssir distinzjoni fil-kontijiet bejn it-tipi ta’ ħlas differenti msemmija fil-paragrafu 1 fiż-żmien li jsiru.

3. Il-pre-finanzjar huwa intiż sabiex jipprovdi lill-benefiċjarju bi float. Jista’ jinqasam f’numru ta’ ħlasijiet.

4. Il-ħlas fl-intervall, li jista’ jiġi ripetut, huwa maħsub biex iħallas lura l-ispiża li tkun saret mill-benefiċjarju a bażi tad-dikjarazzjoni tan-nefqa meta l-azzjoni tkun għaddejja. Jista’ jneħħi l-pre-finanzjar kollu jew parti minnu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-att bażiku jew tal-kuntratt.

5. L-għeluq tan-nefqa għandu jieħu l-forma tal-ħlas tal-bilanċ, li ma jistax jiġi ripetut u jneħħi s-sistemi kollha ta’ qabel, jew ordni ta’ rkupru.

Artikolu 64

Il-ħlas tan-nefqa għandu jsir mill-uffiċjal tal-kontijiet fi ħdan il-limiti tal-fondi disponibbli.

Artikolu 65

Il-ħlasijiet għandhom isiru mil-kontijiet tal-bank imsemmija f’Artikou 28. Ir-regoli ddettaljati għall-ftuħ, amministrazzjoni u għall-użu ta’ tali kontijiet għandu jiġi ddeterminat mil-Kummissjoni.

Dawk ir-regoli għandhom jinħtieġu partikolarment il-firem konġunti fuq l-ordnijiet tat-trasferiment u l-ħlasijiet kollha tal-bank ta’ żewġ uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati għalhekk.

Artikolu 66

1. Fil-każijiet fejn il-kap tad-delegazzjoni jwettaq l-obbligazzjonijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza permezz ta’ sub-delega f’konformità ma’ l-Artikolu 21(2), il-ħlasijiet korrispondenti jistgħu isiru mill-uffiċjal tal-kontijiet permezz ta’ sub-delega, fil-post stess meta dan ikun xieraq.

L-uffiċjal tal-kontijiet jista’ jagħmel il-ħlasijiet mill-kont ta’ l-aġent li jħallas fl-Istat ACP jew OCT fil-munita lokali u l-ħlasijiet fil-muinita barranija minn kont ta’ l-aġent li jħallas wieħed jew aktar fil-Komunità.

2. Għall-ħlasijiet magħmula mill-uffiċjal tal-kontijiet b’sub-delega, l-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jiżgura li l-kontrolli jitwettqu qabel jew wara l-eżekuzzjoni tagħhom u mad-dħul tagħhom fil-kontijiet.

Taqsima 8

Il-limiti ta’ żmien għall-operazzjonijiet tan-nefqa

Artikolu 67

Il-validazzjoni, l-awtorizzazzjoni u l-ħlas tan-nefqa għandhom jitlestew f’perjodu ta’ mhux iżjed minn 90 ġurnata mid-data li fihom ikun dovut il-ħlas. L-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza għandu jawtorizza n-nefqa u javża lill-kap tad-delegazzjoni b’dan sa mhux aktar minn 45 ġurnata qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien.

Il-pretensjonijiet għall-ħlasijiet tardivi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 37 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE għandhom jiġu mħallsa mill-Kummissjoni mil-kont jew kontijiet previsti fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 7

SISTEMI TAL-KOMPUTER

Artikolu 68

1. Fejn l-operazzjonijiet ta’ l-introjtu u tan-nefqa huma amministrati permezz ta’ sistemi tal-komputer, id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati minn proċedura komputerizzata jew elettronika.

2. Fejn jintużaw is-sistemi u s-subsistemi tal-komputer sabiex jipproċessaw l-operazzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja, għandha tkun meħtieġa deskrizzjoni sħiħa ta’ kull sistema jew sub-sistema.

Kull deskrizzjoni għandha tiddefinixxi l-kontenut ta’ l-oqsma kollha tad-data u tiddeskrivi kif is-sistema titratta kull operazzjoni individwali. Hija għandha turi fid-dettall kif is-sistema tiggarantixxi l-eżistenza ta’ traċċa sħiħa tal-verifika għal kull operazzjoni.

3. Id-data fis-sistemi u fis-sub-sistemi tal-komputer għandhom jiġu rreġistrati perjodikament u miżmuma f’post sikur.

KAPITOLU 8

AWDITUR INTERN

Artikolu 69

L-awditur intern ta’ l-EDF għandu jkun l-awditur intern tal-Kummissjoni. Huwa għandu jwettaq l-obbligazzjonijeit tiegħu f’konformità ma’ l-istandards internazzjonali rilevanti. Huwa għandu jagħti rendikont lill-Kummissjoni biex tivverifika t-tħaddim kif suppost tas-sistemi u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 1. L-awditur intern jista’ jew ikun uffiċjal tal-varifika jew uffiċjal tal-kontijiet.

Artikolu 70

1. L-awditur intern għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kif għandha tamministra r-riskji, billi jagħti opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità ta’ l-amministrazzjoni u tas-sistemi tal-kontroll u billi jagħti rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kondizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda. Huwa jista’ jiġi msejjaħ biex jagħti parir lill-awtoritajiet tal-pajjiżi ACP jew OCTs dwar l-istess suġġetti.

Huwa għandu jkun responsabbli partikolarment biex:

(a) jagħmel stima tal-konvenjenza u l-effettività tas-sistemi interni ta’ l–amministrazzjoni u tal-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni tal-politika, programmi u azzjonijiet b’riferenza għar-riskji assoċjati magħhom;

(b) jagħmel stima tal-konvenjenza u l-kwalità tas-sistemi interni tal-kontroll applikabbli għal kull operazzjoni għall-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF.

2. L-awditur intern għandu jgawdi minn aċċess sħiħ u mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex iwettaq dmirijietu, meta jkun neċessarju fuq il-post stess, inkluż fl-Istati Membri u f’terzi pajjiżi.

3. L-awditur intern għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar dak li jsib u dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tassigura li tittieħed azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-verifiki. L-awditur intern għandu ukoll jagħti lill-Kummissjoni rapport annwali tal-verifika interna li jindika in-numru u t-tip ta’ verifiki li jkunu twettqu, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

4. Kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat lill-awtorità responsabbli għar-rilaxx rapport li jagħmel sommarju tan-numru u t-tip ta’ verifiki li jkunu twettqu, tar-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u ta’ l-azzjoni li tkun ittieħdet fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 71

Ir-regoli speċjali li jkunu applikabbli għall-awditur intern għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali Finanzjarju, partikolarment fir-rigward ta’ l-indipendenza tiegħu fit-twettiq ta’ dmirijietu u fiċ-ċirkostanzi li taħthom jista’ jinżamm responsabbli.

TITOLU IV

KISBA

KAPITOLU 1

INTENZJONI

Artikolu 72

1. Il-kuntratti pubbliċi huma kuntratti għall-interess pekunarju li ġew konklużi bil-kitba minn awtorità kontrattanti fi żdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 73 sabiex jakkwistaw, kontra l-ħlas tal-prezz imħallas fis-sħiħ jew f’parti mir-riżorsi ta’ l-EDF, il-provvista ta’ assi mobbli jew immobbli, isir appalt jew il-provvista tas-servizzi.

Tali kuntratti jinkludu:

(a) kuntratti ta’ fornitura;

(b) kuntratti ta’ appalt;

(ċ) kuntratti tal-provvista tas-servizzi.

2. Dan it-Titolu m’għandux ma jirreferix għall-għotjiet.

Artikolu 73

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu awtoritajiet kontrattanti għall-iskopijiet ta’ dan it-Titolu:

(a) l-Istat jew l-Istati ACP benefiċjarji jew il-korpi bi prokura mingħandhom, jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) il-Kummissjoni, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija f’isimha;

(ċ) il-Kummissjoni, għan-nom ta’ u f’isem wieħed jew iżjed mill-Istati ACP benefiċjarji;

(d) korp nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew persuna naturali jew legali li ffirmaw ftehim għall-iffinanzjar jew ftehim għall-għoti ma pajjiż ta’ l-ACP wieħed jew aktar jew mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm jew proġett.

2. Il-proċeduri tal-kisba għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta’ l-iffinanzjar imsemmija fl-Artikolu 51(3).

KAPITOLU 2

IL-PROĊEDURI U L-PRINĊIPJI DWAR L-GĦOTI TAL-KUNTRATTI

Artikolu 74

1. Il-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjoniijiet iffinanzjati mill-EDF sabiex jgħinu l-Istati ACP għandhom ikunu dawk iddefiniti fl-Artikolu 28 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE.

Il-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjoniijiet iffinanzjati mill-EDF sabiex jgħinu l-OCTs għandhom jiġu ddefiniti fil-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

2. Fejn il-Kummissjoni taġixxi bħala awtorità kontrattanti għall-implimentazzjoni ta’ l-għajnuna umanitarja jew għall-għajnuna ta’ l-emerġenza fi ħdan il-qafas tal-Ftehim ACP-KE jew id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, hija għandha tiġi mitluba tikkonforma mar-regoli tal-Komunità rilevanti dwar il-kisba.

KAPITOLU 3

PARTEĊIPAZZJONI FIL-KUNTRATTI

Artikolu 75

1. Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ offerti għall-xogħol bl-appalt fir-rigward ta’ kuntratti ffinanzjati mill-EDF għandhom ikunu miftuħa fuq termini ugwali f’konformità mal-kondizzjonijiet fl-Artikolu 20 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE.

2. Il-persuni ta’ nazzjonalita li ma tkunx ta’ ta’ l-Istati ACP u ta’ l-Istati Membri, inklużi l-OCTs, jistgħu jiġu awtorizzati biex jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ offerti għall-xogħol bl-appalt f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE.

Artikolu 76

Fi ħdan il-limiti tal-poteri li jingħatawlha mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE u f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 ta’ l-Anness IV tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aktar parteċipazzjoni wiesa’ possibbli, fuq termini ugwali, fil-proċeduri ta’ offerti għall-xogħol bl-appalt fir-rigward ta’ kuntratti ffinanzjati mill-EDF u għandha tiżgura l-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.

Artikolu 77

Fi ħdan il-limiti tal-poteri li jingħatawlha mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi sabiex tistabbilixi, b’analoġija mar-regoli rilevanti tar-regolament ġenerali finanzjarju, database ċentrali li jkun fiha d-dettalji tal-kandidati u ta’ dawk li offrew għall-xogħol bl-appalt lu huma, skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 28 ta’ l-Anness IV tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, f’sitwazzjoni li teskludihom milli jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ operazzjonijiet ffinanzjati mill-EDF.

KAPITOLU 4

PUBBLIKAZZJONI

Artikolu 78

Fi ħdan il-limiti tal-poteri li jingħatawlha mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE u f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’L-Artikoli 21 u 34 ta’ l-Anness IV tiegħu, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tippubblika l-proċeduri internazzjonali ta’ offerti għall-xogħol bl-appalt fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.

Artikolu 79

1. Fi ħdan il-limiti tal-poteri li jingħatawlha mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura li jkun hemm tixrid effettiv ta’ l-informazzjoni dwar l-operaturi ekonomiċi involuti, l-aktar permezz tal-pubblikazzjoni perjodika ta’ programmi u proġetti li jridu jiġu ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF.

2. Il-Kummissjoni għandha tassigura b’mod partikolari li l-informazzjoni li ġejja tiġi ppubblikata fl-aktar media xierqa, b’indikazzjoni tas-suġġett dwar xiex titratta, tal-kontenut u tal-valur tal-kuntratti proposti:

(a) fact sheets li jidentifikaw il-proġetti;

(b) sommarju tal-proposti finanzjarji addottati mill-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat il-Kumitat ta’ l-EDF.

3. Fi ħdan il-limiti tal-poteri li jingħatawlha mill-Ftehim ta’ l-ACP-KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-proeċeduri ta’ offerti għall-xogħol bl-appalt jiġu ppubblikati fl-ewwel opportunità possibbli.

TITOLU V

OPERAZZJONIJIET DIRETTI TAX-XOGĦOL

Artikolu 80

1. Dan it-Titolu għandu jirregola l-operazzjonijiet diretti tax-xogħol previsti fl-Artikolu 24 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE. Huwa għandu jgħodd mutatis mutandis għall-koperazzjoni finanzjarja ma’ l-OCT.

2. Fil-każ ta’ l-operazzjonijiet, proġetti u programmi diretti tax-xogħol, għandhom jiġu implimentati direttament mid-dipartimenti pubbliċi ta’ l-Istat jew Stati ta’ l-ACP kkonċernati.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż tad-dipartiment involut biex jipprovdi l-apparat u/jew il-materjali li jonqsuħ u/jew ir-riżorsi biex jakkwista xi ħaddiema oħra li jeħtieġ, bħal ma huma esperti minn ġewwa l-Istati ta’ l-ACP kkonċernati jew Stati oħra ta’ l-ACP. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità għandha tkopri biss l-ispejjeż li jkunu saru bil-miżuri supplimentarji u n-nefqa temporanja li għandh x’taqsam ma’ l-eżekuzzjoni li huma strettament limitati għall-ħtiġiet tal-proġett in kwistjoni.

L-amministrazzjoni finanzjarja ta’ proġett implimentat mix-xogħol dirett f’konformità ma’ l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi għandha ssir permezz ta’ kontijiet imprest amministrati minn ammonistratur imprest u minn uffiċjal tal-kontijiet, maħtur mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza bl-approvazzjoni minn qabel tal-kap tad-delegazzjoni.

3. Fil-każ ta’ operazzjonijiet tax-xogħol dirett li jkunu fuq barra, l-awtoritajiet kontrattanti fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 73(1)(a) għandhom jafdaw il-biċċiet tax-xogħol relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-proġetti jew programmi għall-korpi pubbliċi, semi-pubbliċi jew privati li huma legalment distinti mill-Istati jew Stati ta’ l-ACP kkonċernati. F’tali każijiet, il-korp konċernat għandu jieħu r-responsabbilità għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm jew tal-proġett minflok l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza. Il-kompiti li jiġu delegati b’dan il-mod jistgħu jinkludu l-poter li jiġu konklużi u amministrati l-kuntratti u s-superviżjoni tax-xogħolijiet in rappreżentanza u għan-nom ta’ l-Istat jew l-Istati ACP kkonċernati.

4. L-operazzjonijiet diretti tax-xogħol għandhom jiġu implimentati a bażi ta’ programm ta’ miżuri li jridu jitwettqu u ta’ stima ta’ l-ispejjeż tagħhom, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-istima tal-programm". L-istima tal-programm hija dokument li jistabbilixxi r-riżorsi umani u materjali meħtieġa, il-budget u l-arranġamenti ddettaljati tekniċi u amministrattivi ta’ l-implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-proġett fuq perjodu speċifiku permezz tax-xogħol dirett u, possibilment, permezz ta’ kisba pubblika u l-għoti ta’ għotjiet speċifiċi. Kull stima tal-programm għandha tiġi ppreparata mill-amministratur imprest u mill-uffiċjal tal-kontijiet imsemmi fil-paragrafu 2, fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti tax-xogħol, jew mill-organizzazzjoni terza msemmija fil-paragrafu 3, fil-każ ta’ operazzjonijiet esterni tax-xogħol dirett, u għandha imbgħad tiġi approvata mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza u mil-kap tad-delegazzjoni qabel l-attivitajiet li tipprovdi għall-kummerċ.

5. Fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istimi tal-programm imsemmija fil-paragrafu 4, il-proċeduri tal-kisba u ta’ l-għoti ta’ għotjiet għandhom jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’Titoli IV u VI rispettivament. Partikolarment, il-proposti għall-għoti tal-kuntratti għandhom jiġu approvati mill-kap tad-delegazzjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 36 ta’ l-Anness IV għall-Ftehim ta’ l-ACP-KE. L-istess għandu jgħodd għall-proposti biex jingħataw l-għotjiet.

6. Il-ftehim ta’ l-iffinanzjar imsemmija fl-Artikolu 51(3) għandhom jikkonsidraw l-implimentazzjoni tal-proġetti jew programmi permezz ta’ l-operazzjonijiet diretti tax-xogħol.

Artikolu 81

Fil-każ ta’ operazzjonijiet diretti tax-xogħol, l-awtorità kontrattanti imsemmija fl-Artikolu 73(1)(a) għandha tikkonkludi kuntratt ta’ servizz ma’ organizzazzjoni ta’ terzi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratt jistabbilixxi:

(a) disposizzjonijiet xierqa għall-iskrutinju ta’ l-użu tar-riżorsi ta’ l-EDF mill-Uffiċjal Prinipali li Jawtorizza, mill-kap tad-delegazzjoni, mill-OLAF, mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza, mill-Qorti ta’ l-Awdituri u mill-korpi nazzjonali tal-verifika ta’ l-Istat jew Stati ACP ikkonċernati;

(b) definizzjoni ċara u delimitazzjoni preċiża tal-poteri delegati għall-organizzazzjoni kkonċernata u l-poteri miżmuma mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza;

(ċ) il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fl-użu tal-poteri hekk delegati, bħall-għażla ta’ l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, l-għoti tal-kuntratt jew is-superviżjoni tax-xogħolijiet;

(d) il-possibilità ta’ reviżjoni ex post u ta’ multi finanzjarji fejn l-għoti tal-fondi jew l-għoti tal-kuntratti minn organizzazzjoni terza ma jikkorrispondix mal-proċeduri stabbiliti f’punt (ċ);

(e) is-segregazzjoni effettiva tad-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u ta’ l-uffiċjal tal-kontijiet;

(f) l-eżistenza ta’ sistema effettiva għall-kontroll intern ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni;

(g) l-eżistenza ta’ sistema tal-kontijiet għall-operazzjonijiet ta’ l-amministrazzjoni u ta’ proċeduri separati għall-preżentazzjoni tal-kontijiet li jħallu li jiġi verifikat l-użu korrett tar-riżorsi ta’ l-EDF.

TITOLU VI

GĦOTJIET

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 82

1. Fil-kuntest ta’ l-amministrazzjoni ċentralizzata, l-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, mogħtija mill-Kummissjoni permezz ta’ donazzjoni mir-riżorsi ta’ l-EDF sabiex jiffinanzjaw:

(a) jew azzjoni ddisinjata biex tgħin tilħaq xi għan tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, jew ta’ programm jew proġett addottat f’konformità ma’ dak il-Ftehim jew Deċiżjoni;

(b) tat-tħaddim ta’ korp li jsegwi talo għan.

Għandhom jiġu koperti minn ftehim bil-miktub.

2. Li ġejjin m’għandhomx jiġu kkonsidrati bħala għotjiet għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu:

(a) il-ftehim ta’ l-iffinanzjar kif imsemmija fl-Artikolu 51(3)(a);

(b) il-kuntratti pubbliċi kif imsemmija f’Titolu IV jew l-operazzjonijiet diretti tax-xogħol kif imsemmija f’Titolu V;

(ċ) is-self, il-garanziji, il-kontribuzzjonijiet, il-kuntratti, is-sussidjii tar-rata ta’ l-interessi jew kull operazzjoni oħra finanzjarja amministrata mill-EIB;

(d) l-għajnuna diretta jew indiretta tal-budget, jew l-għajnuna biex tgħin tnaqqas id-dejn jew tappoġġa il-gwadann ta’ l-esportazzjoni fil-każ ta’ tibdil żgħir fi żmien qasir;

(e) il-ħlasijiet magħmula mill-korpi li lilhom ġew delegati l-poteri mill-Kummissjoni kif stabbilit f’L-Artikoli 14 u 15 jew fi ħdan il-qafas ta’l-amministrazzjoni konġunta imsemmija fl-Artikolu 16.

KAPITOLU 2

IL-PRINĊIPJI TA’ L-GĦOTJA

Artikolu 83

1. L-għoti ta’ l-għotjiet għandu jiġi soġġett għall-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali. L-għotjiet ma jistgħux ikunu kumulattivi; ma jistgħux jingħataw retrospettivament; u jridu jinvolvu l-ko-finanzjar.

2. L-għotja ma’ tistax ikollha l-iskop jew l-effett li tipproduċi profitt għall-benefiċjarju.

Artikolu 84

1. Fejn, fil-kuntest ta’ l-amministrazzjoni ċentralizzata, azzjoni tipprovdi għall-iffinanzjar fil-forma ta’ għotjiet, il-pjan ta’ tħaddim għal dik l-azzjoni għandu jkun fih programm, ħlief fil-każ ta’ l-għajnuna għall-amministrazzjoni tal-kriżi jew għall-operazzjonijiet ta’ l-għajnuna umanitarja.

Dak il-programm għandu jiġi mplimentat permezz tal-pubblikazzjoni ta-sejħiet għall-proposti ħlief f’każijiet ta’ urġenza li jkunu sostanzjati jew fejn in-natura tal-benefiċjarju ma tħalli ebda għażla oħra għal azzjoni speċifika.

2. L-għotjiet mogħtija għandhom jiġu ppubblikati kull sena b’ħarsien tal-ħtiġiet tal-kunfidenzalità u s-sigurtà.

Artikolu 85

1. Azzjoni waħda tista’ tagħti lok għall-għoti ta’ għotja waħd biss mir-riżorsi ta’ l-EDF lill-benefiċjarju wieħed.

2. Benefiċjarju wieħed jista’ jingħata għotja tat-tħaddim waħda biss fis-sena mir-riżorsi ta’ l-EDF kull sena finanzjarja tal-benefiċjarju.

Artikolu 86

1. Tista’ tingħata għotja għall-azzjoni li tkun diġa’ bdiet biss jekk l-applikant ikun jista’ juri il-bżonn li jagħti bidu għall-azzjoni qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim.

F’tali każijiet, in-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar ma tistax tkun saret qabel id-data ta’ l-għoti ta’ l-applikazzjoni ta’ l-għotja, ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jkunu ġew sostanzjati jew fil-każ ta’ nefqa meħtieġa għall-implimentazzjoni kif suppost ta’ l-għajnuna għall-amministrazzjoni tal-kriżi jew għall-operazzjonijiet ta’ l-għajnuna umanitarja, kif stabbilit fil-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

Ma tista’ tingħata l-ebda għotja retrospettivament għall-azzjonijiet li jkunu diġa’ saru.

2. Il-ftehim dwar għotja tat-tħaddim ma jistax jiġi ffirmat aktar minn erba’ xhur wara l-bidu tas-sena tal-budget tal-benefiċjarju. In-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar ma tistax tkun saret qabel id-data meta ingħatat l-applikazzjoni ta’ l-għotja jew qabel il-bidu tas-sena tal-budget tal-benefiċjarju.

Artikolu 87

Kwalunkwe azzjoni tista’ tiġi ffinanzjata totalment mir-riżorsi ta’ l-EDF biss jekk din tirriżulta li hija essenzali għat-tlestija tagħha.

KAPITOLU 3

IL-PROĊEDURA TA’ L-GĦOTJA

Artikolu 88

1. L-applikazzjonijiet għall-għotja għandhom ikunu eliġibbli meta jaqgħu taħt il-Ftehim ta’ l-ACP-KE jew fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija jew programm jew proġett addottat f’konformità ma’ dak il-Ftehim jeq Deċiżjoni u jingħataw bil-miktub minn persuni legali. Persuni naturali jistgħu jirċievu għotjiet f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim jew fid-Deċiżjoni eċċezzjonalment, skond in-natura ta’ l-azzjoni jew l-għan imfittex mill-applikant.

2. L-għotjiet ma jistgħux jingħataw lill-applikanti li s-sitwazzjoni tagħhom, fiż-żmien ta’ l-għoti tal-proċedura ta’ l-għotja, tkun tali li jiġu kklassifikati bħala ineliġibbli skond ir-regoli tal-Komunità applikabbli għall-kisba pubblika.

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw li m’humiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu.

3. Jistgħu jiġu mposti penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u disswasivi mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza fuq l-applikanti li huma esklużi skond il-paragrafu 2.

Artikolu 89

1. Il-kriterji għall-għażla għandhom ikunu tali biex jamluha possibbli li tiġi valutata l-abilità ta’ l-applikant li jispiċċa l-azzjoni proposta jew il-programm tax-xogħol.

2. Il-kriterji għall-għażla għandhom ikunu tali biex jamluha possibbli li tiġi valutata il-kwalità tal-proposti mogħtija fid-dawl ta’ l-għanijiet u tal-prijoritajiet stabbiliti.

Artikolu 90

1. Il-proposti għandhom jiġu vvalutati, a bażi ta’ kriterji għall-għażla u għall-għoti imħabbra minn qabel, minn kumitat ta’ l-evalwazzjoni stabbilit għal dak ir-raġuni, bil-għan li jiddetermina liema proposti jistgħu jiġu ffinanzjati.

2. L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jagħmel lista tal-benefiċjarji u ta’ l-ammonti approvati a bażi ta’ l-evalwazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1.

3. L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk l-għotja mitluba ma tingħatax, huwa għandu jagħti r-raġunijiet għaliex ġiet rifjutata l-applikazzjoni, b’riferenza partikolarment għall-kriterji ta’ l-għazla u l-għoti msemmija qabel. L-applikanti għandhom jiġu nfurmati fi żmien 15-il-ġurnata minn meta tgħaddi d-deċiżjoni ta’ l-għoti lill-benefiċjarji.

KAPITOLU 4

ĦLAS

Artikolu 91

Il-pass li bih isiru l-ħlasijiet għandu jiġi ddeterminat mir-riskji finanzjarji involuti, mid-dewmien u mill-progress ta’ l-azzjoni, jew mill-ispejjeż li jsiru mill-benefiċjarju.

Artikolu 92

L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli jista’ jitlob lill-benefiċjarju jagħti garanzija bil-uddiem sabiex jilimita ir-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas ta’ l-iffinanzjar minn qabel.

Din il-garanzija għandha tiġi mitluba fir-rigward tal-pre-iffinanzjar li jaqbeż il-miljun EUR jew li jirrappreżenta il-fuq minn 90 % ta’ l-ammont totali ta’ l-għotja, wara li jiġu kkonsidrati id-diffikultajiet ta’ l-aċċess għas-servizzi bankarji lokali. L-uffiċjal li jawtorizza li jkun responsabbli jista’ madankollu jeżenta minn din l-obbligazzjoni lill-dawk il-benefiċjarji li jkunu daħlu fi ftehim ta’ qafas ta’ sħubija.

Artikolu 93

1. L-ammont ta’ l-għotja m’għandux ikun finali jekk mhux sa wara li l-Kummissjoni tkun aċċettat ir-rapporti finali u l-kontijiet, mingħajr preġudizzju għall-verifiki sussegwenti mill-Kummissjoni.

2. Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jikonforma ma’ l-obbligazzjonijiet legali jew kontrattwali tiegħu, l-għotja għandha tiġi sospiża u mnaqqsa jew itterminata wara li l-benefiċjarju jkun ingħata l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu.

KAPITOLU 5

L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 94

1. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni teħtieġ l-għoti tal-kuntratti tal-kisba mill-benefiċjarju, il-ftehim ta’ l-għotja imsemmija fl-Artikolu 82(1) għandhom jikunsidraw il-proċeduri li jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità dwar il-kisba li jkunu applikabbli għall-koperazzjoni mal-pajjiżi mhux membri.

2. Kull ftehim ta’ l-għotja għandu jipprovdi espressament għall-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri biex jeżerċitaw il-poteri tal-kontroll tagħhom, fuq id-dokumenti u fil-post, fuq il-kuntratturi u fuq is-sub-kuntratturi kollha li rċevew l-assistenza finanzjarja mir-riżorsi ta’ l-EDF.

Artikolu 95

Fil-kuntest ta’ l-amministrazzjoni deċentralizzata, imsemmija fl-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha taħdem biex tinkoraġġixxi l-amministrazzjoni mill-Istati ACP benefiċjarji u mill-OCTs li tkun immirata biex tapplika disposizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan it-Titolu.

TITOLU VII

IL-KONTIJIET

KAPITOLU 1

IL-PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Artikolu 96

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal, sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena fl-iżjed tard, il-kontijiet ta’ l-EDF li jiddeskrivu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Fond kif kienet fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel. Il-kontijiet ta’ l-EDF għandu jkun fihom:

(a) ir-rendikonti finanzjarji imsemmija fl-Artikolu 100;

(b) ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja imsemmija fl-Artikolu 101;

(ċ) it-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni fornuta mill-EIB f’konformità ma’ l-Artikolu 125(2).

2. Il-kontijiet ta’ l-EDF għandhom jiġu akkumpanjati minn amministrazzjoni finanzjarja matul is-sena preċedenti li jkun fiha deskrizzjoni preċiża ta’:

(a) il-kisba ta’ l-għanijiet għas-sena finanzjarja, f’konformità mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda;

(b) is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ġrajjiet li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet mwettqa matul is-sena finanzjarja.

Artikolu 97

Il-kontijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli u jkunu preċiżi u komprensivi u jippreżentaw viżjoni vera u imparzjali:

(a) fir-rigward tar-rendikonti finanzjarji, ta’ l-assi u l-obbligi, il-piżijiet u l-intorjtu, l-intitolamenti u l-obbligazzjonijiet li m’humiex murija bħala assi jew obbligi, u l-cash flow;

(b) fir-rigward tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-introjtu u tan-nefqa mir-riżorsi ta’ l-EDF.

Artikolu 98

Ir-rendikonti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 100 għandhom isiru f’konformità mal-prinċipji taż-żamma tal-kontijiet aċċettati ġeneralment, speċjalment:

(a) a bażi ta’ negozju mqabbad;

(b) il-prudenza;

(ċ) il-metodi tal-kontijiet konsistenti;

(d) kemm l-informazzjoni tista’ tiġi kkumparata;

(e) il-materjalità;

(f) l-ebda netting;

(g) ir-realtà minflok l-apparenza;

(h) iż-żamma tal-kontijiet a bażi ta’ akkumulazzjoni ta’ imgħax.

Artikolu 99

1. F’konformità mal-prinċipju taż-żamma tal-kontijiet a bażi ta’ akkumulazzjoni ta’ imgħax, ir-rendikonti finanzjarji imsemmija fl-Artikolu 100 għandhom juru l-piżijiet u l-introjtu għas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data tal-ħlas jew tal-ġbir.

2. Il-valur ta’ l-assi u l-obbligi għandu jiġi ddeterminat f’konformità mar-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 111.

Artikolu 100

1. Ir-rendikonti finanzjarji għandhom jiġu ppreparati mill-uffiċjal tal-kontijiet u għandhom jiġu ppreżentati f’miljuni ta’ euro. Huma għandhom jinkludu:

(a) il-balance sheet, li tirrappreżenta l-assi u l-obbligi u s-sitwazzjoni finanzjarja u l-outturn ekonomika ta’ l-EDF fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel; hija għandha tiġi ppreżentata f’konformità ma’ l-istruttura stabbilita mid-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, iżda għandha tiġi kkonsidrata n-natura speċifika ta’ l-attivitajiet ta’ l-EDF;

(b) it-tabella tal-cash-flow li turi l-ammonti miġbura u minfuqa matul is-sena, il-posizzjoni finali tat-teżor u rendikont tar-riżorsi u l-użu tal-fondi li jkopru s-sena finanzjarja ta’ qabel;

(ċ) tabella ta’ l-oġġetti pagabbli lill-EDF li turi:

(i) l-amonti li għadhom iridu jiġu rkuprati fil-bidu tas-sena finanzjarja;

(ii) l-intitolamenti stabbiliti matul is-sena finanzjarja;

(iii) l-ammonti rkuprati matul is-sena finanzjarja;

(iv) il-kanċellazzjoni ta’ l-intitolamenti stabbiliti;

(v) l-amonti li għad iridu jinġabru fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

2. L-anness għar-rendikonti finanzjarji għandu jissupplimenta u jikkummenta dwar l-informazzjoni ppreżentata fir-rendikonti imsemmija fil-paragrafu 1 u għandu jkun fih noti li jindikaw liem prinċipji taż-żamma tal-kontijiet ġew applikati fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 101

1. Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandhom jiġu ppreparati mill-uffiċjal tal-kontijiet u ppreżentati f’miljuni ta’ euro. Huma għandhom jinkludu il-kont ta’ l-outturn finanzjarja, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet kollha finanzjarji għas-sena f’termini ta’ introjtu u nefqa. L-anness għall-kont ta’ l-outturn finanzjarju għandu jissupplimenta u jikkummenta dar l-informazzjoni ppreżentata lilu.

2. Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandu jkun fihom it-tabelli li ġejjin, ppreżentati f’miljuni ta’ euro u ppreparati mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza flimkien ma’ l-uffiċjal tal-kontijiet:

(a) tabella li tiddeskrivi t-tibdil matul is-sena preċedenti fl-approprazzjonijiet inklużi fl-Anness;

(b) tabella li turi l-allokazzjoni totali ta’ l-obbligazzjonijiet, tal-fondi assenjati u tal-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u tas-somom totali mill-ftuħ ta’ l-EDF;

(ċ) tabella li turi l-approprjazzjoni, il-pajjiż it-territorju, ir-reġġjun jew is-sub-reġġjun, l-obbligazzjonijiet totali, il-fondi assenjati u l-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u s-somom totali mill-ftuħ ta’ l-EDF.

Artikolu 102

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti ta’ l-Awdituri mhux iżjed tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara. Sat-30 ta’ April hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri ir-rapport, imsemmi fl-Artikolu 96, dwar l-amministrazzjoni finanzjarja matul is-sena.

Artikolu 103

1. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha, sa mhux iżjed tard mill-15 ta’ Ġunju, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet provviżorji fir-rigwrd tal-parti tar-riżorsi ta’ l-EDF li għaliha hija responsabbli l-Kummissjoni għall-amministrazzjoni finanzjarja skond l-Artikolu 1(2), sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-korrezzjonijiet li hija tqis neċessarji biex tagħmel il-kontijiet finali.

2. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet finali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

3. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati sal-31 ta’ Ottubru tas-sena finanzjarja ta’ wara fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ma’ rendikont ta’ assigurazzjoni mogħti mill-Qorti ta’ l-Awdituri fir-rigward ta’ parti mir-riżorsi ta’ l-EDF li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni għall-amministrazzjoni finanzjarja skond l-Artikolu 1(2).

KAPITOLU 2

L-INFORMAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RIŻORSI TA’ L-EDF

Artikolu 104

1. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jikkontrollaw, kull wieħed sa fejn ikun ikkonċernat, l-użu ta’ l-għajnuna ta’ l-EDF mill-Istati ACP, l-OCTs jew xi benefiċjarju ieħor, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-EDF, wara li jiġu kkonsidrati partikolarment l-għanijiet imsemmija f’L-Artikoli 55 u 56 tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE u fid-disposizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

2. L-EIB għandu jinforma perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF li huwa jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji gwida tal-Faċilità ta’ l-Investiment.

3. Il-Kummissjoni u l-EIB għandhom jipprovdu lill-Kumitat ta’ l-EDF bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF permezz ta’ l-allokazzjonijiet nazzjonali u reġġjonali stabbiliti fl-Anness. Tali informazzjoni għandha tkopri ukoll il-proġetti u l-programmi ffinanzjati mill-Faċilità ta’ l-Investiment. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Qorti ta’ l-Awdituri f’konformità ma’ l-Artikolu 32(4) tal-Ftehim Intern.

KAPITOLU 3

IŻ-ŻAMMA TAL-KONTIJIET

Artikolu 105

1. Is-sistema taż-żamma tal-kontijiet hija s-sistema li sservi biex torganizza l-informazzjoni finanzjarja b’tali mod li l-figuri jistgħu jiddaħħlu, jiġu iffajljati u rreġistrati.

2. Il-kontijiet għandhom jikkonsistu f’kontijiet ġenerali u f’kontijiet finanzjarji. Dawk il-kontijiet għandhom jinżammu f’euro a bażi tas-sena finanzjarja.

3. Il-figuri fil-kontijiet ġenerali u l-kontijiet finanzjarji għandhom jiġu addottati fl-għeluq tas-sena finanzjarja sabiex il-kontijiet imsemmija f’Kapitolu 1 ikunu jistgħu isiru.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza jista’ jżomm kontijiet analitiċi.

Artikolu 106

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jkun responsabbli għall-munituraġġ u l-irreġistrar fil-kontijiet tal-ħlasijiet mill-Istati Membri u dħul ieħor.

Artikolu 107

Il-kontijiet ġenerali għandhom jirreġistraw, f’ordni kronoloġika billi jintuża l-metodu tad-double entry, il-ġrajjiet u l-operazzjonijiet li jaffetwaw is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja u l-assi u l-piżijiet ta’ l-EDF, u li jiffurmaw il-balance sheet ta’ l-EDF.

Artikolu 108

1. Iċ-ċaqliq fil-kontijiet u l-bilanċi għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-kontijiet.

2. L-informazzjoni kollha tal-kontijiet, inklużi it-tibdil fil-kontijiet, għandhom ikunu bażati fuq id-dokumenti ta’ sostenn, li jkunu jirreferu għalihom.

3. Is-sistema tal-kontijiet għandha tkun tali li tħalli traċċi għall-informazzjoni kollha tal-kontijiet.

Artikolu 109

L-uffiċjal tal-kontijiet għandu, wara li tagħlaq is-sena finanzjarja u sad-data tal-preżentazzjoni tal-kontijiet, jagħmel kull tibdil li, mingħajr ma jkun jinvolvi infiq jew dħul fir-rigward ta’ dik is-sena, ikun neċessarju sabiex ikun hemm preżentazzjoni vera u ġusta tal-kontijiet li tkun tikkonforma mar-regoli.

Artikolu 110

1. Il-kontijiet finanzjarji għandhom iħallu kontroll iddettaljat ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi ta’ l-EDF.

Għandhom juru dawn li ġejjin kollha:

(a) l-allokazzjonijiet;

(b) ir-rabtiet;

(ċ) il-fondi assenjati;

(d) il-ħlasijiet, u l-operazzjonijiet stabbiliti tad-djun u tal-ġbir għas-sena finanzjarja, sħaħ u mingħajr tibdil ma’ xulxin.

2. Meta r-rabtiet, il-ħlasijiet u d-djun ikunu murija fil-muniti nazzjonali, is-sistema tal-kontijiet għandha tagħmilha possibbli, fejn ikun neċessarju, li jiġu rreġistrati fil-muniti nazzjonali kif ukoll fl-euro.

3. Ir-rabtiet iddefiniti fl-Artikolu 51 għandhom jiġu rreġistrati fl-euro għall-valur tad-deċiżjonijiet ta’ l-iffinanzjar meħuda mill-Kummissjoni.

Il-fondi assenjati iddefiniti fl-Artikolu 54(3) għandhom jiġu rreġistrati fl-euro fl-ekwivalenti tal-valur tal-kuntratti, għotjiet u l-istimi tal-programmi konklużi mill-Istat ta’ l-ACP li jibbenifika jew mill-OCT jew mill-Kummissjoni waqt li jkun qiegħed isir il-proġett. Dak il-valur għandu jinkludi meta dan ikun xieraq:

(a) konsiderazzjoni għall-ħlas ta’ spejjeż li jistgħu jitħallsu lura hekk kif jiġu ppreżentati d-dokumenti ta’ sostenn;

(b) konsiderazzjoni għar-reviżjoni tal-prezzijiet u għall-kontinġenzi kif iddefiniti fil-kuntratti li l-ħlas għalihom ikun sar mill-EDF;

(ċ) konsiderazzjoni finanzjarja għat-tibdil fir-rata ta’ l-interessi.

4. Ir-rati tal-konverżjoni li jridu jintużaw għall-ikkuntjar finali tal-ħlasijiet magħmula taħt il-proġetti u l-programmi msemmija f’Parti 4 tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE u l-Anness IV tiegħu jew fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija għandhom ikunu bir-rati applikabbli fid-data meta l-kontijiet tal-Kummissjoni imsemmija fl-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament ġew debitati.

5. Ir-rekords kollha tal-kontijiet li jirreferu għall-ħlas ta’ xi rabta għandhom jinżammu għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tirrilaxxa fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi ta’ l-EDF, imsemmija fl-Artikolu 119, li jkollha x’taqsam mas-sena finanzjarja li fiha r-rabta ingħalqet għall-iskopijiet taż-żamma tal-kontijiet.

Artikolu 111

1. L-uffiċjal tal-kontijiet għandu jaddotta ir-regoli u l-metodi tal-kontijiet li jkunu applikabbli. Huwa għandu jipprepara u, wara li jkun ikkonsulta l-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza, għandu jaddotta ċ-chart tal-kontijiet li jridu jiġu applikati fl-operazzjonijiet ta’ l-EDF. Meta jagħmel dan huwa għandu jiġi ggwidat mill-istandards taż-żamma tal-kontijiet għas-settur pubbliku aċċettati internazzjonalment iżda jista’ ma jimxix magħhom meta ikun ġustifikat li jsir dan min-natura speċifika ta’ l-attivitajiet ta’ l-EDF.

2. L-informazzjoni mdaħħla fil-kontijiet għandha ssir a bażi taċ-chart tal-kontijiet billi tintuża nomenklatura li tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kontijiet ġenerali u l-kontijiet finanzjarji. Iċ-chart tal-kontijiet għandha tintbgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

TITOLU VIII

VERIFIKA U RILAXX ESTERNI

KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 112

L-operazzjonijiet ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-EIB f’konformità ma’ l-Artikolu 1(3) għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri tal-verifika u tar-rilaxx stabbiliti fl-Istatuti ta’ l-EIB fl-operazzjonijiet kollha tagħhom. Ir-regoli ddettaljati għall-verifika mill-Qorti ta’ l-Awdituri huma stabbiliti mill-Ftehim bejn Tliet Partijiet. Huma għandhom ikunu r-riżultat ta’ ftehim komuni bejn l-EIB, il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri fil-Ftehim diġa fis-seħħ jew possibilment bi Ftehim ġdid jew xi ftehim ieħor li jista’ jissostitwiħ.

Fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjatimir-riżorsi ta’ l-EDF li huma amministrati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 1(5), il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha teżerċita l-poteri tagħha f’konformità ma’ dan it-Titolu.

KAPITOLU 2

VERIFIKA ESTERNA

Artikolu 113

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Qorti ta’ l-Awdituri, mill-aktar fis possibbli, bid-deċiżjonijiet u r-regoli kollha addottati skond dan ir-Regolament.

Artikolu 114

Waqt i tkun qedha tagħmel xogħolha, il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet li għalihom japplika dan ir-Regolament bl-ismijiet tal-membri li jaħdmu magħha li għandhom is-setgħa li jagħmlu l-verifiki u bix-xogħol li ġie fdat lill-dawk il-persuni.

Artikolu 115

1. Fir-rigward tal-koperazzjoni ma’ l-Istati ACP, il-Qorti ta’ l-Awdituri, meta teżamina jekk l-introjtu kollu miġbur u jekk in-nefqa kollha minfuqa ikunu saru b’mod legali u kif suppost, hija għandha tikkonsidra d- disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ l-ACP-KE, dan ir-Regolament u l-atti l-oħra addottati skond dawk l-istrumenti.

Fir-rigward tal-koperazzjoni ma’ l-OCT, il-Qorti ta’ l-Awdituri, meta teżamina jekk l-introjtu kollu miġbur u jekk in-nefqa kollha minfuqa ikunu saru b’mod legali u kif suppost, għandha tikkonsidra d-disposizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, id-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, dan ir-Regolament u atti l-oħra li huma applikabbli.

2. Meta tkun qedha twettaq xogħolha, il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tkun intitolata tkkonsulta, bil-mod stabbilit fil-paragrafu 6, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tad-dipartimenti u l-korpi fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjati jew ko-finanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF. Hija għandha jkollha s-setgħa li tindaga dwar kwalunkwe uffiċjal responsabbli minn operazzjoni ta’ l-introjtu jew nefqa u tista’ tuża kwalunkwe mill-proċeduri tal-verifika li jkun jixraq għall-dawk id-dipartimenti jew korpi.

Sabiex tikseb l-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq xogħolha, il-Qorti ta’ l-Awdituri tista’ tkun preżenti, meta hija titlob dan, waqt li jsiru l-operazzjonijieit tal-verifika fi ħdan il-qafas ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja mill-, jew f’isem il-Kummissjoni.

3. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tiżgura li s-sigurtajiet u l-flus kontanti fuq depożitu jew fl-idejn kollha jiġu kontrollati kontra vawċers iffirmati mid-depożitarji jew kontra memoranda uffiċjali tal-flus kontanti u s-sigurtajiet miżmuma. Il-Qorti tista’ twettaq tali verifiki hija stess.

4. Fuq talba tal-Qorti ta’ l-Awdituri, il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-istituzzjonijiet finanzjarji li jżommu depożiti ta’ l-EDF sabiex iħallu l-Qorti ta’ l-Awdituri tiżgura li d-data esterna taqbel mal-kontijiet.

5. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-disposizzjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri il-faċilitajiet kollha u tagħti l-informazzjoni kollha li ta’ l-aħħar tiddeċiedi li tkun neċessarja sabiex twettaq xogħolha. Hija għandha tpoġġi għad-disposizzjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri d-dokumenti kollha li jitrattaw l-għoti u l-prestazzjoni tal-kuntratti u l-kontijiet kollha tal-flus kontanti jew tal-materjali, ir-rekords kollha tal-kontijiet jew id-dokumenti ta’ sostenn, kif ukoll id-dokumenti amministrattivi li għandhom x’jaqsmu maghħhom, id-dokumenti kollha li jitrattaw l-introjtu u n-nefqa, l-inventarji kollha, iċ-charts ta’ l-organizzazzjoni li l-Qorti ta’ l-Awdituri tikkonsidra li huma neċessarji biex tivverifika r-rapport tal-outturn a bażi tad-dokumenti jew fuq il-post u, għall-istess għan, id-dokumenti u d-data kollha maħluqa jew maħżuna fuq mezz manjetiku.

L-uffiċjali li jiġu verifikati l-operazzjonijiet tagħhom mill-Qorti ta’ l-Awdituri għandhom:

(a) jiżvelaw ir-rekords tal-flus kontanti li jinstabu f’idejhom, kwalunkwe flus kontanti, sigurtajiet u materjali oħra ta’ kwalunkwe tip u d-dokumenti ta’ sostenn fir-rigward tal-mod kif imexxu l-fondi li ġew fdati f’idejhom u kwalunkwe kotba, reġistri jew dokumenti oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom;

(b) jippreżentaw il-korrispondenza jew kwalunkwe dokument ieħor meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-verifika imsemmija fil-paragrafu 1.

L-informazzjoni msemmija taħt (b) tat-tieni sub-paragrafu tista’ tintalab biss mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha jkollha s-setgħa li tivverifika d-dokumenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-introjtu u n-nefqa ta’ l-EDF li jkunu qedgħin jinżammu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni li jkunu responsabbli.

6. Il-biċċa xogħol li jiġi stabbilit li l-introjtu jkun ġie riċevut u n-nefqa tkun saret b’mod legali u kif suppost u li l-amministrazzjoni finanzjarja kienet tajba għandha tiġi estiża għall-użu mill-korpi barra l-Kummissjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF li rċevew u amministraw fil-forma ta’ għotjiet f’konformità ma’ Titolu VI. Kull finanzjament mir-riżorsi ta’ l-EDF li jkun ingħata lill-benefiċjarji barra l-Kummissjoni għandu jkun soġġett għall-ftehim bil-miktub mill-benefiċjarji jew, jekk dawn ma jiftiehmux, mill-kuntratturi jew sub-kuntratturi, għall-verifika mill-Qorti ta’ l-Awdituri ta’ l-użu li jkun sar mill-iffinanzjar mogħti.

7. L-użu ta’ sistemi integrati tal-komputer m’għandux ikollu l-effett li ifixkel l-aċċess mill-Qorti ta’ l-Awdituri għad-dokumenti ta’ sostenn.

8. L-awtoritajiet nazzjoanli tal-verifika ta’ l-istati benfiċjarji għandhom jiġu nkoraġġiti jipparteċipaw fix-xogħol tal-Qorti ta’ l-Awdituri.

Artikolu 116

1. Wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tħejji raport annwali f’konformità ma’ paragrafi 2 sa 6.

2. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tibgħat lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju, kwalunkwe osservazzjonijiet li, fl-opinjoni tagħha ikunu tali li għandhom jidrhu fir-rapport annwali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzali. Il-Kummissjoni għandha tindirizza r-risposti tagħha lill-Qorti ta’ l-Awdituri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru.

3. Ir-rapport annwali għandu jkun fih stima ta’ kemm hi tajba l-amministrazzjoni finanzjarja.

4. Il-Qorti ta’ l-Awdituri tista’ żżid kull rapport sommarju jew kull osservazzjoni ġenerali li jidrilha li jkun xieraq li tagħmel.

5. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tiżgura li r-risposti tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jiġu ppubblikati immedjatament wara l-osservazzjonijiet relatati magħhom.

6. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tibgħat ir-rapport annwali tagħha, flimkien mar-risposta tal-Kummissjoni, lill-awtoritajiet responsabbli biex jagħtu r-rilaxx u lill-Kummissjoni, sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Ottubru, u għandha tiżgura li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 117

1. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tinforma lill-Kummissjoni b’kull osservazzjonijiet li, fl-opinjoni tagħha, ikunu tali li għandhom jidrhu f’rapport speċjali. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jibqgħu kunfidenzali.

Il-Kummissjoni għandu jkollha xahrejn u nofs sabiex tinforma lill-Qorti ta’ l-Awdituri bi kwalunkwe kummenti li tkun tixtieq tagħmel dwar l-osservazzjonijiet in kwistjoni.

Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha taddotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali in kwistjoni fix-xahar ta’ wara.

2. Ir-rapporti speċjali msemmija fil-paragrafu 1, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni, għandhom jiġu mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, fejn ikun xieraq flimkien mal-Kummissjoni, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed bħala risposta.

Jekk il-Qorti ta’ l-Awdituri tiddeċiedi li jkollha kwalunkwe minn tali rapporti speċjali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mir-risposti tal-Kummissjoni.

3. Il-Qorti ta’ l-Awdituri tista’, fuq talba ta’ waħda mill-istituzzjonijiet l-oħra, toħroħ l-opinjonijiet dwar l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-EDF.

Artikolu 118

Fl-istess żmien tar-rapport annwali imsemmi fl-Artikolu 116, il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha tipprovdi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill b’dikjarazzjoni taċ-ċertezza dwar kemm il-kontijiet huma ta’ min joqgħod fuqhom u dwar il-legalità u r-regolarità ta’ l-operazzjonijiet warajhom.

KAPITOLU 3

RILAXX

Artikolu 119

1. Qabel it-30 ta’ April ta’ sena N + 2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jkun qiegħed jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti r-rilaxx lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni finanzjarja għas-sena N tar-riżorsi ta’ l-EDF, li tamministra f’konformità ma’ l-Artikolu 1(2). Jekk dik id-data ma tintlaħaqx, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li tagħti r-rilaxx, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex tieħu l-miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tiffaċilita t-tneħħija ta’ l-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

2. Id-deċiżjoni tar-rilaxx għandha tkopri l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 96, ħlief dik il-parti minnu li tiġi pprovduta mill-EIB f’konformità ma’ l-Artikolu 125(2). Id-deċiżjoni tar-rilaxx għandha tinkludi stima tar-responsabiltà tal-Kummissjoni waqt l-amministrazzjoni finanzjarja matul il-perjodu ta’ qabel.

3. Bil-għan li jagħti r-rilaxx, il-Parlament Ewropew għandu, wara li jkun għamel dan il-Kunsill, jeżamina il-kontijiet ta’ l-EDF imsemmija fl-Artikolu 96. Huwa għandu jeżamina ukoll ir-rapport annwali li sar mill-Qorti ta’ l-Awdituri flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni, kwalunkwe rapporti speċjali li jkunu saru mill-Qorti ta’ l-Awdituri li jkun rilevanti għas-sena finanzjarja in kwistjoni kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar iċ-ċertezza li l-kontijiet u l-legalità u r-regolarità ta’ l-operazzjonijiet warajhom huma ta’ min joqgħod fuqhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tar-rilaxx tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjoni tar-rilaxx addottata mill-Kunsill.

5. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti, u, partikolarment, dwar l-istruzzjonijiet mogħtija lil dawk mid-dipartimenti tagħha li huma responsabbli għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi ta’ l-EDF. Dawk ir-rapport għandu jintbgħat ukoll lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

6. Id-deċiżjoni li tagħti r-rilaxx għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 120

Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar, kull informazzjoni li tkun meħtieġa għall-kontroll ta’ l-implimentazzjoni tar-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 1(2) għas-sena in kwistjoni. L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzali u l-arranġamenti għall-amministrazzjoni tagħha għandhom jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, mal-protezzjoni tas-segretezza professjonali, mad-disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedimenti ġudizzjarji u dixiplinarji u l-interessi tal-Komunità.

PARTI II

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IR-RIŻORSI TA’ L-EDF AMMINISTRATI MILL-EIB

Artikolu 121

Kull sena, qabel l-1 ta’ Settembru, l-EIB għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi tiegħu għar-rabtiet u l-ħlasijiet, li jkunu neċessarji biex ssir il-komunikazzjoni msemmija f’Arikolu 8(1), fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet tal-Faċilità ta’ l-Investiment, inklużi s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi, f’konformità mal-Ftehim Intern.

Kull sena, qabel l-1 ta’ Mejju, l-EIB għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tar-rabtiet u tal-0ħlasijiet li jkunu neċessarji biex ssir il-komunikazzjoni msemmija f’Arikolu 8(3).

Artikolu 122

1. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39 u addottati mill-Kunsill għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-EIB permezz ta’ kont speċjali miftuħ f’isem kull Stat Membru.

2. Ħlief fejn il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor dwar il-ħlas ta’ l-EIB f’konformità ma’ l-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern, ir-rikavat riċevut mill-Bank mil-bilanċ tal-kreditu tal-kontijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rreġistrati f’kont f’isem il-Kummissjoni, u jintużaw għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

3. Kwlaunkwe drittijiet li jirriżultaw mill-EIB billi jintużaw ir-riżorsi ta’ l-EDF, u partikolarment id-drittijiet bħala kreditur jew sid, għandhom ikunu ta’ l-Istati Membri.

4. L-EIB għandu jagħmel l-amministrazzjoni tat-teżor ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta’ l-amministrazzjoni previst fl-Artikolu 128.

5. Il-Faċilità ta’ l-Investiment għandha tiġi amministrata f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ACP-EC, fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija u fil-Ftehim Intern.

Artikolu 123

L-EIB għandha tiġi mħallsa a bażi ta’ imdemnità sħiħa għall-amministrazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Faċilità ta’ l-Investiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-riżorsi u l-mekkaniżmi għal-ħlas tal-Bank f’konformità ma’ l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim Intern. Il-miżuri li jimplimentaw dik id-deċiżjoni għandhom jiġu nklużi fil-ftehim ta’ l-amministrazzjoni previst fl-Artikolu 128.

Artikolu 124

L-EIB għandu jinforma lill-Kummissjoni regolarment bl-operazzjonijiet li jsiru taħt il-Faċilità ta’ l-Investiment, inklużi s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi, bl-użu li jsir minn kull sejħa għall-kontribuzzjonijiet mħallsa lill-EIB u, partikolarment, bl-ammonti totali tar-rabtiet ta’ kull tliet xhur, bil-kuntratti u l-ħlasijiet, f’konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta’ l-amministrazzjoni previst fl-Artikolu 128.

Artikolu 125

1. L-EIB għandu jżomm il-kontijiet tal-Faċilità ta’ l-Investiment, inklużi s-sussidji tar-rata ta’ l-interessi, ffinanzjati mill-EDF sabiex jipprovdu traċċa għaċ-ċiklu sħiħ tal-fondi, mir-riċevuta sal-ħlas tal-flus imbgħad sa l-introjtu li jagħtu bidu għalih u kull irkupri li jiġu wara. L-EIB u l-Kummissjoni għandhom ifasslu r-regoli u l-metodi tal-kontijiet relevanti bi ftehim komuni u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri b’dan.

2. Kull sena l-EIB għandha tibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF taħt l-amministrazzjoni tiegħu, inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji li saru f’konformità mar-regolu u mal-metodi imsemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 101(2).

Dawk id-dokumenti għandhom jingħataw f’forma ta’ abbozz sa mhux iżjed tard mit-28 ta’ Frar u fil-verżjoni finali tagħhom sa mhux iżjed tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara, sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni sabiex jippreparaw il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 96 ta’ dan ir-Regolament f’konformità ma’ l-Artikolu 32(1) tal-Ftehim Intern. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tar-riżorsi amministrati mill-EIB għandu jingħata minn dan ta’ l-aħħar sa mhux akar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.

Artikolu 126

Ir-regoli ta’ l-EIB stess għandhom japplikaw għall-kuntratti ffinanzjati mir-riżorsi ta’ l-EDF li jkun qiegħed jamministra.

Artikolu 127

Fejn il-programmi jew il-proġetti huma ko-finanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi li jimplimentawhom u jikkorrispondu mal-projoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji tal-Koperazzjoni bejn il-Pajjiżi previsti f’Kapitolu III tal-Ftehim Intern u fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, l-EIB jista’ jafda r-responsabbilità ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja lill-Istati Membri jew lill-korpi li jimplimentaw.

Artikolu 128

Ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din il-Parti għandhom ikunu soġġetti għall-ftehim ta’ l-amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għan-nom tal-Komunità, u l-EIB.

PARTI 3

DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

KAPITOLU 1

IT-TRASFERIMENT TAL-BILANĊI LI JIFDAL MILL-EDFijiet TA’ QABEL

Artikolu 129

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Titolu għandhom jirregolaw it-trasferiment lid-9 EDF tal-bilanċi li jifdal mir-riżorsi ffurmati taħt il-Ftehim Interni relatati mas-6 [9], s-7 [10] u t-8 [11] EDFijiet (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "l-EDFijiet ta’ qabel").

2. Il-bilanċi li jifdal mill-EDFijiet ta’ qabel għandhomjintużaw biex jiffinanzjaw il-proġetti, l-programmi u forom oħra ta’ azzjoni li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ACP-KE u d-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, f’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim jew ta’ dik id-Deċiżjoni, u mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu.

Għal dan il-għan, kull bilanċ li jifdal mill-EDFijiet ta’ qabel fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Finanzjarju stabbilit f’L-Anness I tal-Ftehim ACP-KE, fil-każ ta’ l-Istati ACP, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern, fil-każ ta’ l-OCTijiet, flimkien ma’ kwalunkwe ammonti li jridu jingħataw f’data aktar tard mill-proġetti li għaddejjin taħt dawk l-EDFijiet, għandhom jiġu trasfe riti lid-9 EDF. Dan il-paragrafu għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE [12].

Artikolu 130

1. Kwalunkwe riżorsi trasferiti lid-9 EDF li qabel kienu allokati lill-programm indikattiv ta’ l-Istati ACP jew ta’ reġġjun ACP qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Finanzjarju stabbilit f’L-Anness I tal-Ftehim ACP-KE għandhom jibqgħu allokati lil dak l-Istat jew reġġjun.

2. Ir-riżorsi li ġew allokati lill-OCTijiet qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija għandhom jibqgħu allokati lilhom. Kull riżorsi hekk trasferiti lid-9 EDF wara li jkunu ġew allokati qabel lill-programm indikattiv ta’ OCT jew ta’ reġġjun għandhom jibqgħu allokati lil dak l-OCT jew lill-koperazzjoni reġġjonali fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija.

3. Il-bilanċ ta’ l-introjtu li jinġabar mill-interessi fuq ir-riżorsi ta’ l-EDFijiet ta’ qabel għandu jiġi trasferit lid-9 EDF u allokat għall-istess għan bħal introjtu previst fl-Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern. L-istess għandu japplika għall-introjtu mixxellanju ta’ l-EDFijiet ta’ qabel inklużi, per eżempju, l-interessi default riċevuti fil-każ ta’ ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ dawk l-EDFijiet mill-Istati Membri u l-interessi ġenerati mir-riżorsi ta’ l-EDF amministrati mill-EIB, li jkunu pagabbli lill-Komunità.

Artikolu 131

1. Fir-rigward ta’ l-Istati ACP, kull bilanċ li mhux allokat lil xi pajjiż jew reġġjun, wara li jiġu kkonsidrati l-miżuri tat-tranżitu applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ACP-KE, għandu jiġi assenjat lill-ammont mhux allokat tad-9 EDF, f’konformità mad-deċiżjoni imsemmija fl-Artikolu 132 ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika partikolarment għal:

(a) kull bilanċ li jifdal mir-riżorsi ta’ l-EDFijiet ta’ qabel li ma ġewx allokati lil xi Stat jew reġġjun ACP qabel, inklużi kwalunkwe bilanċ disponibbli għall-għajnuna ta’ emerġenza, għajnuna għar-refuġjati jew tibdil strutturali;

(b) kull bilanċ li jifdal mir-riżorsi taħt l-istrumenti Stabex u Sysmin.

2. Fir-rigward ta’ l-OCTijiet, kull bilanċ li ma jiġix allokat lill-programm indikattiv fid-data meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim Intern għandu jiżdied ma’ l-ammont ta’ l-EDF li mhux allokat.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika partikolarment għal kwalunkwe bilanċ li jifdal mill-ammonti ġenerali imsemmija f’L-Artikoli 118 u 142 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KE [13], li tikkonċerna, l-istrumenti Stabex u Sysmin rispettivament. Madankollu, id-deċiżjonijiet ta’ l-iffinanzjar dwar il-bilanċi taħt is-Sysmin jistgħu jiġu addottati sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern jew tiġi introdotta talba għall-iffinanzjar qabel tiskadi d-Deċiżjoni 91/482/KE.

Artikolu 132

Il-Kummissjoni għandha taddotta l-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu fir-rigward tat-trattament definittiv taħt id-9 EDF tal-bilanċi li jifdal u ta’ l-ammonti li jridu jiġu dekommessi u trasferiti fid-9 EDF.

Dawk l-arranġamenti ddettaljati għandhom jiġu addottati wara l-konsultazzjoni ma’ l-EIB fir-rigward tar-riżorsi amministrati minnu u f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-Ftehim ACP-KE, fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, fil-Ftehim Intern u f’dan ir-Regolament.

KAPITOLU 2

IR-REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ L-EDFijiet TA’ QABEL U L-BILANĊI TRASFERITI

Artikolu 133

1. Il-bilanċi li jifdal mill-EDFijiet ta’ qabel li huma trasferiti lid-9 EDF għandhom jiġu amministrati f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Titolu u fid-disposizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim ACP-KE, fid-Deċiżjoni ta’ l-Assoċjazzjoni Barranija, fil-Ftehim Intern.

2. Fir-rigward ta’ l-Istati ACP, ir-rabtiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-EDFijiet ta’ qabel li jkunu saru qabel id-dħul fi-seħħ tal-Ftehim ACP-KE għandhom ikomplu jiġu implimentati f’konformità mar-regoli applikabbli f’dawk l-EDFijiet, ħlief fir-rigward ta’ l-obbligi tal-Persuna li Tivverifika l-Finanzi, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-proċedura tas-sejħa għall-kontribuzzjonijiet, li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’effett mid-data li fiha l-Ftehim ACP-KE jidħol fis-seħħ, il-bilanċi trasferiti lid-9 EDF għandhom jintużaw f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ACP-KE, il-Ftehim Intern u dan ir-Regolament.

Madankollu, meta jsiru trasferimenti minn EDFijiet ta’ qabel għall-benefiċju tal-programmi indikattivi nazzjonali jew reġjonali, kif previst fl-Artikolu 130:

(a) jekk l-ammont jaqbeż l-10 miljun EUR għal kull pajjiż jew reġjun, dawk ir-riżorsi għandhom jiġu amministrati f’konformità mar-regoli ta’ l-EDF ta’ l-oriġini fir-rigward ta’ l-eliġibilità għall-preparazzjoni tas-sejħiet għall-offerti u għall-għoti tal-kuntratti;

(b) jekk ir-riżorsi trasferiti jkunu ugwali jew inqas minn 10 miljun EUR, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ l-eliġibilità applikabbli għas-sejħiet għall-offerti taħt id-9 EDF.

3. Fir-rigward ta’ l-OCTijiet, ir-rabtiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-EDFijiet ta’ qabel li jkunu saru qabel id-dħul fi-seħħ tal-Ftehim Intern u dan ir-Regolament għandu jkompli jiġi implimentat f’konformità mar-regoli applikabbli f’dawk l-EDFijiet, ħlief fir-rigward ta’ l-obbligi tal-Persuna li Tivverifika l-Finanzi, il-preżentazzjoni tal-kontijiet u l-proċedura tas-sejħa għall-kontribuzzjonijiet, li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Ir-Riżorsi mill-EDFijiet ta’ qabel għandhom ikomplu jintużaw f’konformità mad-disposizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni 91/482/KE, li għandha tibqa’ fis-seħħ għal dak l-iskop sa ma’ jidħol fis-seħħ il-Ftehim Intern.

4. Id-Deċiżjonijiet dwar l-EDFijiet ta’ qabel li għalihom l-EIB jieħu ħsieb l-implimentazzjoni finanzjarja għandhom ikomplu jiġu implimentati f’konformità mar-regoli applikabbli għal dawk l-EDFijiet, ħlief fir-rigward ta’ l-obbligi tal-persuna li tivverifika l-finanzi u l-preżentazzjoni tal-kontijiet. Il-proċedura għas-sejħa tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet għandha tkun dik stabbilita f’dan ir-Regolament fil-każ ta’ l-operazzjonijiet amministrati mill-Kummissjoni.

Artikolu 134

Sabiex tiżgura li r-rabtiet li tkun daħlet għalihom taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-EDFijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipju ta’ l-amministrazzjoni finanzjarja soda, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-proċeduri lijipprovdu, partikolarment, li, wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, kwalunkwe ftehim ta’ l-iffinanzjar ikun jista’ jiġġedded darba biss u ma jista’ fl-ebda każ jiġġedded għal perjodu itwal minn tliet snin mit-terminu perentorju stabbilit fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ għat-tlestija tal-programm jew proġett iffinanzjat mill-ftehim in kwistjoni.

KAPITOLU 3

PERJODU TRANŻITORJU

Artikolu 135

1. Il-proċeduri li jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri stabbiliti f’L-Artikoli 8, 38 u 40 għandhom jgħoddu għall-ewwel darba fir-rigward ta’ l-ewwel rata lil trid tiġi proposta wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. It-termini perentorji msemmija f’L-Artikoli 102, 103, 116 u 125 għandhom jgħoddu għall-ewwel darba fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005.

Għas-snin ta’ qabel dawk it-termini perentorji għandhom ikunu:

(a) it-30 ta’ April u l-31 ta’ Mejju għal l-Artikolu 102;

(b) il-15 ta’ Lulju għal l-Artikolu 103(1);

(ċ) il-15 ta’ Ottubru għal l-Artikolu 103(2);

(d) it-30 ta’ Novembru għal l-Artikolu 103(3);

(e) il-15 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru għal l-Artikolu 116(2);

(f) it-30 ta’ Novembru għal l-Artikolu 116(6);

(g) it-31 ta’ Marzu, il-15 ta’ Settembru u t-30 ta’ April għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 125(2).

3. Id-disposizzjonijiet ta’ Titolu VII ta’ l-Ewwel Parti għandhom jgħoddu gradwalment skond il-possibilitajiet tekniċi sabiex ikunu effettivi bis-sħiħ għas-sena finanzjarja 2005.

TITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 136

1. F’konformità ma’ l-Artikoli 2 u 34 tal-Ftehim Intern, l-Istati Membri għandhom jagħmlu stima ta’ kemm mir-rabtiet u mill-infiq ikunu twettqu qabel ma’ jiskadi l-EDF. Dik id-darba għandhom ukoll jagħmlu stima tal-ħtiġiet tal-Kummissjoni fir-rigward tar-riżorsi rriservati għall-ispejjeż konnessi ma’ l-implimentazzjoni taħt l-Artikoli 4 u 9 tal-Ftehim Intern. Il-ħtieġa għal riżorsi ġodda biex isostnu l-koperazzjoni finanzjarja u l-ispejjeż konnessi ma’ l-implimentazzjoni skond l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern għandha tiġi stabbilita fid-dawl ta’ dik l-istima. Għandhom jiġu kkonsidrati r-riżorsi mhux marbuta u mhux minfuqa taħt l-EDF.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra bis-sħiħ l-istima tal-prestazzjoni meta taġġorna l-allokazzjoni tar-riżorsi taħt l-Artikolu 16 tal-Ftehim Intern u għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi li tkun neċessarja sabiex tiggarantixxi użu mil-aħjar tar-riżorsi disponibbli.

2. Qabel ma jiskadi d-9 EDF, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu data li meta tgħaddi ir-riżorsi ta’ l-EDF ma jkunux iżjed jistgħu jiġu marbuta.

Artikolu 137

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh l-ghada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ għall-istess żmien bħal Ftehim Intern.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Marzu ta’ l-2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Stratakis

[1] ĠU L 317, 15.12.00, p. 3.

[2] ĠU L 314, 30.11.01, p. 1.

[3] ĠU L 317, 15.12.00, p. 355.

[4] ĠU C 262 E, 29.10.02, p. 533.

[5] ĠU C 12, 17.01.03, p. 19.

[6] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

[7] ĠU L 320, 23.11.02, p. 1.

[8] ĠU L 11, 16.01.03, p. 1.

[9] ĠU L 86, 31.03.86, p. 221.

[10] ĠU L 229, 17.08.91, p. 288.

[11] ĠU L 156, 29.05.98, p. 108.

[12] ĠU L 17, 19.01.01, p. 20.

[13] ĠU L 263, 19.09.91, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

INFORMAZZJONI FINANZJARJA DWAR L-EDF

1. F'konformità ma' l-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern, l-EDF għandha tikkonsisti f'ammont sa 13800 miljun EUR li għandhom jiġu kontribwiti mill-Istati Membri kif ġej:

L-Istat Membru | Kontribuzzjoni f'mijuni ta' EUR |

Il-Belġju | 540,96 |

Id-Danimarka | 295,32 |

Il-Ġermanja | 3223,68 |

Il-Greċja | 172,50 |

Spanja | 805,92 |

Franza | 3353,40 |

L-Irlanda | 85,56 |

L-Italja | 1730,52 |

Il-Lussemburgu | 40,02 |

L-Olanda | 720,36 |

L-Awstrija | 365,70 |

Il-Portugall | 133,86 |

Il-Finlandja | 204,24 |

L-Isvezja | 376,74 |

Ir-Renju Unit | 1751,22 |

| 13800,00 |

F'dak l-ammont totali:

(i) 13500 miljun EUR għandhom jiġu allokati lill-Istati ACP;

(ii) 175 miljun EUR għandhom jiġu allokati lill-OCTijiet;

(iii) 125 miljun EUR għandhom jiġu allokati lill-Kummissjoni għall-ispejjeż konnessi ma' l-implimentazzjoni ta' l-EDF.

2.1. Mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehim Intern, ammont sa 13500 miljun EUR għandu jiġi riservat għall-Istati ACP u allokat kif ġej:

(a) Sa 10000 miljun EUR fil-forma ta' għajnuna li ma tridx tiġi restitwita li tkun tinkludi sa:

(i) 9836 miljun EUR rriservati għall-appoġġ għall-iżvilupp fit-tul li għandu jiġi pprogrammat f'konformità ma' l-Artikoli 1 sa 5 ta' l-Anness IV tal-Ftehim ACP-KE. Dawk ir-riżorsi jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna ta' emerġenza għal-żmien qasir f'konformità ma' l-Artikolu 72(3) tal-Ftehim ACP-KE. Minn dik l-allokazzjoni totali, 195 miljun EUR għandhom jiġu mwarrba biex jiffinanzjaw is-sussidji tar-rata ta' l-interessi msemmija fl-Artikolu 3(c) ta' l-Anness I tal-Ftehim ACP-KE u l-Artikoli 2 u 4 ta' l-Anness II tiegħu;

(ii) 90 miljun EUR rriservati għall-iffinanzjar tal-budget taċ-Ċentru ta' l-Iżvilupp ta' l-Intrapriża (CDE) f'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness III tal-Ftehim ACP-KE;

(iii) 70 miljun EUR rriservati għall-iffinanzjar tal-budget taċ-Ċentru Tekniku għal-Agrikoltura u l-Koperazzjoni Rurali (CTA) f'konformità mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness III tal-Ftehim ACP-KE; u

(iv) 4 miljun EUR għan-nefqa li għandha x'taqsam ma' l-Assemblea Konġunta ACP-KE, iffurmata minn l-Artikolu 17 tal-Ftehim ACP-KE;

(b) sa 1300 miljun EUR rriservati għall-iffinanzjar ta' l-appoġġ għal-koperazzjoni reġjonali u l-integrazzjoni ta' l-Istati ACP f'konformità ma' l-Artikoli 6 sa 14 ta' l-Anness IV tal-Ftehim ACP-KE;

(ċ) għandhom jiġu allokati sa 2200 miljun EUR sabiex jiffinanzjaw il-Faċilità ta' l-Investiment f'konformità mat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'L-Anness II ("Termini u Kondizzjonijiet għall-Iffinanzjar") tal-Ftehim ACP-KE, mingħajr preġudizzju għall-iffinanzjar tas-sussidji tar-rata ta' l-interessi prevista fl-Artikolu 2 u 4 ta' l-Anness II tal-Ftehim li l-flus għalih ġejjin mir-riżorsi msemmija f'punt (a)(i) ta' din it-Taqsima.

2.2. Mit-13500 miljun EUR imsemmija f'Taqsima 2.1, ammont ta' 1000 miljun EUR jista' jiġi rilaxxat biss wara li tkun saret reviżjoni tal-prestazzjoni mill-Kunsill fl-2004, a bażi tal-proposta mill-Kummissjoni. Dawk ir-riżorsi, jekk jiġu rilaxxati, għandhom jiġu mqassma kif ikun xieraq bejn l-envelops imsemmija f'punti (a), (b) u (ċ) ta' Taqsima 2.1.

3. L-ammont totali ta' assistenza finanzjarja lill-OCTijiet allokata mill-Komunità mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehim Intern għandu jkun ta' 175 miljun EUR, li minnhom 155 miljun EUR għandhom ikunu fil-forma ta' għajnuna li mhux rifondibbli, inkluż miljun 1 EUR mwarrab sabiex jiffinanzja s-sussidji fir-rata ta' l-interessi prevista fl-Artikolu 3(3)(d) ta' l-Anness IIA għad-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni Barranija, u 20 miljun EUR taħt il-Faċilità ta' l-Investiment. Ir-regoli li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' dik l-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni ta' l-OCTijiet mal-Komunità, addottati skond l-Artikolu 187 tat-Trattat.

4. Ammont ta' 125 miljun EUR għandu jiġi rriservat għall-iffinanzjar ta' l-ispejjeż konnessi ma' l-implimentazzjoni minfuqa mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Ftehim ACP-KE. Għandhom jintużaw f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern flimkien mar-riżorsi imsemmija fl-Artikolu 1(3) ta' dak il-Ftehim.

5.1. Ma' l-ammont imsemmi fit-tieni paragrafu ta' Taqsima 1 għandhom jiżdiedu 1720 miljun EUR fil-forma ta' self mogħti mill-EIB mir-riżorsi tiegħu stess. Dawk ir-riżorsi għandhom jingħataw għall-iskopijiet imsemmija fl-Anness II tal-Ftehim ACP-KE u fid-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni Barranija, f'konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-istatut tiegħu u mad-disposizzjonijiet rilevanti tat-termini u l-kondizzjonijiet għall-iffinanzjar ta' l-investiment kif stabbilit f'dak l-Anness u f'dik id-Deċiżjoni.

5.2. Dak is-self għandu jiġi allokat kif ġej:

(a) sa 1700 miljun EUR għall-operazzjonijiet ta' l-iffinanzjar li jridu jsiru fl-Istati ACP;

(b) sa 20 miljun EUR għall-operazzjonijiet ta' l-iffinanzjar li jridu jsiru fl-OCTijiet;

--------------------------------------------------

Top