EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0250

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’April 2003 li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li ġejjin mir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’Isfel (imniżżla fid-dokument numru K(2003) 1185)

ĠU L 93, 10.4.2003, p. 36–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/04/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/250/oj

32003D0250



Official Journal L 093 , 10/04/2003 P. 0036 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-9 ta’April 2003

li tawtorizza l-Istati Membri biex jipprovdu għal derogi temporanji minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li ġejjin mir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’Isfel

(imniżżla fid-dokument numru K(2003) 1185)

(2003/250/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri ta’ protezzjoni kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa fil-Komunità [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummisjoni 2003/22/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba magħmula minn Franza,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 2000/29/KE, xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li joriġinaw f’pajjiżi mhux Ewropej, minbarra pajjiżi tal-Mediterran, l-Awstralja, in-New Zealand, il-Kanada u l-istati kontinentali tal-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ma jkunux fil-prinċipju introdotti fil-Komunità. Madankollu, dik id-Direttiva tippermetti derogi minn dik ir-regola, iżda jrid ikun stabbilit li m’hemmx riskju ta’ tifrix ta’ organiżmi perikolużi.

(2) Fir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’Isfel, il-multiplikazzjoni ta’ l-ixtieli tal-Fragaria L., maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, minn pjanti provduti minn Stat Membru, ġiet prattika stabbilita. Il-pjanti prodotti huma wara esportati lejn il-Komunità biex jiġu mħawwla għal produzzjoni tal-frott.

(3) Bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/488/KE [3], 98/432/KE [4] u 1999/383/KE [5], derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE rigward xtieli tal-Fragaria L., maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li oriġinaw mir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel ġew awtorizzati għal perjodi limitati u suġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(4) Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw dawn id-derogi għadhom validi, u m’hemm l-ebda informazzjoni ġdida li joħolqu kawża għal reviżjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi.

(5) L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati biex jipprovdu għal derogi, għal ċerti perjodi limitati u suġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(6) Dik l-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti derogi għandha tkun imtemma jekk jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni m’humiex biżżejjed biex ma jħallux l-introduzzjoni ta’ organiżmi perikolużi fil-Kommunità jew ma ġewx imħarsa.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma awtorizzati biex jipprovdu għal derogi mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, rigward il-projbizzjonijiet li huma msemmija fil-punt 18 tal-Parti A ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva għal xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-pjanti).

L-awtorizzazzjoni biex jipprovdu derogi, kif previst fil-paragrafu 1 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-awtorizzazzjoni), għandha tkun suġġetta, barra għal kondizzjonijiet imsemmija fl-Annessi I, II u IV mad-Direttiva 2000/29/KE, għall-kondizzjonijiet previsti fl-Anness, u għandhom jiġu applikati biss għall-pjanti li jiġu introdotti fil-Komunità, fil-perjodi minn:

(a) l-1 ta’ Ġunju 2003 sat-30 ta’ Settembru 2003;

(b) l-1 ta’ Ġunju 2004 sat-30 ta’ Settembru 2004;

(ċ) l-1 ta’ Ġunju 2005 sat-30 ta’ Settembru 2005; u

(d) l-1 ta’ Ġunju 2006 sat-30 Settembru 2006.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra, qabel it-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ l-importazzjoni:

(a) bl-informazzjoni fuq il-kwantitajiet ta’ pjanti importati skond din id-Deċiżjoni; u

(b) b’rapport tekniku ddettaljat ta’ l-ispezzjonijiet uffiċjali u ttestjar imsemmija fil-punt 5 ta’ l-Anness.

Kull Stat Membru fejn il-pjanti huma sussegwentement imħawwla wara l-importazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu wkoll ‘il-Kummissjoni u Stati Membri oħra, qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara l-importazzjoni, b’rapport tekniku ddettaljat ta’ l-ispezzjonijiet u ttestjar imsemmija fil-punt 8 ta’ l-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kunsinni kollha introdotti fit-terittorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li sussegwentement instabu li ma jħarsux din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 9 t’April 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1.

[2] ĠU L 78, tal-25.3.2003, p. 10.

[3] ĠU L 208, tat-2.8.1997, p. 49.

[4] ĠU L 192, tat-8.7.1998, p. 16.

[5] ĠU L 146, tal-11.6.1999, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal xtieli tal-frawli (Fragaria L.), maħsuba għal tħawwil, minbarra żrieragħ, li joriġinaw mir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel li jibbenefikaw mid-derogi msemmija f’Arikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni

1. Il-pjanti għandhom ikunu maħsuba għall-produzzjoni tal-frott fil-Komunità u għandhom ikunu:

(a) prodotti esklussivament mill-pjanti omm, li ġew impurtati minn Stati Membri u ċċertifikati skond skema ta’ ċertifikazzjoni approvata ta’ Stat Membru;

(b) imkabbra fuq art li hi:

- mibnija fid-distrett Elliot fin-North Eastern Cape Region,

- mibnija f’żona iżolata mill-produzzjoni kummerċjali tal-frawli,

- mibnija mill-inqas kilometru mill-eqreb wiċċ tar-raba ta’ xtieli tal-frawli mkabbra għal frott jew għal produzzjoni tax-xitla li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni,

- mibnija mill-inqas 200 metru minn kull pjanta oħra tal-ġenus Fragaria L. li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, u

- kienet, sussegwentement għat-tneħħija ta’ l-uċuħ tar-raba ta’ qabel u qabel it-tħawwil tal-pjanti, jew uffiċjalment ittestjata għal metodi xierqa u murija li kienet ħielsa minn organiżmi perikolużi u li jinfettaw il-ħamrija li jinkludu Globodera pallida (Stone) Behrens u Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens, jew ittrattata biex ikun żgur li kienet ħielsa minn dawk l-organiżmi;

(ċ) uffiċjalment spezzjonati mis-Servizz għall-Protezzjoni tal-Pjanti tar-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel, minn ta’ l-inqas tliet darbiet matul l-istaġun tat-tkabbir u ukoll qabel l-esportazzjoni għall-preżenza ta’ l-organiżmi perikolużi mniżżla fil-parti A ta’ l-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/29/KE, b’mod partikolari:

- Aphelenchoïdes besseyi Christie,

- Arabis mosaic virus,

- Colletotrichum acutatum Simmonds,

- Globodera pallida (Stone) Behrens,

- Globodera rostochiensis (Wollenweber) Behrens,

- Naupactus leucoloma (Boheman),

- virus li jkemmex ‘il-frawli,

- virus li jagħti lewn isfar fit-tarf tal-frawli,

- Xiphinema americanum Cobb sensu lato (populazzjonijiet mhux Ewropej);

u kull organiżmu perikoluż ieħor li mhux magħruf li jseħħ fil-Komunità bħal:

- Eremnus setulosus (Boheman),

- Heteronychus arator (Fabricius),

u f’kull okkażjoni nstabu ħielsa minn kull organiżmu;

(d) qabel l-esportazzjoni:

- mfarfrin minn ħamrija jew sustanzi li jikbru oħra,

- imnaddaf (fi kliem ieħor ħieles minn kumulu tal-pjanti) u ħieles minn fjuri u frott.

2. Il-pjanti għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju maħruġ mir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel skond l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, fuq il-bażi ta’ l-eżaminazzjoni stabbilita hemm.

Iċ-ċertifikat għandu juri:

- taħt ir-rubrika "Disinfestazzjoni u/jew trattament għal disinfezzjoni", l-ispeċifikazzjoni ta’ l-aħħar trattament applikat qabel l-esportazzjoni,

- taħt "Dikjarazzjoni Addizjonali", l-indikazzjoni "Din il-kunsinna tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/250/KE", kif ukoll l-isem tal-varjetà u l-iskema taċ-ċertifikazzjoni ta’ l-Istat Membru taħt liema l-pjanti oriġinali ġew iċċertifikati.

3. Il-pjanti għandhom jiġu introdotti minn punti ta’ dħul innominati għall-għan ta’ l-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri fejn jinsabu.

Dawn il-punti ta’ dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli msemmi fid-Direttiva 2000/29/KE li jieħu ħsieb kull punt ta’ dħul għandu jkun innotifikat biżżejjed bil-quddiem mill-Istati Membri għall-Kummissjoni u għandhom ikunu disponibbli fuq talba għall-Istati Membri l-oħra.

Fejn l-introduzzjoni tal-pjanti fil-Komunità sseħħ fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru li qiegħed jagħmel użu mill-awtorizzazzjoni, il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri għall-introduzzjoni għandhom jinformaw u jikkooperaw mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri li qiegħdin jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni biex jiżguraw li din id-Deċiżjoni qed tkun imħarsa.

4. Qabel l-introduzzjoni tal-pjanti fil-Komunità, l-importatur għandu jkun uffiċjalment informat bil-kondizzjonijiet imniżżla fil-punti 1 sa’ 6.

L-istess importatur għandu jinnotifika dettalji ta’ kull introduzzjoni biżżejjed bil-quddiem lill-korpi uffiċjali responsabbli mill-Istati Membri għall-introduzzjoni u jindika dan li ġej:

- it-tip ta’ materjal,

- il-kwantità ta’ pjanti,

- id-data maħsuba għal introduzzjoni fil-Komunità,

- il-punt ta’ dħul maħsub fil-Komunità,

- l-isem, l-indirizzi u l-lokalitajiet fejn il-pjanti se jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinħarġu r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fil-punt 5 jew tal-postijiet imsemmija fil-punt 6 fejn il-pjanti se jkunu mħawwla wara li jkunu għaddew mill-ispezzjonijiet u l-ittestjar imsemmija fil-punt 5.

L-importatur għandu jinforma lill-korpi uffiċjali responsabbli b’kull bidla fid-dettalji msemmija f’dan il-punt hekk kif ikunu magħrufa.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummisjoni bid-dettalji msemmija f’dan il-punt, u b’kull bidla fihom mingħajr dewmien..

Minn ta’ l-inqas ġimgħatejn qabel id-data meta l-pjanti jiġu mċaqalqa mill-bini fejn qegħdin miżmuma, l-importatur għandu jinnotifika lill-korp uffiċjali responsabbli tal-bini msemmija fil-punt 6 fejn il-pjanti se jiġu mħawwla.

5. L-ispezzjonijiet li jinkludu ttestjar, kif xieraq, mitluba skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE u skond punt 8 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom isiru mill-korpi uffiċjali responsabbli fl-Istati Membri li qegħdin jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni, u fejn approprjat, f’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri fejn il-pjanti se jiġu mħawwla.

Matul dawn l-ispezzjonijiet, Stat(i) Membru(/i) għandhom jispezzjonaw ukoll, u fejn approprjat, jittestjaw għal organiżmi perikolużi msemmija fil-punt 1(c). Kull sejba ta’ dawn l-organiżmi perikolużi għandha tkun immedjatament notifikata lill-Kummisjoni. Azzjoni xierqa għandha tittieħed biex jiġu meqruda l-organiżmi perikolużi u fejn xieraq il-pjanti konċernati.

Mingħajr preġudizzju għall-osservazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi sa’ liema limitu l-ispezzjonijiet imsemmija f’dak l-inċiż għandhom ikunu integrati fil-programm ta’ spezzjoni skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 21(5) ta’ dik id-Direttiva.

6. Il-pjanti għandhom jitħawlu biss f’bini reġistrati uffiċjalment u approvati bl-iskop ta’ awtorizzazzjoni.

Il-persuna li għandha ħsieb li tħawwel il-pjanti għandha tinnotifika bil-quddiem il-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l- Istati Membri fejn jinstabu l-bini bl-isem u l-indirizz tas-sid ta’ dan il-bini.

Fejn il-post ta’ tħawwil jinstab fi Stat Membru barra Stat Membru li jagħmel użu mill-awtorizzazzjoni, l-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri li jużaw l-awtorizzazzjoni għandu jinforma l-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri fejn il-pjanti se jiġu mħawwla bl-isem u l-indirizz tal-bini fejn il-pjanti se jiġu mħawwla. Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-mument ta’ l-irċevuta tan-notifikazzjoni bil-quddiem mill-importatur kif imsemmi fil-punt 4.

7. Il-korpi uffiċjali responsabbli għandhom jiżguraw li kull pjanta li ma tiġix imħawwla skond punt 6 tiġi distrutta taħt il-kontroll tagħhom..

Għandu jinżamm reġistrazzjoni tan-numru ta’ dawn il-pjanti meqruda u jkun disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba.

8. Fil-perjodu tat-tkabbir wara l-importazzjoni, proporzjon biżżejjed tal-pjanti għandu jiġi viżwalment spezzjonat mill-korpi uffiċjali responsabbli mill-Istati Membri fejn il-pjanti jiġu mħawwla, fil-ħinijiet xierqa, fil-bini imsemmija fil-punt 6, għall-preżenza, sinjali jew sintomi ta’ organiżmi peirkolużi. B’riżultat ta’ dik l-ispezzjoni viżwali, kull organiżmu perikoluż li għandu sinjali jew sintomi miġjuba għandu jkun identifikat bi proċedura ta’ ttestjar xierqa. Kull pjanta li ma nstabitx ħielsa waqt l-ispezzjonijiet jew l-ittestjar imsemmija, minn organiżmi perikolużi msemmija fil-punt (1)(c) għandha tiġi meqruda immedjatament taħt il-kontroll tal-korpi uffiċjali responsabbli. Il-Kummisjoni għandha tkun innotifikata immedjatament b’dan.

--------------------------------------------------

Top