Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0885

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti atti Komunitarji dwar it-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako

ĠU L 332, 19.12.2003, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/885/oj

Related international agreement

32003D0885



Official Journal L 332 , 19/12/2003 P. 0041 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta’ Novembru 2003

li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti atti Komunitarji dwar it-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako

(2003/885/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabBilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari Artikolu 133 flimkien ma’ Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Kummissjoni innegozjat għan-nom tal-Komunità Ftehim dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti atti Komunitarji dwar it-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako.

(2) Ċerti kompiti għall-implimentazzjoni ġew attribwiti għall-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim, u b’mod partikolari s-setgħa li jiġu emendati ċerti aspetti ta’ l-annessi magħhom.

(3) Il-proċeduri interni approprjati għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi assigurat il-funzjonament adattat tal-Ftehim waqt li huwa neċessarju li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex taqbel ma’ ċerti emendi għall-Ftehim u tieħu ċerti deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu.

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Monako dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti atti Komunitarji dwar it-territorju tal-Prinċipalità ta’ Monako huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa biex tiffirma/jiffirmaw, għan-nom tal-Komunità, l-Ftehim imsemmi f’Artikolu 1 sabiex il-Komunità tintrabat. Il-President tal-Kunsill jew il-ħatra(iet) tiegħu għandha/għandhom, għan-nom tal-Komunità, tinnotifika/jinnotifikaw lil Monako bil-kompletazzjoni tal-proċeduri kif previst f’Artikolu 6(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

1. Il-Komunità għandha tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni dwar il-Kumitat Konġunt stabbilita taħt Artikolu 3 tal-Ftehim.

2. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kumitat għandha tiġi determinata mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni; il-Kunsill għandu jaġixxi bl-istess regola ta’ votazzjoni bħal dik applikabbli għall-adozzjoni ta’ l-att Komunitarju konċernat.

3. B’deroga għall-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni Komunitarja dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ atti Komunitarji għall-Anness tal-Ftehim, meta l-atti in- kwistjoni jemendaw atti diġà kontenuti fihom.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

--------------------------------------------------

Top