Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0524

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2002 li tistabilixxi l-Uffiċċju għall-infrastruttura u loġistika fil-Lussemburgu

ĠU L 183, 22.7.2003, pp. 40–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/524/oj

32003D0524



Official Journal L 183 , 22/07/2003 P. 0040 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta' Novembru 2002

li tistabilixxi l-Uffiċċju għall-infrastruttura u loġistika fil-Lussemburgu

(2003/524/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 20 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament tal-Kunsill applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [2], minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju", jipprovdi l-qafas għat-twaqqif ta' tip ġdid ta' uffiċċju amministrattiv.

(2) Il-linji ta' gwida tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 1999 għall-politika ta' esternalizzazzjoni [3] u l-White Paper dwar ir-riforma amministrattiva [4] issottolineat politika ta' esternalizzazzjoni ġdida bbażata fuq il-viżjoni ta' amministrazzjoni iffokata mill-ġdid u l-qalba tal-kompiti u attivitajiet tagħha.

(3) Ir-riżultati tal-analiżi meħuda mill-Grupp tal-Ippjanar u kordinazzjoni dwar l-Esternalizzazzjoni, wara li jittieħed kont tas-sitwazzjoni fil-Kummissjoni u b'livell inter-istituzzjonali fuq numru ta' oqsma, jissottolineaw il-vantaġġi ewlenin li l-ħolqien ta' l-uffiċċji tal-Kummissjoni jistgħu iġibu u l-oqsma fejn attenzjoni speċjali hi meħtieġa, bħal, per eżempju, il-ħtieġa li l-oprazzjonijiet fuq siti varji huma konsistenti u biex jiddefinixxu l-qies kritiku minimu ta' kull uffiċċju.

(4) It-tip ta' uffiċċju magħżul jikkonsisti f'entitajiet amministrattivi maħsuba biex jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet ta' dipartimenti tal-Kummissjoni oħra u/jew potenzalment ta' istutizzjonijiet tal-Komunità oħra.

(5) L-analiżi mwettqa iktar speċifikament fil-qasam tal-infrastruttura u loġistiċi tniżżel il-vantaġġi ta' għoti lil struttura waħda tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet li jinvolvu appoġġ amministrattiv. Dik l-istruttura hi partikolarment adattata biex tagħmel effiċjenti u l-użu ekonomiku tar-risorsi filwaqt li ttejjeb il-visibilità tas-servizzi provduti, tiffoka mill-ġdid responsabblitajiet operattivi effettivi u żżomm il-pass mal-ħtiġijiet u talbiet ta' l-utenti.

(6) Dan it-tip ta' uffiċċju jirrapreżenta għodda xierqa għal kisba ta' qabża mixtieqa għall-livell inter-istituzzjonali f'dan il-qasam, għal liema, istituzzjonijiet tal-Komunità oħra diġa' esprimew interess.

(7) Il-fatturi lokali speċifiċi li jitrattaw l-amministrazzjoni ta' xi aspetti tal-infrastruttura u loġisitiċi fil-Lussemburgu huma importanti. Sussegwentament, hu meħtieġ li jitwaqqaf Uffiċċju amministrattiv fil-Lussemburgu għall-infrastruttura u loġisitika li hu separat mill-Uffiċċju mwaqqaf fi Brussel.

(8) Bħala uffiċċju amministrattiv għall-Kummissjoni, hu essenzali li l-Uffiċċju jibqa' magħqud b'mod ċar mad-Direttorat-Ġenerali skond il-linji ta' gwida addottati mill-Kummissjoni fit-28 ta' Mejju 2002 [5]. Kif xieraq, għandu jkun maqgħqud mad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni.

(9) Il-kompiti u operazzjoni tal-Uffiċċju jeħtieġu jkunu definiti.

(10) Bi qbil mall-linji ta' gwida tal-Kummissjoni, kumitat amministrattiv għandu jistabbilixxi liema rwol ewlieni, taħt l-awtorità tal-Kulleġġ tal-Kummissjoni, ser ikun li jissorvelja l-attivitajiet tal-Uffiċċju, jiddefinixxi t-termini tiegħu u jiżgura li huma jkunu implimentati sew. Huwa għalhekk meħtieġ biex jiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Amministrattiv, skond il-linji ta' gwida, kif ukoll il-kompiti tiegħu u l-organizzazzjoni interna.

(11) Huwa meħtieġ li jfassal regoli għall-ħatra tal-impjegati tal-Uffiċċju u biex jiżgura li r-regoli u proċeduri li japplikaw għall-Uffiċċju huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

(12) Il-Kummissjoni trid tiddefinixxi, b'rispett għall-Uffiċċju, il-poteri mgħotija mir-Regolamenti tal-Impjegati dwar il-ħatra ta' awtorità u mill-Kondizzjonijiet tal-impieg u impjegati oħra dwar l-awtorità awtoriżżata biex tikkonkludi kuntratti.

(13) Prinċipji biex jirregolaw ir-responsabiltajiet tad-Direttur tal-Uffiċċju, kemm fir-relazzjoni ma' l-impjegati tal-Uffiċċju u għar-rigward l-attivitajiet tiegħu, għandhom jitfasslu.

(14) Id-Direttur ta' l-uffiċċju għandu jkun mitlub li jippreżenta lill-Kumitat Amministrattiv l-għanijiet tiegħu, kif ukoll ir-rapporti regolari li jirriżultaw u r-rapport amministrattiv annwali.

(15) Is-sejħa għall-ħtiġijiet finanzjarji għat-Titolu V tal-Parti Tnejn tar-Regolament Finanzjarju biex tapplika għall-Uffiċċju, skond il-prinċipju ġenerali li l-persuna responsabbli għan-negozjati titlob għal approprjazzjonijiet mal-Baġit tad-Direttorat Ġenerali għandu jkun l-uffiċjal awtoriżżat mid-delegazzjoni.

(16) Id-Direttorat-Ġenerali ma' liema l-Uffiċċju hu magħqud għandu jassisti l-Kumitat Amministrattiv, hu responsabbli għaż-żamma ta' kuntatti regolari ma' l-uffiċji kollha u jiżgura li t-tmexxija ta' uffiċji differenti hi konsistenti. Dan ir-rwol hu speċjalment importanti sabiex jiżgura li l-fażi transitorja timxi sew.

(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2002 tikkostitwixxi Ittra Supplimentari u ta' Emenda għall-abbozz tal-baġit preliminari tal-2003 u toħloq il-qafas tal-baġit għat-twaqqif tal-Uffiċċju,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

KAPITOLU I

JISTABILIXXI, GĦAN U KOMPITI, LOKALITÀ

Artikolu 1

Twaqqif tal-Uffiċċju

Uffiċċju għall-infrastruttura u loġistika fil-Lussemburgu, minn hawn ‘il quddiem "l-Uffiċċju", hu stabbilit.

Id-Direttorat Ġenerali li miegħu l-Uffiċċju hu magħqud ser ikun id-Direttorat Ġenerali għall-persunal u Amministrazzjoni.

L-Uffiċċju ser jiħaddem mill-1 ta' Jannar 2003.

Artikolu 2

Għan

1. L-Uffiċċju għandu jiżgura li l-attivitajiet kollha assoċjati mat-tqegħid fil-post tal-impjegati, l-amministrazzjoni tal-infrastruttura u l-loġistika tal-istituzzjoni tas-social welfare, kif imniżżel fl-Artikolu 3, huma mwettqa.

2. L-Uffiċċju għandu jaderixxi l-għan tiegħu skond ir-regoli amministrattivi fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3. Bi qbil, inkella fuq l-inizjattiva tad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni jew fuq proposta mill-Uffiċċju fi qbil mad-Direttorat-Ġenerali, il-Kummissjoni għandha taddotta regoli ġodda jew, kif xieraq, l-emendi meħtieġa.

Il-Kumitat Amministrattiv tal-Uffiċċju għandu jagħmel id-dettalji ta' dik il-proċedura flimkien mad-Direttorar-Ġenerali tal-Persunal u Amministrazzjoni.

4. L-Uffiċċju jista' bi qbil mat-talba ta', u f'isem, korp ieħor jew aġenzija stabbilita skond jew fuq il-bażi tat-Trattati u bl-assent tal-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 3

Kompiti

1. L-uffiċċju għandu jkun responsabbli, partikolarment, għar-rigward tas-siti tal-Lussemburgu, sabiex:

(a) jamministra x-xiri, kiri u manutenzjoni ta' propjeta' mobbli jew immobli tal-Kummissjoni flimkien ma' l-inventarji assoċjati u mistoqsijiet relatati mal-VAT;

(b) jorganiżża t-tneħħija ta' oġġetti u l-immaniġġjar tal-ispazju;

(ċ) jamministra:

(i) s-servizzi ta' trasport għall-impjegati u oġġetti għal għanijiet interni;

(ii) posta li tasal u li tintbagħt u t-tqassim intern ta' dokumenti għad-direttorati-ġenerali tal-Kummissjoni;

(iii) is-servizzi ta' riproduzzjoni;

(iv) provvisti ta' l-uffiċċju;

(d) jimplimenta regoli relatati mas-sigurtà fiżika tal-bini, fuq il-bażi tal-istruzzjonijiet tad-Direttorat tas-Sigurtà tad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni, u partikorment l-amminstrazzjoni tal-"kuntratt tas-sigurtà" (contrat gardiennage);

(e) jamministra l-faċilitajiet tas-social welfare għall-impjegati tal-Istituzzjonijiet tal-Komunità, bħal ristoranti, canteens self-service, ħwienet tal-persunal u ċentri tal-isport;

(f) jipprovdi servizzi għall-istituzzjonijiet li jkopru ċerti faċilitajiet ta' social welfare bħal servizzi ta' crèches u child minding wara l-iskola;

(g) jaddotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura qbil ma' l-implimentazzjonijiet tal-ħtiġijiet tas-saħħa u salvagwardja fil-bini tal-Kummissjoni.

2. L-uffiċċju jista' jwettaq servizzi oħra rimunerati skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 7(8).

Artikolu 4

Lokalità

L-uffiċċju ser ikun allokat fil-Lussemburgu.

KAPITOLU II

KUMITAT AMMINISTRATTIV

Artikolu 5

Termini ta' referenza

Il-Kumitat Amministrattiv għandu jaġixxi b'delegazzjoni mill-Kummissjoni, li għaliha ser ikun jirrispondi fit-termini tiegħu ta' referenza skond l-awtorità tal-membru fil-kariga tal-persunal u amministrazzjoni.

Artikolu 6

Kompożizzjoni

1. Il-Kumitat Amministrativ ser ikun jikkonsisti f':

(a) Is-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni;

(b) Id-Direttur-Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali tal-Persunal u Amministrazzjoni;

(ċ) id-Direttur-Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali tal-Baġit;

(d) id-Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Istatisitiċi;

(e) id-Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali għall-Komunitajiet Ewropej;

(f) żewġ rappreżentanti tal-impjegati;

(g) rappreżentant tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità.

2. Il-President tal-Kumitat Amministrattiv ser ikun id-Direttur-Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni.

3. Is-Segretarju-Ġenerali u kull Direttur-Ġenerali jista' jinnomina tibdil, fuq il-kondizzjoni li hu/hi huwa/hija uffiċjal ta' grad 1 A fl-istess servizz.

4. Iż-żewġ rappreżentanti tal-impjegati għandhom ikunu nominati mill-Kumitat tal-Impjegati. Huma m' għandhomx jieħdu sehem f'deċiżjonijiet li jittrattaw l-amministrazzjoni, organizzazzjoni jew operazzjoni tal-Uffiċċju, u ser ikunu intitolati biex jivvotaw fuq fatturi li jitrattaw l-infrastruttura tas-social welfare. Din id-dispożizzjoni għandha tkun bla preġudizzju għal proċeduri eżistenti għad-djalogu soċjali.

5. Ir-rappreżentant tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità għandu ikun nominat mill-Grupp tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni. Ir-rappreżentant jista' jivvota biss fuq fatturi amministrati inter-istituzzjonalment.

6. Il-Kumitat Amministrattiv jista' jistieden esperti biex jassisituh fit-twettieq tad-doveri tiegħu.

Artikolu 7

Doveri

1. Bi qbil fuq proposta mid-Direttur-Ġenerali tal-Uffiċċju, minn hawn ‘il quddiem "id-Direttur", il-Kumitat ta' Amministrazzjoni għandu japprova, skond il-proċeduri eżistenti fil-Kummissjoni, l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju.

2. Bi qbil fuq proposta mid-Direttur, il-Kumitat Amministrattiv għandu japprova r-regoli li jirregolaw il-ħidma u organizzazzjoni tal-Uffiċċju u jista', jekk meħtieġ, jipproponi emendi għal dawk ir-regoli, partikolarment biex jiżgura tħaddim konsistenti bejn l-Uffiċji amministrattivi li jirraportaw lid-Direttorat-Ġenerali għal Perunal u Amministrazzjoni.

3. Bi qbil fuq proposta mid-Direttur, il-Kumitat Amministrattiv ser iniżżel il-linji ta' gwida politiċi għall-attivitajiet tal-Uffiċċju.

4. Qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kumitat Amministrattiv ser jadotta l-programm tax-xogħol tad-Direttur. Il-programm tax-xogħol għandu jinkludi, partikolarment, il-qafas finanzjarju, il-kopertura ta' rapporti regolari u riżultati antiċipati (ibbażati fuq għanijiet operattivi u indikaturi tal-kompetenza). Il-Kumitat Amministrattiv jista' jagħmel aġġustamenti għad-dettalji tal-programm tax-xogħol.

5. Il-Kumitat Amministrattiv għandu japprova l-istimi tal-introjtu u spiża tal-Uffiċċju u kull aġġustament meħtieġ għall-pjan stabbilit.

6. Fl-ewwel kwart ta' kull sena, il-kumitat għandu jqajjem u jgħaddi lill-Kulleġġ tal-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu fuq l-attivitajiet kollha u dwar l-amministrazzjoni tal-Uffiċċju, fuq il-bażi ta' rapporti preżentati mid-Direttur skond l-Artikolu 13.

7. F'dak li għandhom x'jaqsmu l-proċeduri għal ħatra ta' amministratturi ta' grad għoli u amministraturi ta' grad medju, il-Kumitat Amministrattiv għandu jaġixxi bi qbil ma' l-Artikolu 14.

8. Il-Kumitat Amministrattiv għandu japprova t-tip ta' servizzi oħra rimunerati li l-Uffiċċju jista' jwettaq skond l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 3(2) u t-termini u l-kondizzjonijiet skond liema hu jista' jwettaqhom. Bi qbil fuq proposta mid-Direttur, il-Kumitat Amministrattiv għandu jistabilixxi t-tip ta', u r-rati ta' ħlas għal, servizzi li l-Uffiċċju jista' jwettaq għall-istituzzjonijiet, u l-allokazzjoni tal-introjti b'hekk miksuba fil-baġit tal-Uffiċċju.

9. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jiddeċiedi fuq kull fattur ta' prinċipju li jaffettwa l-ħidma tal-Uffiċċju mhux espressament provdut minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Organizzazzjonijiet interna

Il-Kumitat Amministrattiv għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. Dawk ir-regoli għandhom, partikolarment, ikopru s-suġġetti segwenti:

(a) laqgħat: il-frekwenza ta', u l-proċedura għat-tlaqqiegħ u organizzazzjoni tal-laqgħat;

(b) segretarjat: ir-rwol tiegħu u l-konnessjoni organizzattiva;

(ċ) regoli għal avvanzar ta' dokumenti.

Artikolu 9

Votazzjoni

Meta l-Kumitat Amministrattiv jieħu deċiżjoni, kull membru ntitolat biex jivvota ser ikollu vot wieħed. Fejn il-voti huma marbuta, il-President ser ikollu l-vot deċiżiv.

Id-deċiżjonijiet kollha ikunu meħuda minn maġġoranza sempliċi.

KAPITOLU III

ID-DIRETTUR

Artikolu 10

Ħatra

1. L-Uffiċċju għandu jkun amministrat mid-Direttur (grad A 1 jew A 2) maħtur mill-Kummissjoni wara li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (ACA) ikun ħareġ opinjoni favorevoli skond l-Artikolu 14(1).

2. Id-Direttur għandu jkun maħtur għal perjodu ta' tlett snin, li jistgħu ikunu estiżi għal perjodu iktar ta' mhux iktar minn sentejn.

3. Il-Kulleġġ tal-Kummissjoni jista' jiddeċiedi, wara li jikseb l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv, biex ineħħi lid-Direttur u jaħtar Direttur ad interim.

Artikolu 11

Poteri

Id-Direttur għandu jaħtar awtorità għall-Uffiċċju u l-awtorità awtoriżżata biex tikkonkludi kuntratti, skond ir-regoli fis-seħħ fil-Kummissjoni, fil-limiti tal-poteri mogħtija lilu jew lilha mill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Doveri

1. Qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena, id-Direttur irid jippreżenta lill-Kumitat Amministrattiv il-programm tax-xogħol tiegħu jew tagħha għas-sena li jmiss, il-kontenut ta' liema irid ikun approvat mill-Kumitat.

2. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mit-tmexxija sewwa ta' l-Uffiċċju. Fil-qasam tar-responsabilita' msemmija mill-Kulleġġ tal-Kummissjoni, hu jew hi għandu/ha j/taġixxi skond l-awtorità tal-Kulleġġ. Id-Direttur għandu jiżgura wkoll il-ħidma konsistenti ta' ċentri differenti tal-Uffiċċju. Id-Direttur għandu jirraporta lill-Kumitat Amministrattiv dwar il-qadi tad-dmirijiet tad-doveri tiegħu jew tagħha u għandu jissottometti magħhom kull suġġerimenti għal tmexxija sew tal-Uffiċċju.

3. Id-Direttur ser jissottometti il-proposti tiegħu jew tagħha lill-Kumitat Amministrattiv skond l-Artikolu 7(1), (2), (3) u (8).

4. Id-Direttur ser jinforma lil Kumitat Amministrattiv għal ħatriet skond l-Artikolu 14(3).

Artikolu 13

Rapportar

Id-Direttur għandu jippreżenta lil Kumitat Amministrattiv:

1. rapport ta' ħidma regolari, l-istruttura u frekwenza ta' liema għandu jkun stabbilit mill-Kumitat Amministrattiv;

2. rapport amministrattiv ta' kull sena fl-ewwel kwart tas-sena wara s-sena taħt reviżjoni, l-istruttura ta' liema għandha tkun stabbilita mill-Kumitat Amministrattiv.

KAPITOLU IV

IMPJEGATI TA' L-UFFIĊĊJU

Artikolu 14

Management ta' grad għoli jew medju

1. Bi qbil fuq proposta mill-Kumitat Amministrattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel avviż ta' impieg għal ħatra ta' Direttur tal-Uffiċċju. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jagħti l-opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-applikanti magħżula mill-ACA.

2. Qabel il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni finali tagħha, il-Kumitat Amministrattiv għandu joħroġ opinjoni dwar l-applikanti magħżula mill-ACA skond il-proċeduri applikabbli fil-Kummissjoni għal grad għoli (grad A 2) u medju (grad A 3) ta' impiegi amministrattivi.

3. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkun informat mid-Direttur bil-ħatriet għal impiegi amministrattivi medji oħra (gradi A 4 u A 5), li jridu jsiru skond ir-regoli u proċeduri fis-seħħ fil-Kummissjoni.

Artikolu 15

Proċeduri

1. Il-proċeduri amministrattivi kollha u prattiċitajiet li jitrattaw l-amministrazzjoni tal-impjegati għandhom jitwettqu fuq l-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk ta' l-uffiċjali u mpjegati oħra tal-Kummissjoni.

2. Skond l-Artikolu 4 tar-Regolamenti tal-Impjegati, impiegi vakanti fl-Uffiċċju għandhom ikunu notifikati lill-impjegati tal-istituzzjonijiet la darba l-awtorità li taħtar tiddeċiedi li l-impieg imtela.

3. Skond l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Impjegati, talbiet u lmenti li jitrattaw l-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lid-Direttur skond l-Artikolu 11 ta' din id-Deċiżjoni ser jingħataw lid-Direttorat-Ġenerali għall-Persunal u Amministrazzjoni. Kull appell f'dawn l-oqsma għandhom isiru kontra l-Kummissjoni kif deċiż.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 16

Fatturi finanzjarji

1. Titolu V tal-Parti Tnejn tar-Regolament Finanzjarju għandu japplika.

2. Bi qbil fuq proposta mill-Kumitat Amministrattiv, il-Kummissjoni għandha, għar-rigward l-approprjazzjonijiet tal-baġit biex isiru mill-Uffiċċju bħala parti mill-kompiti u ħidma tiegħu, jiddelega l-poteri ta' uffiċjal t'awtorizzazzjoni lid-Direttur u jwaqqaf il-limiti u l-kondizzjonijiet li japplikaw għal dik id-delegazzjoni ta' poteri.

KAPITOLU VI

KORDINAZZJONI U REVIŻJONI

Artikolu 17

Kordinazzjoni

1. It-twaqqif tal-unit ta' kordinazzjoni fid-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni ser ikollu dawn il-kompiti li ġejjin:

(a) jassisti l-Kumitat amministrattiv fil-preparazzjoni u wara l-laqgħat tiegħu u jassisti lill-president tal-Kumitat fl-immonitorjar regolari ta' relazzjonijiet mad-Direttur;

(b) jassisti lid-Direttur fit-twettieq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha, filwaqt li jirrispetta l-kompetenzi u prerogattivi ta' dan ta' l-aħħar, partikolarment li għandu x'jaqsam mad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni;

(ċ) jiżgura l-ħidma konsistenti tal-Uffiċċju b'relazzjoni ma' Uffiċji Amministrattivi oħra tad-Direttorat-Ġenerali għal Persunal u Amministrazzjoni u mal-bqija tal-Komunità, partikolarment għar-rigward l-organizzazzjoni tal-impjegati tagħhom u politika;

(d) jiżgura li r-regoli u prattiċi fis-seħħ fil-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-impjegati huma applikati b'konsistenza u l-istess fl-Uffiċċju.

2. Bħala parti mill-kompiti tiegħu, il-unit ta' kordinazzjoni ser jirraporta lill-Kumitat Amministrattiv fuq it-talba ta' dan tal-aħħar.

Artikolu 18

Reviżjoni

Il-President tal-Kumitat Amministrattiv għandu jipprovdi lill-Kulleġġ tal-Kummissjoni, skond l-awtorità tal-membru fil-kariga tal-perunal u amministrazzjoni, mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tat-tielet sena sħiħa ta' ħidma tal-Uffiċċju, b'analiżi komprensiva tal-Uffiċċju matul dak il-perjodu. Din l-analiżi tista' tinkludi proposti għal emendi ta' din id-DeċIżjoni fejn xieraq.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Nvembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Viċi-President

[1] ĠU L 308, 08.12.00, p. 26.

[2] ĠU L 248, 16.09.02, p. 1.

[3] SEC(1999) 2051, p. 7.

[4] KOM(2000) 200 finali.

[5] SEC(2002) 618 finali.

--------------------------------------------------

Top