Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0462

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2003 fuq l-iffirmar f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Ftehim ta’ Qafas fuq Programm Multilaterali Nukleari Ambjentali fil-Federazzjoni Russa u l-Protokoll tiegħu fuq Pretensjonijiet, Proċeduri Ġudizzjarji u Kumpens u l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni għan-nom tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim imsemmi hawn fuq u l-Protokoll tiegħu

ĠU L 155, 24.6.2003, pp. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/462/oj

Related international agreement
Related international agreement

32003D0462



Official Journal L 155 , 24/06/2003 P. 0035 - 0036


ID-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-19 ta’ Mejju 2003

fuq l-iffirmar f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Ftehim ta’ Qafas fuq Programm Multilaterali Nukleari Ambjentali fil-Federazzjoni Russa u l-Protokoll tiegħu fuq Pretensjonijiet, Proċeduri Ġudizzjarji u Kumpens u l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni għan-nom tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim imsemmi hawn fuq u l-Protokoll tiegħu

(2003/462/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a(3), t-tieni sentenza, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza misjuba fih,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu misjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni pparteċipat f’isem il-Komunità fin-negozjati fuq Ftehim ta’ Qafas fuq Programm Multilaterali Nukleari Ambjentali fil-Federazzjoni Russa (MNEPR) u Protokoll fuq Pretensjonijiet, Proċeduri Ġudizzjarji u Kumpens mal-Federazzjoni Russa.

(2) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkordinaw il-posizzjonijiet tagħhom qabel il-laqgħat tal-Kumitat MNEPR.

(3) Bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu, l-Ftehim u l-Protokoll tiegħu għandhom jiġu ffirmati għan-nom tal-Komunitajiet Ewropej.

(4) Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni tal-Ftehim u l-Protokoll tiegħu, għan-nom tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, għandha tkun approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Qafas fuq Programm Multilaterali Nukleari Ambjentali fil-Federazzjoni Russa u l-Protokoll tiegħu fuq Pretensjonijiet, Proċeduri Ġudizzjarji u Kumpens qiegħed hawnhekk jiġi approvat għan-nom tal-Komunitajiet Ewropej, bla ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-testi tal-Ftehim u tal-Protokoll huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta’ Qafas u l-Protokoll tiegħu qiegħed hawnhekk jiġi approvat.

Artikolu 3

Il-Kumissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Ftehim (Kumitat MNEPR).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawnhekk jiġi awtorizzat biex jinnomina l-persuna/persuni mogħtija s-setgħa biex jiffirmaw, għan-nom tal-Komunità, il-Ftehim ta’ Qafas u l-Protokoll tiegħu, bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 5

Il-Ftehim u l-Protokoll tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mid-data ta’ l-iffirmar tiegħu, sad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Mejju 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

--------------------------------------------------

Top