EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D2066

Id-Deċiżjoni Nru 2066/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Novembru 2003 dwar t-tkomplija ta' l-applikazzjoni fl-istatistiċi agrikoli mill-2004 sal-2007 ta' tekniċi ta' stħarriġ għal żoni u ta' remote sensing u li jemenda d-Deċiżjoni 1445/2000/KE

ĠU L 309, 26.11.2003, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/2066/oj

32003D2066



Official Journal L 309 , 26/11/2003 P. 0009 - 0009


Id-Deċiżjoni Nru 2066/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-10 ta' Novembru 2003

dwar t-tkomplija ta' l-applikazzjoni fl-istatistiċi agrikoli mill-2004 sal-2007 ta' tekniċi ta' stħarriġ għal żoni u ta' remote sensing u li jemenda d-Deċiżjoni 1445/2000/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [1],

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1445/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-applikazzjoni fl-statistiċi agrikoli mill-1999 sal-2003 [2] ta' tekniċi ta' stħarriġ għal żoni u ta' remote sensing tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2003.

(2) Fid-dawl ta' l-iżviluppi ġodda fil-politika agrikola komuni u tal-prospettiva tat-tkabbir, tinħass partikolarment il-ħtieġa li jkun hemm informazzjoni adegwata dwar l-użu ta' l-art u dwar il-kondizzjoni tal-uċuħ tar-raba', speċjalment bl-iskop ta' l-analiżi dwar l-interazzjoni bejn l-agrikultura, l-ambjent u ż-żoni rurali.

(3) Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri matul il-perjodu mill-1999 sal-2003 juri li jkun utili li dawn jitkomplu għal erba' snin ohra.

(4) Il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu fid-Deċiżjoni 1445/2000/KE għandhom jitkomplu u titkabbru fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata u tar-rizultati miksuba.

(5) L-attivitajiet ta' tfittxija permezz ta' mezzi elettroniċi li jeħtieġu riċerka u żvilupp ulterjuri fil-perjodu mill-2004 sal-2007 jaqgħu taħt is-Sitt Programm Kwadru fl-oqsma ta' riċerka u żvilupp [3].

(6) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi matul iż-żmien kollu tal-programm, kwadru finanzjarju li għall-awtorità responsabbli għall-budget jikkostitwixxi l-punt ta' riferenza prinċipali skond it-tifsir tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1999 [4] dwar id-dixxiplina tal-budget u l-iżvilupp tal-proċeduri dwar il-budget, għall-awtorità responsabbli għall-budget matul il-proċedura annwali tal-budget.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1445/2000/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Wara l-Artikolu 1(1) għandhom jiżdiedu:

"Dawn l-azzjonijiet għandhom ikomplu għal perjodu ta' erba' snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2004";

2. L-Artikolu 3 għandu jiġi ssostiwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

Il-kwadru finanzjarju stabbilit hawnhekk għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm ghall-perjodu mill-2004 sal-200 huwa ta' 7,85 miljun Euro.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità responsabbli għall-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.";

3. Fl-Artikolu 6, id-data "31 ta' Lulju 2003" għandha tiġi ssostitwita bid-data "31 ta' Lulju 2007";

4. Fl-Artikolu 7, id-data "31 ta' Diċembru 2003" għandha tiġi ssostitwita bid-data "31 Diċembru 2007".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Novembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. COX

Għall-Kunsill

Il-President

A. MARZANO

[1] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-1 ta’ Lulju 2003 (li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġazzetta Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003 (li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġazzetta Uffiċjali).

[2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1.

[4] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top