Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0635

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Awissu 2003 li tawtorizza lill-Istati Membri skond id-Direttiva 94/55/KE biex jadottaw ċerti derogi dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza bit-triq (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 3027)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 221, 4.9.2003, p. 17–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2005; Imħassar b' 32005D0263

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/635/oj

    32003D0635



    Official Journal L 221 , 04/09/2003 P. 0017 - 0041


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta' l-20 ta' Awissu 2003

    li tawtorizza lill-Istati Membri skond id-Direttiva 94/55/KE biex jadottaw ċerti derogi dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza bit-triq

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 3027)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2003/635/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jittrattaw it-trasport ta' merkanzija perikoluza bit-triq [1], kif emendata bid-Direttiva 2000/61/KE tal-Parlament Ewropew ul-Kunsill [2], u b'mod partikolari Artikolu 6(9) miġjub fiha,

    Wara li kkunsidrat in-notifika li rċevew l-Istati Membri konċernati,

    Billi:

    (1) F'konformità mad-Direttiva 94/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw disposizzjonijiet li huma anqas stretti minn dawk li hemm fl-Annessi għal dik id-Direttiva dwar it-trasport, fil-konfini tagħhom, ta' kwantitajiet żgħar biss ta' ċerti merkanzija perikoluza, bl-eċċezzjoni ta' sustanzi b'livell medju jew għoli ta' radjuattività.

    (2) F'konformità mad-Direttiva 94/55/KE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw disposizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Annessi għal dik id-Direttiva dwar it-trasport lokali ristrett għall-konfini tagħhom.

    (3) Numru ta' Stati Membri innotifikaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jadottaw disposizzjonijiet bħal dawn. Dawn id-disposizzjonijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni li kkonkludiet li l-kondizzjonijiet relevanti ġew milħuqa. Huwa għalhekk xieraq li tiġi awtorizzata l-adozzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet.

    (4) Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza, imwaqqaf bArtikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    L-Istati Membri li hemm imniżżla fl-Anness I huma awtorizzati jadottaw, rigward it-trasport bit-triq u fil-konfini tagħhom biss ta' kwantitajiet żgħar ta' ċerti merkanzija perikoluza, id-disposizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

    Dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw mingħajr l-ebda diskriminazzjoni.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri li hemm fil-lista ta' l-Anness II huma awtorizzati biex jadottaw, fejn għandu x'jaqsam it-trasport lokali ristrett għall-konfini tagħhom, id-disposizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

    Dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu japplikaw mingħajr l-ebda diskriminazzjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, l-20 ta' Awissu 2003.

    Għall-Kumissjoni

    Viċi-President

    Loyola De Palacio

    [1] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7.

    [2] ĠU L 279, ta' l-1.11.2000, p. 40.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DEROGI GĦALL-ISTATI MEMBRI DWAR KWANTITAJIET ŻGĦAR TA' ĊERTI MERKANZIJA PERIKOLUZA

    IL-BELĠJU

    RO-SQ L1

    Suġġett: Klassi 1 - Kwantitajiet żgħar.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-Marġni 1.1.3.6 jillimita il-kwantità ta' materjal splussiv li jista' jiġi trasportat permezz ta' vettura ordinarja għal 20 kg

    Referenza għal-leġislazzjonali nazzjonali: Digriet Rjali tat-23 ta' Settembru 1958 dwar l-isplussivi, kif emendat bid-Digriet Rjali tal-14 ta' Mejju 2000.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 111. L-operaturi ta' ċentri 'l bogħod minn żoni ta' provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru 25 kg ta' dinamita jew splussivi qawwija u mhux aktar minn 300 detonatur f'vetturi ordinarji, suġġett iżda għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz ta' materjal splussiv.

    RO-SQ 1.2

    Suġġett: It-trasport ta' kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.6.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport "pakki vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta' klassijiet differenti".

    Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (taħt l-Artikolu 6(10)).

    ID-DANIMARKA

    RO-SQ 2.1

    Suġġett: It-trasport fit-triq ta' kaxxi li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta' sustanzi perikolużi li jkunu nġabru minn djar u laboratorji sabiex jintremew.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 2.1.2 u 4.1.10.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: I l-prinċipji għall-klassifikazzjoni. Disposizzjonijiet għal ippakkjar imħallat.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgorelse nru. 729 tal-15 ta' Awissu 2001 om vejtransport of farligt gods - 4, stk. 3.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-ippakkettjar ta' ġewwa li fih ikun hemm skart jew fdalijiet ta' sustanzi kemikali li jkunu nġabru minn djar jew laboratorji jista' jkun ppakkjat flimkien f'ċertu tip ta' kaxxi esterjuri approvat mill-UN. Il-kontenut ta' kull kaxxa interna m'għandux ikun aktar minn 5 kg jew 5 litri. Il-kontenut li jitpoġġa f'kaxxa waħda esterjuri jista' jingħata kollettivament numru wieħed tal-NU.

    Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta ta' meta l-iskart jew fdalijiet ta' sustanzi kemikali jinġabru minn djar jew laboratorji. Il-kaxxi ikunu inbiegħu bl-imnut u jitqiesu bħala kaxxi interni. Biex isir rimi ta' dawn il-kaxxi f'impjanti speċjalizzati, l-ippakkjar imħallat huwa awtorizzat fuq kondizzjonijiet aktar ġenerali. Huwa meħtieġ li titħalla klassifikazzjoni mhux raffinata peress li ħafna drabi t-tikketti oriġinali ta' l-ippakkjar jew ikunu nieqsa jew inkella ma jinqrawx.

    RO-SQ 2.2

    Suġġett: It-trasport fit-triq li jkun jinkludi l-inkaxxar ta' sustanzi splussivi u l-inkaxxar ta' detonaturi fuq l-istess vettura.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.2.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet għall-inkaxxar imħallat.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgorelse nru. 729 tal-15 ta' Awissu 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. 1.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Skond § 4, stk. 1, ir-regoli tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) għandhom jitħarsu meta jkunu qed jiġi trasportatu merkanzija perikoluza fit-triq.

    Kummenti: Hemm ħtieġa prattika biex fl-istess vettura jkunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma' detonaturi meta dawn l-merkanzija jkunu qed jiġi trasportatu mill-maħżen u lejn il-post tax-xogħol u lura.

    Meta l-leġislazzjoni Daniża dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi jkunu jistgħu jippermettu dan it-tip ta' trasport taħt dawn il-kondizzjonijiet:

    1. Ikunu qed jiġi trasportatu mhux aktar minn 25 kg ta' sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

    2. Ikunu qed jiġi trasportatu mhux aktar minn 200 biċċa ta' detonaturi taħt il-Grupp B.

    3. Id-detonaturi u sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f'kaxxi ċertifikati mill-NU skond r-regoli li hemm fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

    4. Id-distanza bejn l-ippakkettjar li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih sustanzi splussivi għandha tkun minn ta' l-anqas metru. Id-distanza għandha titħares anki wara l-użu f'daqqa tal-brejkijiet. L-ippakkettjar li fih ikun hemm sustanzi splussivi u dak li jkun fih id-detonaturi għandu jitpoġġa b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jitneħħew malajr mill-vettura.

    5. Ir-regoli l-oħra kollha dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza għandhom jitħarsu kif suppost.

    IL-ĠERMANJA

    RO-SQ 3.1

    Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta' partijiet tal-karozzi bil-klassifika 1.4Ġ flimkien ma' ċerti merkanzija perikoluza (n4).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 4.1.10 u 7.5.2.1 tal- Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u tagħbija mħallta.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: GGAV - Gefahrgut-Ausnahmeverordnung vom 23 ta' Ġunju 1993, zuletzt geandert durch Die Verordnung vom 23 ta' Ġunju 1999 (BGBI. 1 1999 S. 1435), bisherige Ausnahme Nr. 45 (Regolament dwar l-eżenzjonijiet tad-disposizzjonijiet dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza, l-eżenzjoni ta' qabel Nru 45).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: UN 0431 u UN 0503 jistgħu jiġi trasportatu flimkien ma' ċerti merkanzija perikoluza (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f'ċerti ammonti, kif imniżżla fl-eżenzjoni. Il-valur ta' 1000 (komparabbli ma' 1.1.3.6.4) m'għandu qatt jinqabeż.

    Kummenti:: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa biex partijiet tal-karozzi li jkunu bla periklu jkunu jistgħu jitqassmu malajr; dan jiddependi, iżda, mid-domanda lokali. Minħabba l-varjetà kbira ta' għażla ta' prodotti, il-ħażna ta' dawn minn garaxxijiet lokali mhix waħda komuni.

    RO-SQ 3.2

    Suġġett: Eżenzjoni mill-ħtieġa biex ikun hemm dokument tat-trasport u dikjarazzjoni min-negozjant għal ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluza, kif imfisser f'1.1.3.6 (n1).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: GGAV - Gefahrgut-Ausnahmeverordnung vom 23 ta' Ġunju 1993, zuletzt geandert durch die Verordnung vom 23 ta' Ġunju 1999 (BGBI. 1 1999 S. 1435), Ausnahme Nr. 55 (Regolament fuq l-eżenzjonijiet tad-disożizzjonijiet dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza, eżenzjoni Nru 55).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassi 7: m'hemmx ħtieġa ta' dokument tat-trasport, jekk il-kwantità ta' l-merkanzija li jkunu qed jiġi trasportati ma tkunx taqbeż dawk li jidhru f'1.1.3.6.

    Kummenti: L-informazzjoni mogħtija fl-immarkar u l-ittikkettjar tal-pakketti tkun kunsidrata bħala waħda suffiċjenti għalt-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun meħtieġ fejn tkun involuta d-distribuzzjoni lokali.

    Id-Deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 22 (taħt l-Artikolu 6(10)).

    RO-SQ 3.3

    Suġġett: It-trasport fi kwantitajiet żgħar mingħajr tagħmir tat-tifi tan-nar fil-vettura (n3).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.1.4.1(a).

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Tagħmir tat-tifi tan-nar għall-units ta' trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: GGAV - Gefahrgut-Ausnahmeverordnung vom 23 ta' Ġunju 1993, zuletzt geandert durch die Verordnung vom 23 ta' Ġunju 1999 (BGBI. 1 1999 S. 1435), Ausnahme Nr. 85 (Regolament fuq l-eżenzjonijiet dwar id-disposizzjonijiet marbuta mat-trasport ta' merkanzija perikoluza, l-eżenzjoni Nru 85).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: M'hemmx ħtieġa biex tagħmir tat-tifi tan-nar jiġi trasportat fil-vettura, jekk l-ammonti ta' 1.1.3.6 ma jinqabżux.

    Kummenti: L-esperjenza turi li ma jkun hemm l-ebda telf ta' sigurtà fit-tip ta' traffiku konċernat.

    Id-Deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 63 (taħt l-Artikolu 6(10)).

    FRANZA

    RO-SQ 6.1

    Suġġett: It-trasport ta' tagħmir radjografiku gamma li huwa portabbli u mobbli (18).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva:

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l-Artikolu 28.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tagħmir radjografiku gamma minn utenti f'vetturi speċjali huwa eżentat iżda suġġett għal regoli speċifiċi.

    RO-SQ 6.2

    Suġġett: It-trasport ta' skart li jkun ġej minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskji ta' infezzjonijiet u ttrattat bħala partijiet anatomiċi koperti mill-UN 3291 b'massa ta' inqas minn jew ugwali għal 15 kg.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal- Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l- Artikolu 12.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mill-kriterji tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) għalt-trasport ta' skart li jkun ġej minn attivitajiet ta' kura li jinvolvu riskji ta' infezzjonijiet u ttrattat bħala partijiet anatomiċi koperti mill-UN 3291 b'massa ta' inqas minn jew ugwali għal 15 kg.

    RO-SQ 6.3

    Suġġett: It-trasport ta' sustanzi perikolużi f'vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġiera (18).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.3.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta' passiġġiera u sustanzi perikolużi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l-Artikolu 21.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' sustanzi perikolużi f'vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala hand luggage: id-disposizzjonijiet marbuta ma' l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettjar ta' pakki kif stabbilit f'4.1, 5.2 u 3.4 biss ikunu japplikaw.

    Kummenti:: Fil-hand luggage huwa permess li jkun hemm merkanzija perikoluza li jkunu biss għal użu personali jew inkella għall-użu professjonali. Għal kull vjaġġ jistgħu jiġi trasportatu fl-ammonti meħtieġa kontenituri ta' gass li jiġi trasportatu għal pazjenti li jbatu minn problemi respiratorji.

    RO-SQ 6.4

    Suġġett: Id-deskrizzjoni personali tat-trasport ta' kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluza (18)

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: L-obbligu li jkun hemm dokument tat-trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta l-1 ta' Ġunju 2001 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l-Artikolu 23.2.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-deskrizzjoni personali tat-trasport ta' kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluza li ma jeċċedux l-limiti stabbiliti f'1.1.3.6. mhix suġġetta għall-obbligu li jkun hemm dokument tat-trasport kif hemm stabbilit f'5.4.1.

    IR-RENJU UNIT

    RO-SQ 15.1

    Suġġett: It-trasport ta' ċerti merkanzija b'radjuattività baxx bħal arloġġi, strumenti li jindunaw bid-duħħan, boxxli (E1).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Ħafna mill-kriterji tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Kriterji dwar it-trasport ta' materjal tal-Klassi 7.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Materjal Radjuattiva (Trasport bit-triq) (Renju Unit) Regolamenti 1996, Reg. 3(2)(f),(ġ) u (ħ).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-disposizzjonijiet tar-regoli nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkun fihom kwantitajiet limitati ta' materjal radjuattiv.

    Kummenti:: Din id-deroga hija miżura għal perjodu ta' żmien qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu nkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA li hemm fil-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    RO-SQ 15.2

    Suġġett: Eżenzjoni mill-kriterju li jkun hemm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluza kif imfisser f'1.1.3.6 (E2).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti kriterji għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta' trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regolamenti tat-trasport ta' Merkanzija perikoluza fit-Triq ta' l-1996, Reg. 3 u Reg. 13 u l-Iskeda 2(8).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport ma jkunx meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jiffurmaw parti minn tagħbija akbar.

    Kummenti: Din l-eżenzjoni tapplika għal trasport nazzjonali, fejn id-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun japplika fejn tkun involuta d-distribuzzjoni lokali.

    RO-SQ 15.3

    Suġġett: It-trasport ta' ċilindri minbarra dawk tal-metall bil-kejl għall-użu ta' blalen ta' l-ajru b'arja sħuna bejn il-post ta' fejn jimtlew u l-post fejn Dawn jitilgħu/jinżlu (E3).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Kriterji għall-għamla u l-ittestjar ta' kontenituri tal-gass.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f'regolamenti li għad iridu jsiru.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Ara fuq.

    Kummenti: Iċ-ċilindri tal-gass użati għal blalen ta' l-ajru b'arja sħuna huma ma]suba sabiex ikunu ħfief kemm jista' jkun, li ma jippermettix li dawn jilħqu l-kriterji normali għal ċilindri tal-gass. Iċ-ċilindru medju ta' ballun ta' l-ajru jkollu kapaċità ta' ilma ta' 70 litru, u l-ikbar wieħed ma jkunx aktar minn 90 litru. Fuq il-vettura m'għandhomx jiġi trasportatu aktar minn ħames ċilindri kull darba.

    RO-SQ 15.4

    Suġġett: Eżenzjoni mill-kriterju ta' tagħmir tat-tifi tan-nar fuq vetturi li jġorru materjal b'radjuattività baxx a (E4).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.1.4.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Kriterju għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat għat-tifi tan-nar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Materjal Radjuattiv (Trasport bit-triq) (Renju Unit) 1996, Reg. 34(4) u (5).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Reg. 34(4) ineħħi l-kriterju għalt-trasport ta' tagħmir tat-tifi tan-nar meta jkunu qed jiġi trasportatu pakki li dwarhom ikun hemm eċċezzjoni (UN 2908, 2909, 2910 and 2911).

    Ir-Reg. 34(5) jirrestrinġi l-kriterju fejn ikunu qed jiġi trasportatu biss numri żgħar ta' pakki.

    Kummenti: Fil-prattika, it-trasport ta' tagħmir tat-tifi tan-nar huwa irrelevanti għalt-trasport tal-UN 2908, 2909, 2910, UN 2911, li jista' jiġi trasportat ta' sikwit f'vetturi żgħar.

    RO-SQ 15.5

    Suġġett: Id-distribuzzjoni ta' merkanzija fil-kaxxi interni lill-bejjiegħa bl-imnut jew lil utenti fi kwantitajiet limitati (bl-eċċezzjoni għal dawk tal-Klassijiet 1 u 7) minn ċentri ta' distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti (N1).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 3.4 u 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kriterji għall-għamla u l-ittestjar ta' l-ippakkettjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Regolamenti dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza (Klassifikazzjoni, Ippakkettjar & Ittikkettjar) u l-Użu ta' Riċettakli tal-Pressjoni portabbli ta' l-1996, Regolamenti 6(1), 6(3) u 8(5) u Skeda 3.

    Il-Kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-ippakkettjar m'hemmx għalfejn ikollu l-marka RID/ADR jew UN jew li jkun immarkat mod ieħor Jekk dan ikun fih merkanzija fi kwantitajiet limitati kif stabbilit fl-Iskeda 3.

    Kummenti: Il-kriterji tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) mhumiex meħtieġa għall-aħħar stadji ta' trasport minn ċentru ta' distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew inkella mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand l-utent. L-għan ta' din id-deroga huwa biex jitħallew ir-riċettakli ta' ġewwa ta' l-merkanzija għad- distribuzzjoni bl-imnut ippakkjati fi kwantitajiet limitati skond 3.4 biex dawn jiġi trasportatu lejn il-post aħħari tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkettjar ta' barra.

    RO-SQ 15.6

    Suġġett: Iċ-ċaqliq ta' tankijiet fissi nominalment vojta li mhumiex maħsuba bħala tagħmir ta' trasport (N2).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Partijiet 5 u 7-9 (94/55/KE).

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kriterji dwar il-proċeduri ta' konsenja, it-trasport, it-tħaddim u l-vetturi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f'regoli li għad iridu jiġu ppubblikati.

    Il-kontenut tal- leġislazzjoni nazzjonali: Ara fuq.

    Kummenti: Iċ-ċaqliq ta' dawn it-tankijiet fissi ma jinvolvix it-trasport ta' merkanzija perikoluza fis-sens normali, u d-disposizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) ma jistgħux jiġu applikati fil-prattika. Peress li t-tankijiet ikunu ‘nominalment vojta', l-ammont ta' merkanzija perikoluza li attwalment ikun hemm fihom huwa, per definizzjoni, żgħir ħafna.

    RO-SQ 15.7

    Suġġett: : Biex ikun hemm ‘kwantità massima totali' differenti "għal kull unit ta' trasport" għall-merkanzija tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat- Tabella f'1.1.3.6.3 (N10).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jkunu ntrasportu għal kull unit ta' trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Materjal Splussiv fit-Triq ta' l-1996, Reg. 13 u l-Iskeda 5; Reg. 14 u l-Iskeda 4.

    Il-kontenut tal- leġislazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta' materjal splussiv.

    Kummenti: Li jitħallew limiti differenti ta' kwantità għall-merkanzija tal-Klassi 1, prinċipalment "50" għall-kategorija 1 u "500" għall-kategorija 2. Sabiex ikunu jistgħu jiġu kkalkulati tagħbijiet imħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jinqraw "20" għall-kategorija tat-trasport 2 u "2" għall-kategorija tat-trasport 3.

    Preċedentement kienet deroga taħt l-Artikolu 6(10).

    RO-SQ 15.8

    Suġġett: Iż-ż ieda tal-massa netta massima ta' materjal splussiv awtorizzat fuq il-vetturi EX/II (N13).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.5.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq kwantitajiet ta' materjal u merkanzija splussivi li jkunu ntrasportu.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Materjal Splussiv fit-Triq ta' l-1996, Reg. 13, Skeda 3.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq kwantitajiet għal materjal u merkanzija splussivi li jkunu ntrasportu.

    Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta' 5000 kg fil-vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta' Kompatibilità 1.1C,

    Ħafna merkanzija tal-Klassi 1.1Ċ, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jittieħdu lejn l-Ewropa jkunu kbar jew goffi, u dawn jeċċedu madwar iż-2,5 metri fit-tul. Primarjament dawn ikunu merkanzija li jisplodu u jkunu għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-bini għall-vetturi EX/III (li jridu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli biex dawn l-merkanzija jkunu jistgħu jitgħabbew u jitħattew. Ċerti merkanzija jista' jkollhom bżonn tagħmir speċjalizzat tat-tagħbija u l-ħatt fiż-żewġ naħat tal-vjaġġ. Fil-prattika, iżda, dan it-tagħmir rari jeżisti. Hemm biss ftit vetturi tat-tip EX/III li qed jintużaw fir-Renju Unit, u dan ikun ferm ta' piż għall-industrija biex issir talba għal aktar vetturi speċjalizzati tat-tip EX/III biex dawn jinbnew ħalli jġorru dan it-tip ta' materjal splussiv.

    Fir-Renju Unit il-materjal splussiv militari jiġi trasportat l-aktar permezz vetturi kummerċjali, u għalhekk ma jistgħux jittieħdu l-vantaġġi tal-eżenzjoni fuq vetturi militari li hemm fil-Qafas tad-Direttiva. Biex tissolva din il-problema, ir-Renju Unit dejjem ippermetta it-trasport ta' mhux aktar minn 5000 kg ta' dan it-tip ta' merkanzija fuq vetturi EX/II. Il-limitu li hemm bħalissa mhuwiex dejjem suffiċjenti, għaliex oġġett jista' jkun fih aktar minn 1000 kg ta' splussiv.

    Mill-1950 'l hawn kien hemm biss żewġ inċidenti (it-tnejn ġraw fis-snin ħamsin) li kienu jinvolvu l-isplużjoni ta' materjal splussiv b'toqol ta' aktar minn 5000 kg. L-inċidenti ġraw mill-ħruq ta' tyre u minn sistema ta' l-exhaust sħuna li tat in-nar lix-sheeting. In-nirien setgħu tqabbdu b'tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda mwiet jew nies li trasportbu xi ġrieħi gravi.

    Hemm evidenza empirika li turi li merkanzija splussivi ppakkjati kif suppost ma jkunux jistgħu jisplodu minħabba xi impatt, e.ż. meta l-vettura tkun involuta f'xi ħabta. L-evidenza minn rapporti militari u minn informazzjoni ġejja minn testijiet li saru fuq l-impatt ta' missili juru li biex ikun hemm splużjoni ta' skrataċ, irid ikun hemm veloċità ta' l-impatt 'l fuq minn dik ikkreata minn drop test ta' 12-il metru.

    L-istandards ta' sigurtà li hemm bħalissa mhux se jintnessu.

    RO-SQ 15.9

    Suġġett: Eżenzjoni mill-kriterji ta' superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta' ċerti merkanzija tal-Klassi 1 (N12).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.4 u 8.5 S1(6).

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: I l-kriterji ta' superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta' merkanzija perikoluza.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Merkanzija perikoluza ta' l-1996, Reg. 24.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jipprovdi għal ipparkjar mingħajr periklu u faċilitajiet ta' superviżjoni, imma m'hemmx ħtieġa li ċerti tagħbijiet tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni il-ħin kollu, kif stabbilit fil-Kapitlu 8.5 S1(6) tal- Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    Kummenti:: Il-kriterji ta' superviżjoni tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) mhumiex dejjem possibbli f'kuntest nazzjonali.

    RO-SQ 15.10

    Suġġett: It-tħaffif tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta' tagħbijiet imħallta ta' materjal splussiv, u ta' materjal splussiv ma' merkanzija perikoluza oħra, ġo vaguni, vetturi u containers (N4/5/6).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta' tagħbijiet imħallta.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Merkanzija perikoluza fit-Triq ta' l-1996, Reg. 18.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni nazzjonali hija inqas stretta fejn għandu x'jaqsam it-trasport imħallat ta' materjal splussiv, sakemm dan it-trasport ikun jista' jitwettaq mingħajr l-ebda riskju.

    Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq idaħħal xi ftit tibdiliet fuq ir-regoli tat-taħlit ta' materjal splussiv ma' materjal splussiv ieħor, kif ukoll ta' materjal splussiv ma' merkanzija perikoluza oħra. Kull varjazzjoni għandu jkollha limitazzjoni ta' kwantità fuq wieħed jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u titħalla biss jekk "il-miżuri prattiċi kollha jkunu ttieħdu b'mod raġonevoli biex jipprekludu lill-materjal splussiv milli jiġi f'kuntatt ma', jew inkella jpoġġi fil-periklu jew ikun mhedded minn, dawn l-merkanzija".

    Eżempji ta' varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista' jippermetti huma:

    1. materjal splussiv li ġie allokat in-Numri tal—klassifikazzjoni UN 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġi trasportatu fl-istess vettura ma' l-merkanzija perikoluza li ġew allokati In-Numru tal-klassifka UN 1942. Il-kwantità ta' UN 1942 awtorizzata li tintrasport għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta' 1.1D;

    2. materjal splussiv li ġie allokat in-Numri tal-klassifikazzjoni UN 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, jew 0453 jista' jiġi trasportat Fl-istess vettura flimkien ma' merkanzija perikoluza (barra gassijiet fjammabbli, sustanzi li jwasslu għal xi infezzjoni u dawk tossiċi) fi Trasport tal-kategorija 2 jew merkanzija perikoluza fi trasport tal-kategorija 3, jew kwalunkwe kumbinazzjoni tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta' merkanzija perikoluza fit-trasport tal-kategorija 2 ma jkunx aktar minn 500 kg jew litri u l-massa totali netta ta' dan il-materjal splussiv ma jkunx aktar minn 500 kg;

    3. materjal splussiv 1.4G jista' jiġi trasportat ma' likwidi u gassijiet li jaqbdu bin-nar f'trasport tal-kategorija 2 jew ma' gassijiet li la jaqbdu bin-nar u lanqas m'huma tossiċi, f'trasport tal-kategorija 3, jew fi kwalunkwe kumbinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm Il-massa jew volum totali ta' merkanzija perikoluza, meta dawn jingħaddu flimkien, ma jkunx aktar minn 200 kg jew litri, u l-massa netta massima ta' materjal splussiv ma tkunx aktar minn 20 kg;

    4. merkanzija li jisplodu li ġew allokati n-Numri tal-klassifikazzjoni UN 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jiġi trasportatu ma' materjal splussiv fil-Grupp ta' Kompatibilità D, E jew F li għalihom dawn huma komponenti. Il-kwantità totali ta' materjal splussiv tan-Numri UN 0106, 0107 jew 0257 m'għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

    RO-SQ 15.11

    Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal kunsenji żgħar ta' materjal radjuattiv f'vetturi żgħar.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.3.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kriterju biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f'vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjuattiv.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta' Materjal Radjuattiv (Trasport bit-triq) ta' l-2002 Reg. 5(4)(d).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Jippermetti kwalunkwe deroga approvata taħt dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

    1. Il-vetturi gϋandhom jew:

    (a) ikollhom avviż skond id-disposizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR), jew

    (b) fil-każ ta' vetturi ta' inqas minn 3500 kg bħala toqol, li jkunu qed iġorru inqas minn għaxar kaxxi li jkun fihom materjal radjuattiv li mhuwiex fissili jew inkella li jista' jsir fissili, u fejn is-somma ta' l-indiċi tat-trasport ta' dawn il-pakki ma tkunx taqbeż il-valur ta' 3, jistgħu iġorru alternattivament avviż li jaqbel mal-kriterji tal-paragarfu 2 taħt.

    2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1 fuq, l-avviż li għandu jintwera fuq il-vettura waqt it-trasport ta' materjal radjuattiv għandu jkun f'konformità ma' dan li ġej:

    (a) għandu jkun mhux inqas minn 12 ċm kwadru. L-ittri kollha ta' fuq l-avviż għandhom ikunu ta' lewn iswed, qawwi, u li jinqraw. L-ittri kollha għandhom ikunu ntaljati jew stampati. L-ittri kapitali fil-kelma "RADJUATTIV" m'għandhomx ikunu inqas minn12 mm fl-għoli u l-ittri kapitali l-oħra kollha m'għandhomx ikunu inqas minn 5 mm fl-għoli;

    (b) dan m'għandux jinħaraq b'tali mod u manjiera li l-kliem ta' fuq l-avviż għandu jibqa' jinqara anki wara li dan ikun ġie espost għal xi ħruq li jinvolvi l-vettura;

    (ċ) għandu jitwaħħal tajjeb fuq il-vettura f'pożizzjoni fejn ikun jidher b'mod ċar għas-sewwieq, iżda li ma jtellifx il-vista tiegħu fit-triq, u għandu jkun muri biss meta fuq il-vettura jkun qed jiġi trasportat materjal radjuattiv;

    (d) għandu jkun f'forma miftehma, u għandu juri l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon f'każ ta' xi emerġenza.

    Kummenti: Id-deroga hija meħtieġa għal ċaqliq limitat ta' kwantitajiet żgħar ta' materjal radjuattiv, primarjament dożi singoli ta' materjal radjuattiv għal pazjenti bejn il-faċilitajiet ta' sptar lokali, fejn jintużaw vetturi żgħar u fejn l-abbiltà li jitwaħħlu pjanċi oranġjo żgħar tkun waħda limitata. L-esperjenza wriet li għal dawn il-vetturi it-twaħħil ta' pjanċi oranġjo huwa wieħed problematiku, u huwa diffiċli li dawn jinżammu taħt kondizzjonijiet normali ta' trasport. Il-vetturi għandhom ikunu mmarkati bi pjanċi li juru l-kontenut f'konformita mal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) 5.3.1.5.2 (u normalment 5.3.1.7.4), u li dawn ikunu jidentifikaw b'mod ċar il-periklu. Barra minn hekk, għandu jitwaħħal f'post fejn jidher avviż li ma jkunx jista' jinħaraq u li fuqu jkun hemm l-informazzjoni relevanti fil-kaz. ta' xi emerġenza. Fil-prattika, se jkun hemm aktar informazzjoni ta' sigurtà milli taħt il-kriterji tal-ADR 5.3.2.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    DEROGI GĦALL-ISTATI MEMBRI DWAR IT-TRASPORT LOKALI RISTRETT GĦALL-KONFINI TAGĦHOM

    IL-BELĠJU

    RO-LT 1.1

    Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta' żoni industrijali, inkluż it-trasport fi triq pubblika.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-Derogi 2-89, 4-97 u 2-2000.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, l-ittikkettjar u l-immarkar ta' pakki, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

    Kummenti: Merkanzija perikoluza jiġu trasferiti bejn żewġ postijiet.

    Deroga 2-89: il-qsim ta' toroq prinċipali pubbliċi (kemiċi f'kaxxex).

    Deroga 4-97: distanza ta' 2 km (ingotti tal-ħadid (pig-iron) f'temperatura ta' 600 °C).

    Deroga 2-2000: distanza ta' madwar 500 m (IBC, PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

    RO-LT 1.2

    Suġġett: Il-moviment ta' tankijiet ta' ħażna li mhumiex maħsuba bħala tagħmir ta' trasport.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.2(f).

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni 6-82, 2-85.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Iċ-ċaqliq ta' tankijiet ta' ħażna nominalment vojta għat-tindif/tiswija huwa awtorizzat.

    Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru. 7 (taħt l-Artikolu 6(10)).

    RO-LT 1.3

    Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa.

    It-trasport lokali ta' UN 1202, 1203 u 1223 f'pakki u tankijiet (fil-Belġju, f'raġġ ta' 75 km mill-post ta' l-uffiċju reġistrat).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: struttura aktar riġida.

    Struttura:

    1. Pakketti ta' taħriġ

    2. Ħażna ta' taħriġ

    3. Taħriġ speċjali Ċl 1

    4. Taħriġ speċjali Ċl 7

    Kummenti: Qed jiġi propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami ristrett għalt-trasport tal-UN 1202, 1203 u 1223 f'pakki u tankijiet f'raġġ ta' 75 km mill-post ta' l-uffiċju reġistrat; it-tul tat-taħriġ għandu jilħaq il-kriterji tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Wara ħames snin is-sewwieq ikun obbligat isegwi kors ta' aġġornament u li jgħaddi mill-eżami. Iċ-ċertifikat għandu jistipula "it-trasport nazzjonali tal-UN 1202, 1203 u 1223 f'konformità ma' l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE'."

    RO-LT 1.4

    Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluza f'tankijiet biex dawn ikunu eliminati permezz ta' inċinerazzjoni.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 3.2.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-Deroga 01-2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: B'deroga mit-tabella li hemm fil-Kapitlu 3.2 l-użu ta' tank-kontenitur bil-kodiċi L4BH flok dak bil-kodiċi L4DH għalt-trasport ta' UN 3130, likwidu reattiv għall-ilma, tossiku, 111, n.o.s. taħti ċerti kundizzjonjijiet huwa awtorizzat.

    Kummenti: Din id-deroga tista' tinuża biss għalt-trasport ta' skart perikoluż għal distanza qasira.

    ID-DANIMARKA

    RO-LT 2.1

    Suġġett: UN 1202, 1203, 1223 u Klassi 2 — l-ebda dokument ta' trasport.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Bekendtgorelse nr. 729 tal- 15/08/2001 om vejtransport of farligt gods.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Meta jkunu qed jiġi trasportatu prodotti ta' żejt minerali fil-Klassi 3, UN 1202, 1203 u 1223 u gassijiet fil-Klassi 2 b'rabta mad-distribuzzjoni (l-merkanzija li se jitqassmu lil żewġ reċipjenti jew aktar u l-ġbir ta' merkanzija mwassla lura fl-istess sitwazzjonijiet), id-dokument tat-trasport ma jkunx rikjest, sakemm l-istruzzjonijiet miktuba, barra l-informazzjoni meħtieġa fil-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq, ikollhom l-informazzjoni dwar in-numru tal-UN, l-isem u l-klassi.

    Kummenti:

    Ir-raġuni li jkun hemm deroga nazzjonali kif imfisser fuq huwa l-iżvilupp ta' tagħmir elettroniku li jagħmilha possibbli e.ż. għall-kumpaniji taż-żejt li jagħmlu użu kontinwu ta' tagħmir elettroniku, biex jibgħatu informazzjoni lill-vetturi li jkollhom informazzjoni fuq il-klijenti. Peress li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-bidu tal-vjaġġ u din tgħaddi għand il-vettura matul il-vjaġġ, ma jkunx possibbli, qabel ma jibda t-trasport, li jsiru d-dokumenti tat-trasport. Dan it-tip ta' trasport huwa ristrett għal żoni limitati.

    Bħalissa deroga għad-Danimarka għal disposizzjoni simili taħt l-Artikolu 6(10).

    Il-ĠERMANJA

    RO-LT 3.1

    Suġġett:Ir-rinunzja ta' ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: GGAV - Gefahrgut-Ausnahmeverordnung vom 23 ta' Ġunju 1993, zuletzt geandert durch die Verordnung vom 23 ta' Ġunju 1999 (BGBI. 1 1999 S. 1435), Ausnahme Nr. 55 (Regolament fuq l-eżenzjonijiet tad-disposizzjonijiet fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluza, eżenzjoni Nru 55).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta' 1.4S), 5.2 u 7:

    L-ebda indikazzjoni m'hi meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

    (a) għad--destinatarju fil-każ ta' distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbiji mimlija u għalt-trasport f'ċerti rotot);

    (b) għall-ammont u t-tipi ta' kaxxex, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f'konformità mad-disposizzjonijiet kollha ta' l-Annessi A u B;

    (ċ) għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport ta' l-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

    Kummenti: L-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet kollha ma tkunx prattika f'tip ta' traffiku konċernat.

    Id-Deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (taħt l-Artikolu 6(10)).

    Il-GREĊJA

    RO-LT 4.1

    Suġġett: Deroga dwar il-kriterji ta' sigurtà għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31 ta' Diċembru 2001, għall-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta' ċertu kategoriji ta' merkanzija perikoluza.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kriterji għall-bini, tagħmir, it-tip ta' approvazzjoni, spezzjonijiet u testijiet, u mmarkar ta' tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jiżżarmaw u tankijiet-kontenituri u partijiet tat-tank li jinbidlu, bil-partijiet ta' barra magħmula minn materjal tal-metall, u vetturi li jaħdmu bil-batterija u kontenituri li jkollhom iktar minn element wieħed ta' gass (MEGCs).

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισµού και ελέγχων των δεξαµενών µεταφοράς συγκεκριµένων κατηγοριών επικινδύνων εµπορευµάτων για σταθερές δεξαµενές (οχήµατα-δεξαµενές), αποσυναρµολογούµενες δεξαµενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (l-kriterji għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jiżżarmaw li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal ċerti kategoriji ta' merkanzija perikoluza).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Disposizzjoni transizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jiżżarmaw u tankijiet-kontenituri li ġew reġistrati għall-ewwel darba f'pajjiżna bejn l-1 ta' Jannar 1985 u l-31 ta' Diċembru 2001 jistgħu jibqgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru 2010. Din id-disposizzjoni transizzjonali tikkonċerna vetturi li jġorru l-materjal perikoluż li ġej: UN 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257. Dan it-trasport huwa maħsub għal kwantitajiet żgħar jew bħala trasport lokali għal vetturi reġistrati fil-perjodu imsemmi fuq. Dan il-perjodu transizzjonali għandu jidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank, addattat skond:

    1. il-paragarfi tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) għall-ispezzjonijiet u t-testijiet, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5 (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153, 211.154).

    2. il-ħxuna minima tal-qoxra ta' barra tkun mhux inqas minn 3 mm għal tankijiet li jkollhom kompartimenti b'kapaċità sa 3500 litru, u minn ta' lanqas 4 mm ħxuna ta' azzar mhux aħrax għal tankijiet b'kompartimenti ta' kapaċità sa 6000 litru, minkejja t-tip jew il-ħxuna tal-kompartimenti.

    3. jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji għall-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li jkunu ġejjin minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn ikunu ġew reġistrati qabel. F'każ li ma jkunx hemm disinni tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 6.8.2.1.17 (211.127).

    4. it-tankijiet għandhom jissodisfaw il-paragrafi-marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

    B'mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b'massa ta' inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għalt-trasport lokali ta' gas oil biss (UN 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2002, jekk il-ħxuna tal-qoxra tagħhom tkun inqas minn 3 mm, dawn għandhom jitħallew jintużaw biss jekk ikunu mibdula f'konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

    RO-LT 4.2

    Suġġett:Deroga fuq il-kriterji marbuta mal-bini ta' bażijiet ta' vetturi, dwar vetturi maħsuba għalt-trasport lokali ta' merkanzija perikoluza rreġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: il-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Kriterji li jikkonċernaw il-bini ta' bażijiet ta' vetturi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχηµάτων που διενεργούν εθνικές µεταφορές ορισµένων κατηγοριών επικινδύνων εµπορευµάτων. (Kriterji tekniċi ta' vetturi li huma diġà fiċ-ċirkulazzjoni, maħsuba għalt-trasport lokali ta' ċerti kategoriji ta' merkanzija perikoluza.)

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għalt-trasport lokali ta' merkanzija perikoluza (kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li kienu ġew reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta' Diċembru 2001.

    Il-vetturi msemmija fuq għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-Kapitolu 9 (paragrafi 9.2.1 sa 9.2.6) ta' l-Anness B Għad-Direttiva 94/55/KE bit-tibdiliet li ġejjin:

    B'mod konformi mal-kriterji tal-paragrafu 9.2.3.2, neċessarja biss f'każijiet fejn il-vettura ikollha sistema tal-brejkijiet antiblock magħmula mill-manifattur tal-vettura u mgħammra b'sistema ta' brejkijiet reżistenti kif imfisser f'9.2.3.3.1, imma li mhux neċessarjament tkun konformi mal-paragrafi 9.2.3.3.2 u 9.2.3.3.3.

    Il-provvista elettrika għat-tachograph għandha tgħaddi permezz ta' barriera ta' sigurtà imwaħħla direttament mal-batterija (paragarfu marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu li jerfa' l-bogie axle għandu jkun installat fejn dan ikun ġie mwaħħal għall-ewwel darba mill-manifattur tal-vettura, u dan għandu jkun protett f'kaxxa siġillata (paragrafu marġinali 220 517).

    B'mod speċifiku, vetturi bit-tank b'massa massima ta' inqas minn 4 tunnellati u maħsuba għalt-trasport lokali ta' Żejt g]at-tisϋin tad-diesel (NU: 1202) għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-paragarfi 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3 u 9.2.4.5., iżda mhux neċessarjament ma' l-oħrajn.

    Kummenti: In-numru tal-vetturi msemmija fuq huwa żgħir, meta mqabbel man-numru totali ta' vetturi reġistrati diġà, u barra minn hekk dawn huma maħsuba biss għalt-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, il-qies tal-flotta tal-vetturi in-kwistjoni, kif ukoll it-tip ta' merkanzija li jiġi trasportatu ma joħolqux problemi ta' sigurtà fit-triq.

    FRANZA

    RO-LT 6.1

    Suġġett: L-użu ta' dokumenti marittimi bħala dokumenti tat-trasport għal vjaġġi qosra wara li titħatt it-tagħbija minn fuq il-vapur.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: L-informazzjoni li għandha tidher fid-dokumenti użati bħala dokumenti tat-trasport ta' merkanzija perikoluza.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq - l-Artikolu 23-4."

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f'raġġ ta' 15 km.

    RO-LT 6.2

    Suġġett:It-trasport ta' merkanzija tal-Klassi 1 flimkien ma' materjal perikoluż fi klassijiet oħra (91).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.2.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-projbizzjoni kontra t-tagħbija ta' kaxxi b'tikketti differenti ta' periklu flimkien.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l-Artikolu 26.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-possibiltà li jiġi trasportatu flimkien detonaturi sempliċi jew immuntati u merkanzija li mhumiex fil-Klassi 1, iżda suġġett għal ċerti kondizzjonijiet u għal distanzi ta' mhux inqas minn jew ugwali għal 200 km fi Franza.

    RO-LT 6.3

    Suġġett: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna tal-LPG (18).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Annessi A u B.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" — l-Artikolu 30.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport ta' tankijiet fissi ta' ħażna tal-LPG huwa suġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

    RO-LT 6.4

    Suġġett: Kondizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ tas-sewwieqa u l-approvazzjoni ta' vetturi użati għal trasport agrikolu (distanzi qosra).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: l-Annessi A u B - It-tagħmir tat-tank u t-taħriġ tas-sewwieqa.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva:

    6.8.3.2 (it-tagħmir tat-tank).

    8.2.1 & 8.2.2 (it-taħriġ tas-sewwieq).

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta' l-1 ta' Ġunju 2001 fuq it-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq, "Digriet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq" - l-Artikolu 29.2 - l-Anness D4.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Disposizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

    Taħriġ speċjali lis-sewwieqa.

    L-OLANDA

    RO-LT 10.1

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.2.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 7.5.4, 7.5.7, 8.1.2.1, sotto-sezzjonijiet (a) u (b), 8.1.5, sotto-sezzjoni (ċ), 8.3.6.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva:

    1.1.3.6: Eżenzjonijiet marbutta mal-kwantitajiet li jiġi trasportatu għal kull unità ta' trasport.

    3.3: Disposizzjonijiet speċjali applikabbli għal sustanzi jew merkanzija speċifiċi.

    4.1.4: Lista bl-istruzzjonijiet gϋall-ippakkjar; 4.1.6: Kriterji speċjali ta' ippakkjar għal merkanzija tal-Klassi 2; 4.1.8: Kriterji speċjali ta' ippakkjar għal sustanzi li jistgħu jwasslu għal xi infezzjoni; 4.1.10: Kriterji speċjali għal ippakkjar kollettiv.

    5.2.2: L-ittikkettjar ta' pakki ta' trasport; 5.4.0: L-merkanzija kollha li jiġi trasportatu taħt l-iskema tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni preskritta f'dan il-kapitolu, fejn japplika, sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni taħt il-punti 1.1.3.1 sa 1.1.3.5; 5.4.1: Dokument ta' transitu għal merkanzija perikoluza flimkien ma' informazzjoni relatata; 5.4.3: Struzzjonijiet bil-miktub

    7.5.4: Prekawzjonijiet dwar ikel, merkanzija oħra ta' konsum u ikel għall-annimali; 7.5.7: It-tqandil u l-istivar.

    8.1.2.1: Barra mid-dokumentazzjoni meħtieġa skond il-liġi, għandhom jiġi trasportatu fuq l-unità tat-trasport id-dokumenti li ġejjin: (a) id-dokumenti ta' transitu msemmija f'5.4.1 u li jkunu jkopru l-merkanzija perikoluza kollha li qed jiġi trasportatu u, fejn japplika, iċ-ċertifikat tat-tagħbija tal-container kif imfisser fil-punt 5.4.2; (b) l-istruzzjonijiet bil-miktub kif stabbilit fil-punt 5.4.3, li jittrattaw fuq l-merkanzija perikoluza kollha li qed jiġi trasportatu; 8.1.5: Kull unità ta' trasport li jkollha fuqha merkanzija perikoluza għandha tkun mgħammra b'; (ċ) l-apparat meħtieġ li jippermetti t-twettiq ta' miżuri supplimentari u speċjali kif muri fl-istruzzjonijiet miktuba msemmija fil-punt 5.4.3. 8.3.6: Li l-magna titħalla mqabbda matul it-tagħbija u l-ħatt.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 3 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 3.

    It-taqsimiet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq li ġejjin m'għandhomx japplikaw:

    (a) 1.1.3.6;

    (b) 3.3;

    (ċ) 4.1.4; 4.1.6; 4.1.8; 4.1.10;

    (d) 5.2.2; 5.4.0; 5.4.1; 5.4.3;

    (e) 7.5.4; 7.5.7;

    (f) 8.1.2.1 subsezzjonijiet (a) u (b); 8.1.5 subsezzjoni (ċ); 8.3.6.

    Kummenti: L-iskema tfasslet b'tali mod biex ċittadini privati jkunu jistgħu jippreżentaw "skart kimiku żgħir" f' post wieħed. Dan japplika għal fdalijiet bħal ma huma, per eżempju, l-fdalijiet li jkun ġej miż-żebgϋa. Il-livell ta' periklu huwa minimizzat permezz ta' l-għażla tal-mezzi ta' trasport, li tinvolvi, sost affarijiet oϋra, l-użu ta' elementi speċjali ta' trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip, liema avviżi jkunu jidhru b'mod ċar mill-membri tal-publiku.

    Minħabba l-kwantitajiet limitati offruti u n-natura speċjalizzata ta' l-kaxxi, dan l-Artikolu jeskludi numru ta' sezzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq. Regoli supplimentari jinsabu stabbiliti imkien ieħor fl-iskema.

    RO-LT 10.2

    Suġġett: Skema għal trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jiġi trasportatu għal kull unità ta' trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 10, onderdeel a, en 16, onderdeel b, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    10(a) Iċ-ċertifikat ta' l-attendent ta' kompetenza professjonali u n-nota msemmija fl- Artikolu 16(1)(b) iridu jkunu t-tnejn fuq il-vettura.

    10(b) Min ikun responsabbli gϋall-vettura għandu jkollu l-kwalifika li "jġorr skart perikoluż" maħruġ mis-CCV (il-Bord dwar iċ-Ċertifikati tas-Sewwieqa).

    Kummenti: Minħabba l-iskala wiesa' ta' skart domestiku perikoluż involut, l-operatur tat-trasport għandu jkollu ċertifikat ta' kompetenza professjonali, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta' skart li jkunu ppreżentati. Kriterju addizzjonali huwa l-operatur tat-trasport ikun akkwista kwalifika għalt-trasport ta' skart perikoluż.

    Wieħed mir-raġunijiet għal dan huwa biex ikun żgurat li l-operatur tat-trasport ma jkunx jista', per eżempju, jippakkja aċti u bażi (sustanzi li meta jitϋalltu ma' l-aċtu jifformaw melϋ) flimkien, u li dan ikun jaf kif jirreaġixxi kif suppost għal xi inċidenti.

    RO-LT 10.3

    Suġġett:Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6.

    Il-konenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jiġi trasportatu għal kull unit ta' trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 10(b) van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 10(b).

    Dawn li ġejjin iridu jkunu preżenti fuq il-vettura: (b) struzzjonijiet bil-miktub u informazzjoni miġbura f'konformità ma' l-Anness għall-Att li jistabbilixxi din l-iskema.

    Kummenti: Peress li l-iskema teskludi l-eżenzjoni mis-sezzjoni 1.1.3.6 ta' l-iskema tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq, l-istruzzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu jakkumpanjaw ukoll kwantitajiet żgħar. Din hija meħtieġa minħabba l-iskala wiesa' ta' skart perikoluż li jkun ippreżentat, u l-fatt li dawk li jippreżentaw l-iskart (ċittadini privati) ma jkunux familjari mal-livell ta' periklu involut.

    RO-LT 10.4

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-għamla u l-ittestjar ta' l-ippakkjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 6 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 6.

    1. L-iskart domestiku perikoluż għandu jkun ippreżentat biss f'ippakkjar issiġillat ermetikament li huwa addattat għas-sustanza in-kwistjoni, u:

    (a) għal merkanzija li jkunu ġejjin taħt il-kategorija 6.2: kaxxi bil-garanzija li ma jikkawżax ħsarat meta dan jkunu ppreżentat;

    (b) għal skart domestiku perikoluż ta' oriġini industrijali: kaxxa li jkollha kapaċità ta' mhux aktar minn 60 litru, li fiha s-sustanzi ta' l-iskart ikunu ġew separati f'konformità mal-kategorija ta' periklu (kaxxa-kga).

    2. Il-kaxxi għandhom ikunu ħielsa, minn barra, minn skart domestiku perikoluż.

    3. L-isem tas-sustanza għandu jkun indikat fuq il-kaxxa.

    4. Għal kull ġbir, kaxxa waħda biss fit-tifsira tal-punt 1, subsezzjoni b, għandha tkun aċċettata.

    Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3, li fih sezzjonijiet partikolari tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq huma ddikjarati bħala li ma japplikawx. Taħt din l-iskema, m'hemmx ħtieġa għal ippakkjar approvat kif imfisser fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq. Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta' sustanzi perikolużi involuti. Minflok, hemm numru ta' regoli stabbiliti fl-Artikolu, inkluż kriterju li sustanzi perikolużi għandhom jitqassmu f'kontenituri ssiġillati biex dawn ma jkunux jistgħu nnixxu 'l barra mill-ippakkjar tagħhom.

    RO-LT 10.5

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-għamla u l-ittestjar ta' l-ippakkjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 7, tweede lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 7(2).

    Il-vettura għandha kompartiment tat-tagħbija separat mill-kabina tas-sewwieq permezz ta' ħajt solidu oħxon jew, inkella, kompartiment tat-tagħbija li jiffurmax parti integrali mill-vettura.

    Kummenti: Taħt din l-iskema, mhuwiex meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif imfisser fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta' sustanzi perikolużi involuti. Għalhekk, dan l-Artikolu għandu kriterju addizzjonali maħsub biex jipprevjeni duħħan tossiku milli jidħol fil-kompartiment tas-sewwieq.

    RO-LT 10.6

    Suġġett: Skema għal trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-kostruzzjoni u l-ittestjar ta' l-ippakkjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 8, eerste lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-Artikolu 8(1).

    Il-kompartiment tat-tagħbija ta' vettura magħluqa ikollha extractor ta' l-arja, li jinżamm dejjem mixgħul, fuq in-naħa ta' fuq u jkun mgħammar b'aperturi minn taħt.

    Kummenti: Taħt din l-iskema, mhuwiex meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif stipulat fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta' sustanzi perikolużi involuti. Għalhekk, dan l-Artikolu fih kriterju addizzjonali maħsub biex jipprevjeni l-akkumulazzjoni ta' duħħan tossiku fil-kompartiment tat-tagħbija.

    RO-LT 10.7

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-għamla u l-ittestjar tal-ippakkjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 9, eerste, tweede en derde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-Artikolu 9.

    1. Il-vettura hija mgħammra b'unitajiet li, waqt it-trasport:

    (a) ikunu protetti kontra xi ċaqliq aċċidentali, u

    (b) ikunu ssiġillati b'għatu u protetti kontra xi ftuħ aċċidentali.

    2. Il-Punt 1, is-subsezzjoni b, ma' tapplikax tul it-transitu għal raġunijiet ta' ġbir jew meta l-vettura tkun wieqfa fil-postijiet tal-ġbir.

    3. Għandu jkun hemm żona ta' żgombru kbira biżżejjed fil-vettura biex l-iskart domestiku perikoluż ikun jista' jingħażel u mqiegħed f'unitajiet differenti.

    Kummenti: Taħt din l-iskema, mhuwiex meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif stipulat fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Dan minħabba l-kwantitajiet limitati ta' sustanzi perikolużi involuti. Dan l-Artikolu jara li jipprovdi garanzija singola bl-użu ta' units għall-ħażna ta' l-ippakkjar, li b'hekk ikun żgurat metodu xieraq ta' ħażna għal kull kategorija ta' merkanzija perikoluza.

    RO-LT 10.8

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-għamla u l-ittestjar tal-kaxxi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 14 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-Artikolu 14.

    1. L-iskart domestiku perikoluż jiġi trasportat esklussivament f'elementi.

    2. Hemm element separat għal sustanzi u merkanzija f'kull klassi.

    3. Fejn għandhom x'jaqsmu s-sustanzi u l-merkanzija tal-Klassi 8, hemm elementi separati għall-aċti, il-bażijiet u l-batteriji.

    4. Il-laned ta' l-isprej jistgħu jitpoġġew f'kaxxi tal-kartun li jingħalqu, sakemm dawn il-kaxxi jiġi trasportatu f'konformità ma' l-Artikolu 9(1).

    5. Jekk ikunu nġabru fire extinguishers tal-Klassi 2, dawn jistgħu jitpoġġew fl-istess element bħal-laned ta' l-isprej iżda mhux ippakkjati f'kaxxi tal-kartun.

    6. B'deroga mill-Artikolu 9(1), l-ebda tip ta' għatu m'hu meħtieġ għalt-trasport ta' batteriji, sakemm dawn jitpoġġew fl-element b'tali mod u manjiera li l-fetħiet kollha tal-batteriji jkunu magħluqa u jħarsu 'l fuq.

    Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3, li fih sezzjonijiet partikolari tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) huma ddikjarati bħala li ma japplikawx. Taħt din l-iskema, m'hemmx ħtieġa għal ippakkjar approvat kif stabbilit fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Dan l-Artikolu jistabbilixxi kriterji għall-elementi li fihom jinħażen temporanjament l-iskart domestiku perikoluż.

    RO-LT 10.9

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Disposizzjonijiet fuq l-għamla u l-ittestjar tal-kaxxi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 15 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-Artikolu 15.

    1. L-elementi, jew il-kaxxi maħsuba għalt-trasport ta' laned tal-isprej, għandhom ikunu mmarkati sew kif ġej:

    (a) għal sprejs tal-Klassi 2 dawn iridu jkunu f'kaxxi tal-kartun: il-kelma "SPUITBUSSEN" (laned tal-isprej);

    (b) għal fire extinguishers u laned tal-isprej tal-Klassi 2: it-tikketta Nru. 2.2;

    (ċ) għal fire extinguishers u laned tal-isprej tal-Klassi 3: it-tikketta Nru. 3;

    (d) għal skart ta' żebgħa tal-Klassi 4.1: it-tikketta Nru. 4.1;

    (e) għal sustanzi li jagħmlu ħsara tal-Klassi 6.1: it-tikketta Nru. 6.1;

    (f) għal merkanzija tal-Klassi 6.2: it-tikketta Nru. 6.2;

    (ġ) għal sustanzi u merkanzija kawstiċi tal-Klassi 8: it-tikketta Nru. 8; u aktar minn hekk

    1. għal sustanzi alkalini: il-kelma "BASEN" (bażijiet),

    2. għal sustanzi aċidużi: il-kelma "ZUREN" (aċti),

    3. għal batteriji: il-kelma "ACCU'S" (batteriji).

    2. L-istess tikketti u kliem iridu jkunu jidhru sew fuq l-ispazji li jingħalqu fil-vettura fejn l-elementi jkunu jistgħu jitpoġġew.

    Kummenti: Dan l-Artikolu jirriżulta mill-Artikolu 3, li fih ċerti sezzjonijiet tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) huma dikjarati bħala li ma japplikawx. Taħt din l-iskema, m'hemmx ħtieġa għal ippakkjar approvat kif stabbilit fis-sezzjoni 6.1 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Dan l-Artikolu jistabbilixxi kriterji għall-identifikazzjoni ta' elementi li fihom jinħażen temporanjament l-iskart domestiku perikoluż.

    RO-LT 10.10

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.4.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Prekawzjonijiet dwar l-ikel, merkanzija oħra ta' konsum u ikel għall-annimali.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 13 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: L-Artikolu 13.

    1. It-trasport ta' ikel għall-bnedmin u għall-annimali fl-istess waqt bħala skart domestiku perikoluż huwa pprojbit.

    2. Il-vettura għandha tkun wieqfa matul il-ġbir.

    3. Fuq il-vettura għandu jintuża dawl safrani jixgħel u jitfi waqt li din tkun qed timxi jew tkun wieqfa għall-ġbir.

    4. Waqt il-ġbir f'post fiss, indikat għal dan il-għan, il-magna għandha tintefa u, b'deroga mill-punt 3, id-dawl jixgħel u jitfi jista' jintefa.

    Kummenti: Il-projbizzjoni li hemm fis-sezzjoni 7.5.4 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR) qed tiġi estiża hawnhekk għaliex, minħabba l-iskala wiesa' ta' sustanzi preżentati, hemm kważi dejjem preżenti xi sustanzi tal-Klassi 6.1.

    RO-LT 10.11

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 7.5.9.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-projbizzjoni fuq it-tipjip.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 9, vierde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 9.

    4. Avviżi "It-Tipjip Projbit" għandhom ikunu jidhru b'mod ċar fuq il-ġnubijiet u n-naħa ta' wara tal-vettura.

    Kummenti: Peress li l-iskema tkopri il-preżentazzjoni ta' sustanzi perikolużi minn ċittadini privati, l-Artikolu 9(4) jistipula li l-avviż ta' "It-Tipjip Projbit" għandu jkun jidher b'mod ċar.

    RO-LT 10.12

    Suġġett: Skema għalt-trasport ta' skart domestiku perikoluż 2002.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.1.5.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Tagħmir ta' tipi varji.

    Kull unità ta' trasport li ġġorr fuqha merkanzija perikoluza għandha tkun mgħammra b':

    (a) mill-lanqas stop block wieħed għal kull vettura, b'qies addattat għat-toqol tal-vettura u d-dijametru tar-roti;

    (b) it-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu l-miżuri ġenerali murija fl-istruzzjonijiet tas-sigurtà msemmija f'5.4.3, b'mod partikolari:

    - żewġ sinjali ta' twissija separati f'pożizzjoni wieqfa (eż. koni li jirreflettu, trijangli ta' twissija ta' emerġenza, jew dwal jixgħelu u jitfu ta' lewn safrani, li jkunu indipendenti mill-istallazzjoni elettrika tal-vettura),

    - ġakketta jew ilbies ta' sigurtà ta' kwalità tajba (e.ż. kif deskrittt fl-Istandard Ewropew EN 471) għal kull membru ta' l-ekwipaġġ,

    - torċ ta' l-idejn (ara wkoll 8.3.4) għal kull membru ta' l-ekwipaġġ,

    - tagħmir tan-nifs protettiv konformi mal-kriterju addizzjonali S7 (ara il-Kapitolu 8.5), jekk din id-disposizzjoni addizzjonali tkun tapplika b'mod konformi ma' l-indikazzjoni li hemm fil-kolonna 19 tat-Tabella A tal-Kapitolu 3.2;

    (ċ) It-tagħmir meħtieġ biex ikunu jistgħu jitwettqu l-miżuri addizzjonali u speċjali kif hemm muri fl-istruzzjonijiet bil-miktub imsemmija f'5.4.3.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Artikel 11 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: l-Artikolu 11.

    Għandu jkun hemm abbord kit ta' sigurtà, li jkun jintlaħaq, għal kull membru ta' l-ekwipaġġ, li jkun jikkonsisti minn dan li ġej:

    (a) nuċċalijiet ta' sigurtà li jkunu jingħalqu minn kullimkien;

    (b) maskra protettiva tan-nifs;

    (ċ) ġagagi jew fradal reżistenti għall-aċti u li ma jgħaddi l-ebda aċtu minnhom;

    (d) ingwanti tal-gomma sintetiċi;

    (e) bwiez jew żraben li ma jgħaddi l-ebda aċtu minnhom u li huma reżistenti għall-aċti, u

    (f) flixkun għat-tlaħliħ ta' l-għajnejn b'ilma distillat.

    Kummenti: Minħabba l-iskala wiesa' ta' sustanzi perikolużi ppreżentati, qed ikunu imposti kriterji żejda fuq tagħmir ta' sigurtà mandatorju minbarra dawk li hemm fis-sezzjoni 8.1.5 tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    SVEZJA

    RO-LT 14.1

    Suġġett:It-trasport ta' skart perikoluż lejn impjanti fejn issir l-eliminazzjoni ta' l-iskart perikoluż.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: Parti 2, 5.2 u 6.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ittikkettjar, kif ukoll il-kriterji għall-għamla u l-ittestjar ta' l-ippakkjar.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pavag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Il-leġislazzjoni tikkonsisti minn kriterji ta' klassifikazzjoni simplifikati, kriterji inqas stretti għall-għamla u l-ittestjar ta' l-ippakkjar, ittikkettjar modifikat u kriterji ta' immarkar.

    Minflok li l-iskart perikoluż ikun klassifikat konformement mal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR), dan jiġi assenjat lill-gruppi differenti ta' skart. Kull grupp ta' skart

    Ikun fih sustanzi li jisgħu, konformement mal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR), ikunu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).Kull kaxxa għandha tkun immarkat bil-kodiċi tal-grupp ta' skart relevanti minflok in-numru tan-NU.

    Kummenti:

    Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għalt-trasport ta' skart perikoluż minn siti ta' riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta' eliminazzjoni ta' skart perikoluż.

    RO-LT 14.2

    Suġġett: L-isem u l-indirizz tad-destinatarju fid-dokument tat-trasport.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument tat-trasport.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i Terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-leġislazzjoni nazzjonali ssostni li l-isem u l-indirizz tal-konsinnarju mhumiex meħtieġa jekk ippakkjar vojt u mhux imnaddaf ikun ritornat bħala parti ta' sistema ta' distribuzzjoni.

    Kummenti:

    Ħafna drabi kaxxi vojta mhux imnaddfa li jiġi rritornat xorta waħda jista' jkollhom kwantitajiet żgħar ta' merkanzija perikoluza.

    Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jkunu qed jirritornaw kontenituri vojta mhux imnaddfa tal-gass biex minflokhom jieħdu oħrajn mimlija.

    RO-LT 14.3

    Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluza fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport tagħhom f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: L-Annessi A u B.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-kriterji għalt-trasport ta' merkanzija perikoluza f'toroq pubbliċi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta' sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f'toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettjar u l-immarkar tal-ippakkjar, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni konformement mal-parti 9.

    Kummenti:

    Jeżistu diversi sitwazzjonijiet li fihom merkanzija perikoluza jiġu trasferiti bejn postijiet differenti li jkunu jinsabu fuq in-naħat opposti ta'xi triq pubblika. Dan it-tip ta' trasport ma jiffurmax parti milt-trasport ta' merkanzija perikoluza fi triq privata, u għalhekk dan għandu jkunassoċjat mal-kriterji li huma relevanti.

    Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

    RO-LT 14.4

    Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluza li jkunu ġew konfiskati mill-awtoritajiet.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: l-Annessi A u B.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva:

    Il-kriterji għalt-trasport ta' merkanzija perikoluza fit-triq.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pavag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Jistgħu jitħallew devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu motivati minn raġunijiet ta' protezzjoni ta' xogħol, riskji ta' ħatt, sottomissjoni ta' evidenza, eċċ.

    Devjazzjonijiet mir-regolamenti jitħallew biss jekk jintlaħqu livelli ta' sigurtà sodisfaċenti matul kondizzjonijiet normali ta' trasport.

    Kummenti::

    Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw merkanzija perikoluza.

    Din id-deroga hija maħsuba għalt-trasport lokali. Dan jista' jkun trasport ta' merkanzija li jkunu ġew ikkonfiskati mill-pulizija, e.ż. Splussivi u proprjetà misruqa. Il-problema b'dawn it-tipi ta'merkanzija hija li wieϋed qatt ma jista' jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Barra minn hekk, l-merkanzija ħafna drabi ma jkunux ippakkjati, immarkati jew bit-tikketta konformi mal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR). Isiru diversi mijiet ta' dan it-tip ta' trasport mill-pulizija ta' kull sena.

    Fil-każ ta' xorb tal-kuntrabandu, dan għandu jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie konfiskat sal-faċilità ta' ħażna għall-evidenza, u wara lejn faċilità fejn dan jiġi meqrud; dawn l-aħħar tnejn jistgħu jkunu 'l bogħod minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: (a) m'hemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull kaxxa, u (b) m'hemmx gϋalfejn jintużaw kaxxi approvati . Iżda kull pallet li jkollha dawn il-kaxxi għandha tkun immarkata tajjeb. Il-kriterji l-oħra kollha jridu jkunu mħarsa. Isir madwar 20 trasport ta' dan it-tip kull sena.

    RO-LT 14.5

    Suġġett: It-trasport ta' merkanzija perikoluza fil-l-portijiet jew fil-qrib tal-portijiet.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti għandhom jiġi trasportatu fuq il-unità ta' trasport; kull unità ta' trasport li jkollha merkanzija perikoluza għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i Terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    M'hemmx għalfejn jiġi trasportatu dokumenti (barra ċ-ċertifikat tas-sewwieq)fuq il-unità ta' trasport.

    M'hemmx għalfejn li unità ta' trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5.

    It-tractors ma jeħtiġux ċertifikat ta' approvazzjoni.

    Kummenti:

    Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

    RO-LT 14.6

    Suġġett: Iċ-ċertifikat tat-taħriġ ta' l-ispettur tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.2.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jirċievu korsijiet ta' taħriġ.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    L-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika tal-vettura ta' kull sena m'hemmx għalfejn jattendu għall-korsijiet tat-taħriġ li hemm imsemmija fi 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-Ftehim dwar it-trasport ta' Merkanzija perikoluza bit-triq (ADR).

    Kummenti:

    F'ċerti każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati permezz ta' spezzjoni teknika jistghu jkunu qed iġorru xi merkanzija perikoluza bħala tagħbija, e.ż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

    Il-kriterji f'1.3 u fi 8.2.3 għadhom japplikaw xorta.

    RO-LT 14.7

    Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f'tankers.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva:

    Rigward it-tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal tankijiet kontenituri, id-deskrizzjoni għandha tkun f'konformi ma' 5.4.1.1.6.

    L-isem u l-indirizz ta' aktar minn destinatarji wieϋed jistgħu jitniżżlu f'dokumenti oħra.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal tankijiet kontenituri, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport f'konformità mal-5.4.1.1.6 mhix meħtieġa, jekk l-ammont ta' sustanzi fil-pjan tat-tagħbija ikun immarkat"0"'.

    L-isem u l-indirizz tad-destinatarji m'hu meħtieġ fl-ebda dokument li jkun hemm abbord il-vettura.

    RO-LT 14.8

    Suġġett: It-trasport ta' tankijiet ta' ħażna vojta u mhux nodfa li mhumiex maħsuba bħala tagħmir ta' trasport.

    Referenzagħall-Anness għad-Direttiva: 5.4.1.1.1, 6.8, 8.2.2.8.1.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti tat-trasport, il-kriterji għall-għamla, l-ittestjar, eċċ., tat-tankijiet, u ċ-ċertifikat tas-sewwieq.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    Is-sustanzi tan-NU 1202, 1203, 1223u 1965 jistgħu jiġi trasportatu f'tankijiet ta' ħażna li mhumiex maħsuba bħala tagħmir ta' trasport. It-tankijiet iridu jitbattlu.

    Il-unità tat-trasport għandha tkun immarkata bħala vettura tat-trasport ta' likwidi (tanker) bis-sustanza relevanti. Is-sewwieq irid ikollu ċertifikat skond ma' 8.2.2.7.1.

    Kummenti:

    Din id-deroga tiġi applikata meta t-tankijiet tal-ħażna jkunu jridu jitmexxew, per eżempju minħabba tiswija jew manutenzjoni.

    Ir-raġuni għal din id-deroga hija biex ikun evitat ir-riskju u l-impatt ambjentali marbut mat-tindif ta' tankijiet vojta Qabel it-trasport.

    Din id-deroga tapplika għall-kwantitajiet żgħar. Ħafna drabi dan it-tip ta' trasport ikun wieħed lokali, iżda f'każijiet rari fit-tramuntana ta' l-Isvezja, li ftit li xejn hija Popolata, dan jista' jaqbeż ukoll it-300 km.

    Kondizzjonijiet ta' trasport: It-tagħmir li jitwaħħal fuq it-tank tal-ħażna m'għandux jitpoġġa b'tali mod li jkun jista' jiġrilu xi ħsara waqt it-trasport. Id-dokumenti li juru li t-tank tal-ħażna huwa approvat għas-sustanza relevanti għandhom ikunu dejjem abbord il-vettura. It-tip ta' irbit li jintuża biex iżomm tajjeb it-tank tal-ħażna mal-vettura irid ikun kapaċi jżomm tank li jiżen id-doppju tat-tank tal-ħażna li jkun qed jiġi trasportat. Affarijiet li jaqbdu bin-nar ma jistgħux jiġi trasportatu bħala tagħbija fl-istess vettura bħat-tank.

    RO-LT 14.9

    Suġġett:It-trasport lokali marbut ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni.

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

    Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

    Id-dokumenti tat-trasport; l-għamla tat-tankijiet; iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Sarskilda bestammelser om vissa inrikes transporter av farligt gods pa vag och i Terrang.

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali:

    It-trasport lokali li għandu x'jaqsam ma' siti agrikoli jew siti ta' kostruzzjoni m'għandux għalfejn ikun jissodisfa uħud mir-regoli:

    - id-dikjarazzjoni ta' merkanzija perikoluza mhix meħtieġa,

    - tankijiet/kontenituri qodma mhux magħmula b'mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b'mod konformi ma' leġislazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni ta' l-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw,

    - tankijiet eqdem, li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji li hemm f'6.7 jew 6.8,u li huma maħsuba għalt-trasport ta' sustanzi tal-UN 1268, 1999, 3256 u 3257, b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, xorta jista' jibqa' jintuża għalt-trasport lokali u fil- viċinanzi ta'postijiet fejn ikun qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq,

    - iċ-ċertifikati ta' l-approvazzjoni għall-ekwipaġġ ta' vaguni jew tankers b'tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, mhumiex meħtieġa.

    Kummenti:

    Vagun ta' l-ekwipaġġ huwa tip ta' karavann li jintuża għax-xogħol mill-ekwipaġġ. Dan ikollu kamra għall-ekwipaġġ u jkun mgħammar b'tank/ Kontenitur mhux appovat għad-diesel maħsub biex iħaddem trakters tal-foresti.

    IR-RENJU UNIT

    RO-LT 15.1

    Suġġett: Il-qsim ta' toroq pubbliċi b'vetturi li jkunu jġorru merkanzija perikoluza (N8).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: l-Annessi A u B.

    Il-kontenut għall-Anness għad-Direttiva: Il-kriterji għalt-trasport ta' merkanzija perikoluza f'toroq pubbliċi.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Merkanzija perikoluza f'Toroq Pubbliċi 1996, Reg. 3 l-Iskeda 2(3)(b); ir-Regolamenti għalt-trasport ta' Splussivi fit-Triq 1996, Reg. 3(3)(b).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: It-twaqqif ta' l-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta' l-merkanzija perikoluza bejn propjetajiet privati separati minn triq.

    Kummenti: Sitwazzjoni bħal din tista' sseħħ faċilment fejn l-merkanzija ikunu trasferiti bejn propjetajiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta' triq. Dawn ma jkunux jikkostitwixxu it-trasport ta' merkanzija perikoluza fi triq pubblika fis-sens normali tal-kelma, u l-ebda waħda mid-disposizzjonijiet tar-regolamenti ta' l-merkanzija perikoluza m'għandhom ikunu japplikaw f'każ bħal dan.

    RO-LT 15.2

    Suġġett: L-eżenzjoni mill-projbizzjoni li xufier jew assistent ta' xufier jiftaħ kaxxi ta' merkanzija perikoluza f'katina ta' distribuzzjoni lokali minn ċentru ta' distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut s'għand l-utent (barra għall-Klassi 7) (N11).

    Referenza għall-Anness għad-Direttiva: 8.3.3.

    Il-kontenut ta' l-Anness għad-Direttiva: Il-projbizzjoni li xufier jew assistent ta' xufier jiftaħ kaxxi ta' merkanzija perikoluza.

    Referenza għal-leġislazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti tat-trasport ta' Merkanzija perikoluza fit-Triq 1996, Reg. 12(3).

    Il-kontenut tal-leġislazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta' ftuħ ta' pakki hija kwalifikata bil-kundizzjoni "Sakemm mhux awtorizzat biex jagħmel hekk mill-operatur tal-vettura '."

    Kummenti: Jekk dan jittieħed litteralment, il-mod kif inhi miktuba il-projbizzjoni fl-Anness tista' twassal biex ikun hemm problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

    --------------------------------------------------

    Top