This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0056
2003/56/EC: Commission Decision of 24 January 2003 on health certificates for the importation of live animals and animal products from New Zealand (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2003) 326)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali minn New Zealand (notifikata taħt id-dokument numru K (2003) 326)Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali minn New Zealand (notifikata taħt id-dokument numru K (2003) 326)Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 22, 25.1.2003, p. 38–60
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/10/2015; Imħassar b' 32015D1901
Official Journal L 022 , 25/01/2003 P. 0038 - 0060
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Jannar 2003 dwar ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali minn New Zealand (notifikata taħt id-dokument numru K (2003) 326) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2003/56/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunisll 97/132/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti ta' annimali [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2002/957/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, ovini u kaprini u ħnieżer, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2) tiegħu, u d-disposizzjonijiet korripondenti tad-Direttivi l-oħra li jistabbilixxu kondizzjonijiet sanitarji u mudelli ta' ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali minn pajjiżi terzi, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tipprovdi għall-adozzjoni ta' garanziji għall-importazzjoni ta' laħam frisk u prodotti bażati fuq il-laħam minn New Zealand ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE. (2) L-Anness V mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f'annimali ħajjin u prodotti ta' annimali (il-Ftehim) jistabbilixxi l-miżuri ta' saħħa pubblika u saħħa ta' annimali għal-laħam frisk u prodotti bbażati fuq il-laħam u għal ċerti prodotti ta' annimali oħra minn New Zealand li għalihom ġiet iddeterminata l-ekwivalenza. (3) Bid-Deċiżjoni 2002/957/KE tiegħu li temenda l-Annessi V u VII mal-Ftehim, il-Kunsill iddetermina l-ekwivalenza tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni għal-laħam frisk u prodotti bażati fuq il-laħam u għal ċerti prodotti ta' annimali oħra minn New Zealand. Ekwivalenza tali għandha tkun implimentata billi jkunu preskritti l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa uffiċjali biex jippermettu l-importazzjoni ta' dawk il-prodotti fuq dik il-bażi. (4) Taħt l-Anness VII mal-Ftehim, l-ekwivalenza sħiħa tal-miżuri hija l-ekwivalenza tal-miżuri tas-saħħa ta' l-annimali u/jew saħħa pubblika kif jixraq u tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni mhux koperti mil-Ftehim. (5) L-Anness VII mal-Ftehim jipprovdi l-mudell għal attestazzjonijiet ta' saħħa li għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikat ta' saħħa uffiċjali għal annimali ħajjin u prodotti ta' annimali li fuqhom tkun inqablet ekwivalenza sħiħa ta' miżuri. (6) Ekwivalenza sħiħa kienet iddeterminata għal ċerti prodotti ta' l-annimali rigward saħħa ta' l-annimali u saħħa pubblika u sistemi ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, ekwivalenza sħiħa għal prodotti ta' annimali oħra kienet iddeterminata biss jew għal miżuri ta' saħħa ta' l-annimali jew ta' saħħa pubblika u għal sistemi ta' ċertifikazzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ li jinżammu mudelli diversi ta' ċertifikati tas-saħħa uffiċjali. Dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa uffiċjali għandhom jissostitwixxu lil dawk preskritti skond il-leġislazzjoni Komunitarja għall-importazzjoni ta' prodotti ta' l-annimali relevanti minn New Zealand. (7) Għal prodotti ta' l-annimali oħra u għal annimali ħajjin ekwivalenza sħiħa ma ġietx iddeterminata. Għal dawk il-prodotti ta' l-annimali u għal annimali ħajjin, l-importazzjoni għandha tkun permessa fuq il-bażi ta' ċertifikati tas-saħħa uffiċjali skond il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti jew il-kondizzjonijiet tas-saħħa nazzjonali prevalenti ta' l-Istat Membru sakemm tkun pendenti l-adozzjoni ta' kondizzjonijiet armonizzati ta' importazzjoni. (8) Kif jipprovdi l-Anness V mal-Ftehim, il-garanziji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-annimali maħsuba għal ċerti Stati Membri, għandhom ikunu provduti minn New Zealand fl-għamla ta' dikjarazzjoni li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali. Id-dikjarazzjoni addizzjonali dwar l-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu għandha wkoll tkun ipprovduta minn New Zealand għall-oriġini ta' ċerti prodotti ta' l-annimali. (9) Kif jipprovdi l-Anness VII ma' dan il-Ftehim, iċ-ċertifikazzjoni għal kunsinni ta' komoditajiet li fuqhom kienet maqbula ekwivalenza sħiħa tista' tinħareġ wara t-tluq tal-kunsinna minn New Zealand taħt ċerti kondizzjonijiet. (10) Kif jipprovdi l-Anness VII ma' dan il-Ftehim iċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali għandu jinħareġ bl-Ingliż kif ukoll f'waħda mil-lingwi ta' l-Istat Membru tal-wasla (fejn tasal il-kunsinna). (11) Huwa wkoll xieraq li jkunu stabbiliti għal New Zealand ċerti rekwiżiti addizzjonali oħra ta' ċertifikazzjoni. (12) Prodotti ta' l-annimali importati fi New Zealand u sussegwentement esportati lejn il-Komunità wara ħażna u pproċessar mill-ġdid fi New Zealand, għandhom jikkonformaw mar-regoli Komunitarji konnessi ma' dawk il-prodotti. Ċertifikat tas-saħħa uffiċjali għandu għalhekk ikun stabbilit għal dawk il-prodotti. (13) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/119/KE tat-22 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali fil-ħin tal-qtil jew qatla [5] tipprovdi li ċertifikati tas-saħħa uffiċjali għal-laħam għandhom ikunu ssupplimentati b'attestazzjoni li tiċċertifika li ċerti annimali li tirreferi għalihom dik id-Direttiva nqatlu taħt kondizzjonijiet li joffru garanziji ta' trattament uman ekwivalenti għall-inqas għal dawk li tipprovdi għalihom dik id-Direttiva. Din l-attestazzjoni għandha tkun inkluża fil-mudelli korrispondenti taċ-ċertifikati tas-saħħa uffiċjali. (14) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/131/CE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali [6] approvat ftehim fl-għamla ta' skambu ta' ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, li bih, sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-kondizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni applikabbli mill-31 ta' Diċembru 1996 għandhom jissoktaw japplikaw. Huwa għalhekk meħtieġ li d-Deċiżjoni 80/805/KE tal-25 ta' Lulju 1980 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' laħam frisk minn New Zealand [7] tkun irrevokata, u jkun żgurat li d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni tikkorrispondi mad-data li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ. (15) Biex tkun iffaċilitata bidla għal-lixx miċ-ċertifikati tas-saħħa ufficjali eżistenti, għandha ssir disposizzjoni għal perjodu transizzjonali. (16) Il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni minn New Zealand ta' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali, miġjuba fl-Anness I, bil-kondizzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni li jirreferi għalihom dak l-Anness, u fejn meħtieġ, ikunu akkompanjati b'ċertfikat tas-saħħa uffiċjali maħruġ qabel it-tluq tal-kunsinna minn New Zealand, skond wieħed mill-mudelli li ġejjin: (a) fejn ekwivalenza kienet stabbilita, il-mudell li jirreferi għalih l-Anness I kif miġjub fl-Annessi II sa V; (b) f'każijiet oħra, il-mudelli miġjuba fl-Annessi ma' l-atti li jirreferi għalihom l-Anness I. 2. Iċ-ċertifikat(i) tas-saħħa uffiċjali għall-annimali ħajjin u prodotti ta' annimali li jirreferi għalihom l-Anness VI għandu jkollu(jkollhom) id-dikjarazzjoni(ijiet) addizzjonali li jirreferi għaliha(hom) dak l-Anness fejn l-Istat Membru ta' destinazzjoni tal-kunsinna jkun il-Finlandja jew l-Isvezja. 3. Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, ċertifikati tas-saħħa uffiċjali maħruġa skond il-mudelli miġjuba fl-Anness II sa V jistgħu jinħarġu wara t-tluq tal-kunsinna minn New Zealand bil-kondizzjoni li: (a) ikunu disponibbli mal-wasla fil-post ta' spezzjoni fil-konfini; u (b) l-uffiċjal li jiċċertifika jkun iddikjara bil-miktub li jkun iċċertifika l-kunsinna fuq il-bażi tad-dokument(i) ta' eliġibilità ta' New Zealand, li kienu aċċertati minnu jew minnha u li kienu nħarġu qabel it-tluq tal-kunsinna. 4. Sakemm tkun pendenti l-adozzjoni ta' regoli ta' importazzjoni armonizzati r-rekwiżiti tas-saħħa nazzjonali prevalenti fi Stati Membri għandhom jibqgħu applikabbli għal annimali ħajjin u prodotti ta' annimali fejn hekk jissemma' fl-Anness I. Artikolu 2 Fejn il-kunsinna tkun ippreżentata għal spezzjoni veterinarja, iċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali għandu jkun ipprovdut fil-lingwa Ingliża kif ukoll f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih ikun qiegħed il-post ta' spezzjoni fil-konfini fejn il-kunsinna tkun ippreżentata. Artikolu 3 Iċ-ċertifikat(i) tas-saħħa uffiċjali għall-prodotti ta' l-annimali elenkati fl-Anness I għandu jkollu(hom) dikjarazzjoni(jiet) addizzjonali deskritta(i) fl-Anness VI fejn kienu importati minn pajjiż terz fi New Zealand u jkunu sussegwentement esportati lejn il-Komunità. Artikolu 4 Għal perjodu transizzjonali li ma jeċċedix id-90 jum mid-data ta' l-applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni, Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali miġjubin fl-Anness I taħt il-mudelli ta' ċertifikati applikabbli qabel. Artikolu 5 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/805/KEE hija rrevokata. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2003. Artikolu 7 Dan id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Jannar 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 57, tas-26.2.1997, pġ. 4. [2] ĠU L 333, ta’ l-10.12.2002, pġ. 13. [3] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 24. [4] ĠU L 198, tal-21.7.2001, pġ. 11. [5] ĠU L 340, tal-31.12.1993, pġ. 21. [6] ĠU L 57, tas-26.2.1997, pġ. 1. [7] ĠU L 236, tad-9.9.1980, pġ. 28. -------------------------------------------------- ANNESS I ĊERTIFIKATI, DIKJARAZZJONIJIET U GARANZIJI ADDIZZJONALI AN Numru Assenjat (numru li huwa arbitrarjament assenjat għal komodita partikolari u, bħala tali, għandu jidher fuq iċ-ċertifikat) Direzzjoni Kif deskritta fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE [1] N/A Mhux applikabbli Prodotti oħra Kif iddefiniti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [2] PNHC Kondizzjonijiet tas-saħħa nazzjonali prevalenti ta' l-Istat(i) Membru(i) skond il-liġi tal-KE [3] () Ir-referenza għal-leġislazzjoni tinkludi l-emendi sussegwenti kollha. Komodità | Idderivati minn/Speċi/Għamla | AN | Ċertifikazzjoni | | | Saħħa ta' l-annimal | Saħħa pubblika | Kondizzjonijiet speċjali | 1.Animali ħajjin | Equidae | | | | —Ammissjoni temporanja | 1.1 | Deċiżjoni tal-92/260/KEE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | —Dħul mill-ġdid | 1.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | —Għall-qtil | 1.3 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | —Importazzjoni permanenti ta' equidae rreġistrati u għat-tnissil ta' l-equidae - u produzzjoni | 1.4 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | —Transitu | 1.5 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Frat | 1.6 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/199/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Nagħaġ/mogħoż | 1.7 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/198/KEE | Mhux applikabbli | | Ċriev | 1.8 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Ħnieżer koperti mid-Direttiva 64/432/KEE | 1.9 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni2002/199/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Klieb u qtates | 1.10 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Inmsa, minks u volpijiet | 1.11 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Liebri u fniek | 1.12 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Annimali għall-akwakultura (e.g. ħut) u gameti | 1.13 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE | Mhux applikabbli | | Naħal | 1.14 | Deċiżjonital-Kummissjoni 2000/462/ | Mhux applikabbli | | Xadini | 1.15 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/EEC) | Mhux applikabbli | | Psitacidae u għasafar oħra | 1.16 | Deċiżjonital-Kummissjoni KE 2000/666/ | | | Annimali għal zoos, wirjiet | 1.17 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | 2.Tjur ħajjin u bajd li jfaqqsu | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 90/539/EEC | 2.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/482/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Ratites | 2.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/751/KE | Mhux applikabbli | | SPF bajd | 2.3 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/393/KE | Mhux applikabbli | | 3.Semen | Frat | 3.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/577/KE | Mhux applikabbli | Kondizzjonijie speċjali | Nagħaġ/mogħoż | 3.2 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE | Mhux applikabbli | | Ħnieżer | 3.3 | Deċiżjonital-Kunsill 2002/613/ | Mhux applikabbli | | Klieb | 3.4 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Ċerv | 3.5 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | 4.Semen, ambriji u ova ekwini | Semen ekwina | 4.1 | Commission Decision 96/539/EC | Mhux applikabbli | | Embriji u ova ekwini | 4.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/540/KE | Mhux applikabbli | | 5.Embriji | Frat | 5.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/471/KEE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina | Nagħaġ/mogħoż | 5.2 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Ħnieżer | 5.3 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | Ċriev | 5.4 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) | Mhux applikabbli | | 6.Laħam friskinkluż demm/għadam/xaħam (frisk) mhux ipproċessat għall-konsum uman, preparazzjonijiet tal-laħam u ikkapuljat tal-laħam idderivati minn laħam frisk | Laħam frisk inkluż demm/għadam/xaħam (frisk) mhux ipproċessat għall-konsum uman Annimali li jixtarru, Equidae, ħnieżer | 6.1 | Anness II | Anness II | Anness VII (għal kunsinni għall-Isvezja/il-Finlandja) Dikjarazzjoni TSE addizzjonali Regolament (KE) Nru 1999/2001 kif emendat | Preparazzjonijiet tal-laħam, ikkapuljat tal-laħam idderivati minn laħam frisk Annimali li jixtarru, Equidae, ħnieżer | 6.2 | Anness II | Anness II | Iffriżat biss Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) No 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 7.Laħam tat-tjur frisk | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE | 7.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/712/KE | Annex VII (għal kunsinni għall-Isvezja/il-Finlandja) | Preparazzjonijiet tal-laħam | 7.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | | 8.Prodotti tal-laħam | Laħam frisk — laħam aħmar (annimali li jixtarru/żwiemel), ħnieżer | 8.1 | Anness II | Anness II | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | Laħam frisk— Tjur | 8.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/41/KE | | Laħam tas-selvaġġina, imrobbija | | | | | —Majjali, ċriev, fniek | 8.3 | Anness II | Anness II | | —Mammiferi oħra li jgħixu fuq l-art | 8.4 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/EC | Anness V | | —Bir-rix | 8.5 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/221/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/41/KE | | 9.Laħam tal-kaċċa mansa | Annimali li jixtarru, fniek, ħnieżer | Laħam frisk | 9.1.1 | Anness II | Anness II | | Preparazzjonijiet tal-laħam | 9.1.2 | Anness II | Anness II | Iffriżat biss | Mammali ta' l-art oħra | Laħam frisk | 9.2.1 | Anness II | Anness II | | Preparazzjonijiet tal-laħam | 9.2.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | Anness V | Iffriżat biss | Bir-rix | Laħam frisk | 9.3.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | | Preparazzjonijiet tal-laħam | 9.3.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | | 10.Laħam tal-kaċċa selvaġġa | Annimali li jixtarru, fniek, ħnieżer | Laħa frisk, eskluż il-ġewwieni | 10.1.1 | Anness II | Anness II | Timbru pentagonali għall-kaċċa selvaġġa By plane jew imqaxxar u evixxerat | Preparazzjonijiet tal-laħam | 10.1.2 | Anness II | Anness II | Iffriżat biss | Mammali selvaġġi ta' l-art oħra | Laħam frisk, eskluż il-ġewwieni | 10.2.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | Anness V | Timbru pentagonali għall-kaċċa selvaġġa | Preparazzjonijiet tal-laħam | 10.2.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE | Anness V | Iffriżat biss | Bir-rix | Laħam frisk, eskluż il-ġewwieni | 10.3.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE | | Preparazzjonijiet tal-laħam | 10.3.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE | | 11.Prodotti tas-sajd għall-konsum uman (eskluż ħaj) | Prodott marini slavaġ, akkwakultura, ta' l-ilma ħelu slavaġ | | | | | —Finfish | 11.1 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura) | —Molluski bivalvi (imrobbija 'l fuq minn qiegħ il-baħar) | 11.2 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura) | —Molluski Bivalvi (imrobbija fuq qiegħ il-baħar) | 11.3 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura) | —Molluski oħra | 11.4 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura) | —Ekinodermi, tunikati, gastropodi | 11.5 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura) | —Krustaċji | 11.6 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina (akwakultura uilma ħelu slavaġ ) | —Bajd/Roes | 11.7 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/448/KE | | 12.Ħut ħaj, molluski, krustaċji, inkluż bajd u gameti | Għal konsum | | | | | —Molluski bivalvi (imrobbija fuq qiegħ il-baħar) | 12.1 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/KE | | —Molluski bivalvi (imrobbija taħt qiegħ il-baħar) | 12.2 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/KE | | —Molluski oħra | 12.3 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/KE | | —Ekinodermi, tunikati, gastropodi marini | 12.4 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/EC | | —Krustaċji, finfish u annimali akwatiċi oħra ħajjin | 12.5 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/333/KE | | għat-tnissil, trobbija, tkabbir, relaying (molluski) | | | | | —Crassostrea gigas | 12.6 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/352/KE | Mhux applikabbli | | —Speċi oħra | 12.7 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill Directive 91/67/KEE) | Mhux applikabbli | | 13.Ħalib u prodotti tal-ħalib għall-konsum uman — prodotti oħra kif iddefiniti fid-Direttiva 77/99/KEE | Pasturizzat (frat inklużi buflu, nagħaġ, mogħoż) | 13.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/343/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/333/KE | | Mhux pasturizzat (frat inklużi buflu, nagħaġ, mogħoż) -thermised biss i.e. 62 °C | 13.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/343/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/333/KE | | Ħalib nej (frat inklużu buflu, nagħaġ, mogħoż) | 13.3 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/343/KE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/333/KE | | 14.Ħalib u prodotti tal-ħalib mhux għall-konsum uman | Pasturizzat, UHT nagħaġ, mogħoż) sterilizzar (frat inkluż buflu, | 14.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/341/KE | Mhux applikabbli | | Kolostru u ħalib mhux pasturizzat u ħalib għal użu farmaċewtiku (frat inklużi buflu, nagħaġ, mogħoż) | 14.2 | PNHC (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | | 15.Casingsta' l-annimali għall-konsum uman | Frat, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer | 15 | Anness II | Anness II | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 16.Casingsta' l-annimali mhux għall-konsum uman | Frat, nagħaġ, mogħoż, ħnieżer | 16 | Anness IV | Mhux applikabbli | | 17.Ġlud ħoxnin u ġlud | Ungulati | 17.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/168/KE | Mhux applikabbli | | Mammali oħra | 17.2 | PNHC | Mhux applikabbli | | Ratite (nagħma, emu, rhea) | 17.3 | PNHC | Mhux applikabbli | | 18.Suf, fibra/xagħar | Nagħaġ, ruminanti u ħnieżer, oħrajn | 18 | PNHC Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | Mhux applikabbli | | 19.A.Ikel ta' l-annimali tad-dar (inkluż ipproċessat) li fih biss materjal ta' riskju żgħir | L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE u 92/118/KEE | | | | | —Ikel ta' l-annimali tad-dar (mammiferi/mhux mammiferi) | 19A.1 | 94/309/EC | N/A | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | —Ikel ta' l-annimali tad-dar nej għal konsum dirett | 19A.2 | PNHC | Mhux applikabbli | Dikjarazzjoni addizzjonali dditional Regolament (KE) No 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 19.B.Ikel ta' l-annimali tad-dar li fih proteina ta' l-annimali proċessata derivata minn skart ta' l-annimali ta' riskju għoli | L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE u 92/118/KEE (mammiferi/mhux mammiferi) | 19B | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/344/KE u 97/198/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament(KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 20.Għadam u prodotti ta' l-għadam għall-konsum uman — prodotti oħra kif iddefiniti fid-Direttiva 77/99/KEE | Mammali ta' l-art | | | | | —laħam frisk, kaċċa mrobbija u selvaġġa (ħnieżer, ċerv) | 20.1 | Anness II | Anness II | Timbru pentagonali (kaċċa selvaġġa) Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | —oħrajn | 20.2 | PNHC | Anness V | Timbru pentagonali (kaċċa selvaġġa) | Laħam tat-tjur frisk, bir-rix imrobbi jew selvaġġ | 20.3 | PNHC | PNHC | | 21.Għadam proċessat u prodotti ta' l-għadam mhux għall-konsum uman jew ta' l-annimali(Għadam rendered għall-għalf ta' annimali jirreferi proteini proċessati materjal ta' għalf għall-annimali) | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 21 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/446/KE | Mhux applikabbli | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 22.Proteina ta' l-annimali proċessata għall-konsum uman — prodotti oħra kif definiti fid-Direttiva 77/99/KEE | Mammali ta' l-art | | | | | —laħam frisk, kaċċa mrobbija u selvaġġa (ħnieżer, ċerv) | 22.1 | Anness II | Anness II | Timbru pentagonali (kaċċa selvaġġa) Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 (laħam frisk) | —oħrajn | 22.2 | PNHC | Anness V | | Kaċċa friska u tjur, bir-rix imrobbija u selvaġġa | 22.3 | PNHC | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE) | | 23.Proteina proċessata (rendered) ta' l-annimali għal materjali ta' għalf | PAP derivata minn skart ta' annimali b'riskju għoli (mammiferi/mhux non-mammiferi) | 23.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/344/KE Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/198/KE | Mhux applikabbli | Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġina Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | PAP derivata minn skart ta' annimali b'riskju żgħir (mammiferi/mhux mammiferi) | 23.2 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/344/KE | Mhux applikabbli | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 24.Serum minn Equidae | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 24 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/143/KE | Mhux applikabbli | | 25.Demm u prodotti mid-demm għall-konsum uman — prodotti oħra kif definiti fid-Direttiva 77/99/KEE | Mammali ta' l-art | | | | | —Laħam frisk, kaċċa mrobbija u selvaġġa | 25.1 | Anness II | Anness II | Timbru petagonali (għal demm ta' kaċċa selvaġġa) Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | —Oħrajn | 25.2 | PNHC | Anness V | | Tjur b'laħam frisk, kaċċa bir-rix imrobbija u selvaġġa | 25.3 | PNHC | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE) | | 26.Demm proċessat u prodotti tad-demm (eskluż serum minn equidae)għal użu farmaċewtiku u tekniku | Laħam frisk | | | | | —ta' l-ifrat, ovina, kaprina, porcine | 26.1 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | | —Equidae, ta' l-għasafar | 26.2 | PNHC (nnnn 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | | 27.Xaħam u xaħmijiet rendered għall-konsum uman konsum — prodotti oħra kif definiti fid-Direttiva 77/99/KEE | Mammali ta' l-art | | | | | —Laħam frisk, kaċċa mrobbija u selvaġġa | 27.1 | Anness II | Anness II | Timbru pentagonali (għax-xaħam ta' kaċċa selvaġġa) Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 (laħam frisk) | —Oħrajn | 27.2 | PNHC | Anness V | | Tjur ta' laħam frisk, kaċċa bir-rix imrobbija u selvaġġa | 27.3 | PNHC | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE) | | 28.Xaħam u xaħmijiet rendered mhux għall-konsum uman | Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE | | | | | —Materjal ta' riskju żgħir (Article 5) | 28.1 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | Dikjarazzjoni addizzjonali TSERegolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | —Riskju għoli (Artikou 3) | 28.2 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 29.Materjali primi għal għalf, użu farmaċewtiku jew tekniku — riskju żgħir biss | ungulati | 29.1 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/805/KEE | Mhux applikabbli | Direzzjoni ta' Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | oħrajn | 29.2 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | Direzzjoni ta' Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 30.Apikultura — mhux għal prodotti umani | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 30 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/860/KE | Mhux applikabbli | | 31.Trofej tal-kaċċa | Ungulati Avian | 31 | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/500/KE | Mhux applikabbli | | 32.Demel ittratat | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 32 | PNHC (Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE) | Mhux applikabbli | | 33.Għasel | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 33 | PNHC | PNHC | | 34.Saqajn taż-żrinġijiet | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 34 | Mhux applikabbli | Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | | 35.Bebbux għall-konsum uman | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 35 | Mhux applikabbli | Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | | 36.Prodotti tal-bajd | Bħal fid-Direttivi tal-Kunsill 92/118/KEE u 90/539/KEE | 36 | PNHC | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/38/KE | Anness VII | 37.Ġelatini għall-konsum human | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 37 | Mhux applikabbli | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/20/KE | Dikjarazzjoni addizzjonali TSE Regolament (KE) Nru 270/2002 u (KE) Nru 1494/2002 | 38.Ġelatini għal użu tekniku | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 38 | Mhux applikabbli | PNHC | | 39.Materja prima għal ġelatina għall-konsum uman | Bħal fid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE | 39 | Mhux applikabbli | PNHC | | [1] ĠU L 24, tat-30.1.1998, pġ. 9. [2] ĠU L 26, tal-31.1.197, pġ. 1. [3] Sakemm tkun pendenti l-adozzjoni ta’ regoli Komunitarji, regoli nazzjonali għandhom jissoktaw japplikaw suġġetti għall-osservazzjoni mad-disposizzjoniijiet ġenerali tat-Trattat. -------------------------------------------------- ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VI Esportazzjonijiet ta' Prodotti ta' Annimali Importati F'kull każ il-prodott kellu jkun: - oriġinat minn pajjiż terz eliġibbli biex jesporta l-oġġett lejn il-Komunità Ewropea, - idderivat minn stabbilimenti eliġibbli biex jesportaw lejn il-Komunità Ewropea, u - eliġibbli biex ikun esportat lejn il-Komunità Ewropea. Kopja taċ-ċertifikat ta' importazzjoni għandha tinhemeż maċ-ċertikat tas-saħħa ffirmat ta' New Zealand; din il-kopja għandha tkun kopja ċertifikata endorsjata ta' l-oriġinal, u tkun iffirmata mill-uffiċjal li jiċċertifika. L-oriġinal jew kopja ċċertifikata taċ-ċertifikat ta' importazzjoni għandha tinżamm mill-uffiċjal li jiċċertifika. Id-dikjarazzjoni(jiet) addizzjonali li ġejja(in) għandha(hom) tidher/jidhru fuq iċ-ċertifikati mudelli preskritti fl-Anness I. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jidhru bil-lingwi li jirreferi għalihom l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/56/KE. 1. Oriġini mħallta Għal prodotti ta' annimali li kienu importati fi New Zealand u nħażnu u kienu pproċessati fi stabbilimenti elenkati mill-KE bi prodott ta' oriġini minn New Zealand (i.e il-kunsinna tkun ta' oriġini mħallta), id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tidher fuq iċ-ċertifikati mudelli xierqa nnotati fl-Anness I: +++++ TIFF +++++ 2. Pajjiż ta' oriġini mantenut, mhux imħallat ma' prodott ta' oriġini minn New Zealand. Għal prodotti ta' l-annimali li kienu importati fi New Zealand u nħażnu u kienu pproċessati fi stabbilimen ta' esportazzjoni ta' New Zealand elenkati mill-KE imma ma tħalltux ma' prodotti ta' oriġini ta' New Zealand, id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tidher fiċ-ċertifikati mudelli nnotati gl-Anness I: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VII Garanziji addizzjonali konnessi ma' annimali ħajjin u prodotti ta' annimali li jipprovdi għalihom l-Anness V tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE Iċ-ċertifikat(i) tas-saħħa għal annimali ħajjin u prodotti ta' annimali elenkati f'dan l-Anness, għandu(hom) iġib(u) d-dikjarazzjoni xierqa miġjuba fil-leġislazzjoni korrispondenti jekk ikunu importati għal kunsinna jew fl-Isvezja jew fil-Finlandja: Annimali ħajjin u prodotti ta' annimali | Dikjarazzjoni | Tjur ħajjin —Tjur ħajjin għall-biċċerija | L-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/410/KE | —Tjur għat-tnissil | L-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/160/KE | —Flieles ta' jum (tat-twelid) | L-Anness III mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/160/KE | —Tiġieġ ibidu | L-Anness II mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/161/KE | Laħam frisk: Laħam tal-vitella, ċanga u Il-laħam frisk kien suġġett għal majjal imma eskluż | "Il-laħam frisk maħsub ittestjar mikrobijoloġiku għal għanijiet ta' pasturizzazzjoni, salmonella kif tipprovdi d-Deċiżjoni sterilizzazzjoni jew għal trattamenti tal-Kunsill 95/411/KE permezz tali jkollu effett ekwivalenti teħid ta' kampjuni fl-istabbiliment ta'oriġini ta' dan il-laħam" | Laħam frisk tat-tjur | "Il-laħam frist kien suġġett għal ittestjar mikrobijoloġiku għal salmonella kif tipprovdi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/411/KE permezz ta' teħid ta' kampjuni fl-istabbiliment ta'oriġini ta' dan il-laħam." | Bajd tal-mejda għall-konsum uman | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/168/KE | --------------------------------------------------