Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0586

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Lulju 2003 dwar l-emenda tal-Parti I ta' l-Anness III ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni dwar iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi bla ħsara għall-ħtiġiet tal-viża fl-ajruporti.

ĠU L 198, 6.8.2003, pp. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/586/oj

32003D0586



Official Journal L 198 , 06/08/2003 P. 0015 - 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Lulju 2003

dwar l-emenda tal-Parti I ta' l-Anness III ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni dwar iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi bla ħsara għall-ħtiġiet tal-viża fl-ajruporti.

(2003/586/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddetaljati u proċeduri prattiċi fl-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viża [1],

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001/KE ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kummisjoni l-poteri ta' l-implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri [2],

Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Taljana,

Billi:

(1) Il-Parti I ta' l-Anness 3 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni fihom lista konġunta tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtiġiet tal-viża fl-ajruporti(ATV) mill-Istati Membri kollha.

(2) Ir-Repubblika Taljana tixtieq tillimita l-ħtieġa ta' viża tat-transitu bl-ajru liċ-ċittadini Eritreani li ma jkollhomx viża valida jew permess tar-residenza maħruġ mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea jew għal Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992, il-Kanada, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti ta' l-Amerika. L-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Manwal Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(3) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimaka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u marbuta biha u lanqas bla ħsara għall-applikazzjoni tagħha. Mogħti li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk timplimentahiex fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

(4) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwarda l-assoċjazjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [3], li jidħlu fiż-żona riferita fil-punt A ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE [4] tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti sabiex jiġi applikat dan il-Ftehim.

(5) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jeħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-19 ta' Mejju 2000 li tirrigwarda t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [5]; ir-Renju Unit għalhekk ma jeħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu.

(6) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma teħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tirrigwarda t-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [6]; l-Irlanda għalhekk ma teħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu.

(7) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew inkella għandu x'jaqsam miegħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-Nota (4) fil-qiegħ tal-paġna li għandha x'taqsam ma' l-Eritrea fil-Parti I fl-Anness 3 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Parti I ta' l-Anness 5a tal-Manwal Komuni għandha tinqara kif ġej:

"(4) Għall-Ġermanja u l-Italja

Biss meta ċ-ċittadini ma jkunux fil-pussess ta' viża valida jew permess tar-residenza għal Stat Membru fl-Unjoni Ewropea jew għal Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992, il-Kanada, l-Isvizzera jew l-Istati Uniti ta' l-Amerika."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2.

[2] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2.

[3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.

[4] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

[5] ĠU L 131, ta' l-1.6.2000, p. 43.

[6] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20.

--------------------------------------------------

Top