EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0840

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 li tirrigwardja l-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni Nru 180 tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar l-informazzjoni u l-koperazzjoni legali tas-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni

ĠU L 321, 6.12.2003, p. 41–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/840/oj

Related international agreement

32003D0840



Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-17 ta' Novembru 2003

li tirrigwardja l-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni Nru 180 tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-informazzjoni u l-koperazzjoni legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni

(2003/840/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 b'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Konvenzjoni Nru 180 tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-infomazzjoni u l-koperazzjoni legali rigward is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni (Il-Konvenzjoni) tistabbilixxi sistema internazzjonali ta' notifika minn qabel u koperazzjoni amministrattiva immirata speċifikament lejn is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni.

(2) Billi s-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni huma pprovduti f'distanza, b'meżżi elettroniċi u fuq it-talba ndividwali ta' min jirċievi s-servizzi (skond id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni) dawn huma servizzi li huma pprovvduti mingħajr ma jeħtieġu vjaġġar fiżiku la minn min jipprovdi s-servizz u l-anqas minn min jirċievih. Għal din ir-raġuni, dawn huma suġġetti għall-politika kummerċjali komuni u jidħlu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità Ewropea, skond l-Opinjoni 1/94 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li tirrigwardja l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) [1].

(3) Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-i standards u tar-regolamenti tekniċi tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta' infomazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni [2], operazzjonali sa mill-1999, kienet esperjenza ferm pożittiva bħala mekkaniżmu għall-informazzjoni minn qabel u djalogu amministrattiv fil-qasam ta' servizzi on-line.

(4) Mekkaniżmu internazzjonali simili għandu jkun stabbilit b'ħeffa fi ħdan il-Kunsill ta' l-Ewropa li fih il-Komunità għandha interess dirett li tipparteċipa. Mekkaniżmu bħal dan ikun jippermetti li hija tkun regolarment informata rigward inizjattivi regolatorji li jkunu qiegħdin jiġu ppreparati f'pajjiżi oħrajn w imbagħad, jekk xieraq, li tesprimi l-osservazzjonijiet tagħha rigward l-abbozzi li jistgħu ikollhom implikazzjoni legali w ekonomiċi gravi fil-kuntest ta' l-attivitajiet on-line.

(5) Fil-prattika, parteċipazzjoni bħal din tkun ibbażata fuq il-mekkaniżmu operazzjonali stabbilit fil-1983 bid-Direttiva 83/189/KEE, aktar tard imħassra u sostitwita bid-Direttiva 98/34/KE, u tkun, partikolarment, tevita kull piż ta' notifika addizzjonali fuq l-Istati Membri aktar u iżjed minn dak li diġa huwa r-responsabiltà tagħhom permezz tad-Direttiva 98/34/KE.

(6) Il-Konvenzjoni għandha għalhekk tkun approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni Nru 180 tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar l-informazzjoni u l-koperazzjoni legali dwar is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni hija b'dan approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Konvenzjoni huwa anness ma din id-Deċiżjoni [3].

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) mogħtija l-poter li tiffirma l-Konvenzjoni sabiex torbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] L-Opinjoni tal-Qorti tal-15 ta' Novembru 1994, (1994) ECR, p. I-5267.

[2] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[3] It-test tal-Konvenzjoni kif konkluż, jeżisti fl-Ingliż u fil-Franċiż, iż-żewġ testi huma egwalment awtentiċi.

--------------------------------------------------

Top