EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0045

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/45/KE tat-28 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibraTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 138, 5.6.2003, p. 40–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/45/oj

32003L0045



Official Journal L 138 , 05/06/2003 P. 0040 - 0044


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/45/KE

tat-28 ta’ Mejju 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra [1], kif emendata bid- Direttiva 2002/68/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3a) u l-Artikolu 24 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2002/57/KE tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-marketing taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra fi ħdan il-Komunità. Fid-definizzjoni tal-kategorija "żerriegħa bażika", m’hemmx inkluża ż-żerriegħa ibrida għajr il-ġirasol, barra minn dak, id-Direttivi ma jsemmux kondizzjonijiet speċifiċi għaż-żerriegħa tar-rapa sħiħa u l-qoton.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/232/KE tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar l-organizzazzjoni ta’ l-esperiment temporanju skond id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iż-żrieragħ ibridi u assoċjazzjonijiet varjati tar-rapa sħiħa u r-rapa ta’ nevew [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/68/KE, timmira, fost ħwejjeġ oħra, li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iż-żerriegħa tal-pjanti ibridi tar-rapa sħiħa għaċ-ċertifikat u għall-marketing skond il-leġislazzjoni tal-Komunità.

(3) Dawn ir-rżultati ta’ l-esperimenti temporanji msemmija fid-Deċiżjoni 95/232/KE ikkonfermaw li għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għaż-żerriegħa tal-pjanti ibridi tar-rapa sħiħa. Għalhekk, id-Direttiva 2002/57/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-kondizzjonijiet speċifiċi.

(4) L-OECD stabbilixxa regoli għaż-żerriegħa ibrida tal-qoton intraspeċifiċi u interspeċifici (Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense). Biex tiġi żgurata koerenza bejn l-OECD u l-UE f’qasam bħal dan, id-Direttiva 2002/57/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi regoli ekwivalenti għal dawk ta’ l-OECD.

(5) Assoċjazzjonijiet varjati ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra jidħlu fil-qasam tad-Direttiva 2002/57/KE. Madankollu, id-dispożizzjonijiet għall-ittikkettjar ta’ dik id-Direttiva ma jipprovdux adegwament għall-ittikkettjar ta’ żrieragħ ta’ assoċjazzjonijiet varjati. Għalhekk, id-Direttiva 2002/57/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-ħtiġiet adegwati u speċifiċi ta’ tikkettjar għal assoċjazzjonijiet varjati.

(6) Id-Direttiva 2002/57/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

(7) Il-miżuri li jinsabu f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal għall-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 2002/57/KE hi emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(1)(ċ), is-sentenza preliminari hi mibdula b’dan li ġej:

"(ċ) Żerriegħa bażika: (varjetajiet għajr pjanti ibridi) tfisser żerriegħa";

2. fl-Artikolu 2(1)(d), is-sentenza preliminari hi mibdula b’dan li ġej:

"(d) Żerriegħa bażika (pjanti ibridi)";

3. L-Annessi I, II, u IV huma emendati skond it-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2003.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, ta' l-20.7.2, p. 74.

[2] ĠU L 195, ta' l-24.7.2, p. 32.

[3] ĠU L 154, tal-5.7.95, p. 22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi I, II, u IV mad-Direttiva 2002/57/KE huma emendati kif ġej.

1. L-Anness I hu emendat kif ġej:

(a) fil-punt 1, is-subparagarfu li ġej hu miżjud:

"L-ibridi tar-rapa sħiħa għandhom jiġu kkultivati fuq art ta’ produzzjoni fejn ma ġew imkabbra l-pjanti ta’ Cruciferae f’dawn l-aħħar ħames snin.";

(b) fil-punt 2, it-tabella hi mibdula b’dan li ġej:

"Uċuh tar-raba | Distanza minima |

Brassica spp. għajr Brassica napus; Cannabis sativa għajr qanneb unisesswali; Carthamus tinctorius; Carum carvi; Gossypium spp. għajr ibridi ta' Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense; Sinapis alba:

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika | 400 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata | 200 m |

Brassica napus:

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika ta' varjetajiet għajr l-ibridi | 200 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika ta' ibridi | 500 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata għall-varjetajiet għajr ibridi | 100 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi | 300 m |

Cannabis sativa, qanneb unisesswali:

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika | 5000 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata | 1000 m |

Helianthus annuus:

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika ta' ibridi | 1500 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika għajr ibridi | 750 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata | 500 m |

Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense:

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika ta' linji parenteli ta' Gossypium hirsutum | 600 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika ta' linji parenteli ta' Gossypium barbadense | 800 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi intraspeċifiċi ta' Gossypium hirsutum | 200 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi intraspeċifiċi ta' Gossypium barbadense | 600 m |

—għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata ta' ibridi intraspeċifiċi ta' Gossypium hirsutumuGossypium barbadense | 600 m" |

(ċ) il-punt 3 hu mibdul b’dan li ġej:

"3. Il-wiċċ tar-raba’ għandu jkollu identità u purezza varjetali suffiċjenti jew, fil-każ ta’ wiċċ tar-raba’ ta’ linja inbred, identità u purezza suffiċjenti relattivi għall-karatteristiċi tiegħu.

Għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ta’ varjetajiet ibridi, id-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u r-restorazzjoni tal-fertilità.

B’mod partikolari, l-uċuh tar-raba’ ta’ Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. u ibridi ta’ Helianthus annuus u Brassica napus għandhom jikkonformaw ma’ l-istandards jew kondizzjonijiet oħra li ġejjin:

A. Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi u Gossypium spp. għajr ibridi:

in-numru ta’ pjanti ta’ l-ispeċi tal-wiċċ tar-raba’ li huma meqjusa, b’mod ċar, bħala li m’humiex konformi mal-varjetà m’għandhomx jaqbżu:

- 1 per 30 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,

- 1 per 10 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata;

B. ibridi ta’ Helianthus annuus:

(a) il-perċentwali bin-numru ta' pjanti li huma meqjusa, b'mod ċar, bħala li m'humiex konformi mal-linja jew mal-komponent m'għandhomx jaqbżu:

(aa)għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika:

(i)linji inbred | 0,2 % |

(ii)ibridi sempliċi:

-ġenitur maskil, pjanti li waqqgħu l-polline, filwaqt li 2 % jew aktar tal-pjanti femminili għandhom fjuri riċettivi | 0,2 % |

-ġenitur femminili | 0,5 % |

(bb)għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifikata:

-komponent maskili, pjanti li waqqgħu l-polline filwaqt li 5 % jew aktar tal-pjanti femminili għandhom fjuri riċettivi | 0,5 % |

-komponenti femminili | 1,0 % |

(b) l-istandards jew il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti għall-produzzjoni ta’ żerriegħa tal-varjetajiet ibridi:

(aa) il-pjanti tal-komponenti maskili għandhom iwaqqgħu biżżejjed polline waqt li l-pjanti femminili qed jagħmlu l-fjuri;

(bb) fejn il-komponenti femminili għandhom stigmi riċettivi, il-perċentwali ta’ pjanti b’dan il-komponent li waqqgħu l-polline jew li qed iwaqqgħu l-polline m’għandux jaqbeż iż-0.5 %;

(ċċ) għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika, il-perċentwali totali ta’ pjanti tal-komponent femminili li huma meqjusa, b’mod ċar, li m’humiex konformi mal-komponent u li waqqgħu l-polline jew li qed iwaqqgħu l-polline m’għandux jaqbez iż-0.5 %;

(dd) fejn il-kondizzjoni stabbiliti fl-Anness II(I)(2) ma jistgħux jiġu sodisfatti, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti: komponent sterili-maskili għandu jintuża biex tiġi prodotta żerriegħa ċċertifikata billi jintuża komponent maskili li fih linja jew linji ta’ riġeneratur biex minn ta’ l-inqas terz tal-pjanti mkabbra mill-ibrida riżultanti jipproduċu polline li jidher normali fl-aspetti kollha;

C. ibridi ta’ Brassica napus, prodotti billi ntużat sterilità maskili:

(a) il-perċentwali ta' pjanti li huma meqjusa bħala mhux konformi mal-linja inbred jew mal-komponent m'għandux jaqbeż:

(aa)għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika

(i)linji inbred | 0,1 % |

(ii)ibridi sempliċi

-komponent maskili | 0,1 % |

-komponent femminili | 0,2 % |

(bb)għall-produzzjoni ta' żerriegħa ċċertifkata

-komponent maskili | 0,3 % |

-femminili | 1,0 % |

(b) l-isterilità maskili għandha tkun minn ta’ l-inqas 99 % tal-produzzjoni għaż-żerriegħa bażika u 98 % għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata. Il-livell ta’ sterilità maskili għandu jkun stimat fuq eżami tal-fjuri fin-nuqqas ta’ anteri fertili;

D. ibridi ta’ Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense:

(a) f’uċuh tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa bażika tal-linji parenteli tal-Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, il-purezza varjetali minima tal-linji parenteli kemm femminili kif ukoll maskili għandha tkun 99.8 % meta 5 % jew iktar tal-pjanti li jġorru żerriegħa għandhom fjuru riċettivi għall-polline. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja parenteli li jġorru żerriegħa għandha tkun stimata mill-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u m’għandux ikun inqas minn 99.9 %;

(b) f’uċuh tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa ċċertifikata ta’ varjetajiet ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/jew Gossypium barbadense, il-purezza varjetali minima tal-ġenitur li jġorr iż-żerriegħa u tal-linja tal-parenteli tal-polline għandha tkun 99.5 % meta 5 % jew aktar ta’ pjanti li fihom iż-żerriegħa għandhom fjuri riċettivi għall-polline. Il-livell ta’ sterilità maskili tal-linja tal-ġenitur li jġorr żerriegħa għandu jiġi stimat bl-eżaminazzjoni tal-fjuri għall-presenza ta’ anteri sterili u m’għandux ikun inqas minn 99.7 %.";

(d) punt 5 (B) hu mibdul b’dan li ġej:

"B. F’każijiet għajr uċuh tar-raba ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus, Brassica napus, Gossypium hirsutum u Gossypium barbadense, għandu jkun hemm minn ta’ l-inqas spezzjoni waħda.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Helianthus annuus għandu jkun hemm minn ta’ l-inqas żewġ spezzjonijiet.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus għandu jkun hemm minn ta’ l-inqas tliet spezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir qabel l-istadju tal-fjoritura, it-tieni fl-istadju kmieni tal-fjoritura u t-tielet fl-aħħar ta’ l-istadju tal-fjoritura.

Fil-każ ta’ ibridi ta’ Gossypium hirsutum u/or Gossypium barbadense għandu jkun hemm minn ta’ l-inqas tliet spezzjonijiet: l-ewwel waħda għandha ssir fl-istadju kmieni tal-fjoritura, it-tieni qabel l-aħħar ta’ l-istadju tal-fjoritura, u t-tielet fl-aħħar ta’ l-istadju tal-fjoritura wara t-tneħħija, fejn xieraq, tal-pjanti ġenituri tal-polline."

2. L-Anness II 1 hu emendat kif ġej:

(a) fil-punt 1 il-kliem "għajr ibridi" huma mdħalla wara l-kliem "Brassica napus";

(b) il-punt 1a li ġej hu mdaħħal wara punt 1:

"1a. Fil-każ ta’ ibridi ta’ Brassica napus prodotti billi ntużat sterilità maskili, iż-żerriegħa għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet u l-istandards stabbiliti fil-punti (a) sa’ (d).

(a) Iż-żerriegħa għandha jkollha identità u purezza suffiċjenti relatati mal-karatteristiċi varjetali tal-komponenti tagħha, li jinkludu sterilità maskili jew restorazzjoni tal-fertilità.

(b) Il-purezza varjetali minima taż-żerriegħa għandha tkun:

-żerriegħa bażika, komponent femminili | 99,0 %, |

-żerriegħa bażika, komponent maskili | 99,9 %, |

-żerriegħa ċċertifikata | 90,0 %. |

(ċ) Iż-żerriegħa tista’ tkun iċċertifikata biss wara li ttieħdu testijiet wara l-kontrolli uffiċjali fuq kampjuni ta’ żerriegħa bażika li ttieħdu uffiċjalment u magħmula waqt l-istaġun tat-tabbir taż-żerriegħa mdaħħla għaċ-ċertifikazzjoni. L-iskop tal-kontrolli hu li jiġi vverifikat jekk iż-żerriegħa bażika tissodisfax il-ħtiġiet ta’ identità rilatati mal-karatteristiċi tal-komponenti, li jinkludu sterilità maskili u l-istandards għaż-żerriegħa bażika stabbiliti fir-rigward ta’ purezza varjetali minima stabbilita fil-punt (b).

Fil-każ ta’ żerriegħa bażika ta’ ibridi, il-purezza varjetali tista’ tiġi stmata b’metodi biokemikali approprijati.

(d) L-istandards riletati mal-purezza varjetali minima stabbiliti fil-punt (b) fir-rigward ta’ żerriegħa ċċertifikata ta’ ibridi għandhom ikunu osservati minn testijiet li jsiru wara l-kontrolli uffiċjali fuq proporzjon ta’ kampjun approprijat li jittieħed uffiċjalment. Jistgħu jintużaw metodi biokemikali approprijati."

3. Fl-Anness IV (A), il-punt (aa) li ġej hu miżjud wara punt (a):

"(aa) Għal żerriegħa ċċertifikata ta’ assoċjazzjoni varjetali:

l-istess informazzjoni meħtieġa skond sezzjoni (a), ħlief li minflok l-isem tal-varjetà għandu jitniżżel l-isem ta’ l-assoċjazzjoni varjetali (informazzjoni "assoċjazzjoni varjetali" u l-isem tagħha) u l-perċentwali bil-piż tad-diversi komponenti murija bil-varjetà; ikun biżżejjed jekk jingħata l-isem ta’ l-assoċjazzjoni varjetali jekk il-perċentwali bil-piż ġie mgħarraf bil-kitba lix-xejjer, fuq talba, u reġistrat uffiċjalment."

--------------------------------------------------

Top