This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0020
2003/20/EC: Commission Decision of 27 December 2002 on the application of Article 6 of the Directive 2000/26/EC of the European Parliament and of the Council of 16 May 2000 on the approximation of the laws of the Member States relating to insurance against civil liability in respect of the use of motor vehicles and amending Council Directives 73/239/EEC and 88/357/EEC (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 5304)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (notifikata taħt dokument numru C(2002) 5304)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (notifikata taħt dokument numru C(2002) 5304)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 8, 14.1.2003, p. 35–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0035 - 0036
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (notifikata taħt dokument numru C(2002) 5304) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2003/20/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3)(b) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 2000/26/KE (ir-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta' vetturi) tippreskrivi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-partijiet li jġġarbu xi dannu residenti fi Stat Membru u ntitolati għall-kumpens fir-rigward ta' xi telf jew dannu li jirriżulta minn aċċidenti li jseħħu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li ġġarrab id-dannu jew f'pajjiżi terzi li tagħhom l-uffiċji ta' l-assiguratur nazzjonali jkunu affiljati mas-sistema tal-karolina ħadra kull meta dwak l-aċċidenti jiġu kkawżati mill-użu ta' vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru. (2) Skond l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 10(3) tar-raba' Direttiva, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova qabel l-20 ta' Jannar 2002 korp ta' kumpens responsabbli għall-provvista ta' kumpens fejn l-impriża ta' assigurazzjoni tkun naqset li taħtar rappresentant jew tkun manifestement dilatorja biex tiddeċiedi talba. B'żieda, kif hemm provdut fl-Artikolu 7, il-parti li ġġarrab id-dannu tkun intitolata li tapplika għall-kumpens mill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn tkun toqgħod jekk ikun imposibbli li tiġi identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-aċċident, ikun impossibbli li tkun identifikata l-impriża ta' assigurazzjoni. (3) Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tar-raba' Direttiva, il-korp ta' kumpens ta' Stat Membru li jkun ikkompensa parti li ġġarrab xi dannu li tkun toqgħod f'dak l-Istat Membru jkun intitolat li jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta' kumpens ta' l-Istat Membru li fih l-impriża ta' assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza tal-parti preżunta responsabbli tkun stabbilita. (4) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) tar-raba' Direttiva, id-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 6 tar-raba Direttiva huwa suġġett għall-konklużjoni ta' ftehim bejn il-korpi ta' kumpens stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri li jiddefinixxu l-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għar-rimborż. (5) L-Istati Membri kollha ħatru il-korpi ta' kumpens responsabbli biex jipprovdu kumpens lill-partijiet li jġarrbu d-dannu fil-każi msemmija fl-Artikolu 1 tar-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta' vetturi, hekk kif provdut bl-Artikolu 6 tagħha. Ftehim bejn dawn il-korpi ta' kumpens skond din id-dispożizzjoni kien konkluż fid-29 ta' April 2002 fi Brussel u notifikat lill-Kummissjoni Ewropew b'ittra li ġġib id-data tad-19 ta' Lulju 2002 fil-limitu ta' żmien stabbilit bl-Artikolu 10(3) ta' l-istess Direttiva. (6) L-Artikolu 6(3)(b) jobbliga lill-Kummissjoni li tiffissa d-data li minnha l-Artikolu 6 tar-raba' Direttiva għandu jkollu effett, u l-Kummissjoni diġa aċċertat, wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni, il-konklużżjoni ta' dan il-ftehim. (7) Skond l-Artikolu 10(1) tar-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw magħha qabel l-20 ta' Jannar 2003, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Mill-20 ta' Jannar 2003, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE għandu jidħol fis-seħħ. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex japplikaw din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2002. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta' l-20.7.2000, p. 65. --------------------------------------------------