This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R0831
Commission Regulation (EC) No 831/2002 of 17 May 2002 implementing Council Regulation (EC) No 322/97 on Community Statistics, concerning access to confidential data for scientific purposes (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (Test b'rilevanza għall-FEE)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (Test b'rilevanza għall-FEE)
ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2013; Imħassar b' 32013R0557
Official Journal L 133 , 18/05/2002 P. 0007 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (Test b'rilevanza għall-FEE) IL-KUMMISSJONl TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità [1], u partikolarment l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu, u b'mod partikulari l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu, Billi: (1) Hemm domanda dejjem tikber minn riċerkaturi u l-komunità tax-xjenza in ġenerali biex ikun hemm fakoltà ta' użu għal skopijiet ta' xjenza ta'data kunfidenzjali mibgħuta lill-awtorità tal-Komunità. (2) Fakoltà ta' użu għal skopijiet ta' xjenza f'data kunfidenzjali tista' tingħata jew billi tingħata fakoltà ta' użu fuq il-post ta' l-awtorità tal-Komunità jew billi toħroġ data anonimizzata lil riċerkaturi skond kondizzjonijiet speċifiċi (fakoltà ta' użu ikkontrollat). (3) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikulari bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. (4) Dan ir-Regolament jiżgura, b'mod partikulari, rispett sħiħ għad-dritt għal ħajja privata u għall-protezzjoni ta' data personali (L-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea). (5) Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 Ottubru 1995 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' din id-data [2] u għar-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 fuq il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u l-moviment liberu ta' din id-data [3]. (6) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għan Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi, għall-fini li jippermetti konklużjonijiet statistiċi li jinsiltu għal skopijiet xjentifiċi, il-kondizzjonijiet li bihom fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità tista' tingħata u r-regoli ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiffaċilitaw din il-fakoltà ta' użu. Artikolu 2 Tifsiriet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: - "Awtorità tal-Komunità", kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandha tfisser id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli li jwettaq il-ħidmiet li jingħataw lill-Kummissjoni rigward il-produzzjoni ta' l-istatistika tal-Komunità (Eurostat), - "Statistika tal-Komunità", kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandha tfisser informazzjoni kwantitattiva, kollettiva u rappreżentattiva li tittieħed mill-ġbir u l-ipproċessar sistematiku ta' data, ippreżentata mill-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità fil-qafas ta' l-implimntazzjoni tal-programm dwar l-istatistika tal-Komunità, - "Data kunfidenzjali" għandha tfisser data li tippermetti biss identifikazzjoni indiretta tal-units ta' statistika relatata, - "fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali" għandha tfisser jew aċċess fuq il-premessi ta' l-awtorità tal-Komunità jew il-ħruġ ta' mikrodata anonimizzata, - "mikrodata anonimizzata" għandha tfisser records ta' statisitka individwali li jkunu ġew modifikati sabiex jimminimizzaw, skond l-aqwa prattika preżenti, ir-riskju ta' identifikazzjoni tal-units statistiċi li jirrelataw magħhom, - "awtoritajiet nazzjonali", kif imfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97, għandhom ifissru istituti ta' statistika nazzjonali u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jifformulaw statistiċi tal-Komunità. Artikolu 3 Ilqugħ ta' rikjesti "ratione personae" 1. Fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali jista' jingħata mill-awtorità tal-Komunità lil riċerkaturi ta' korpi li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: (a) universitajiet u organizzazzjonijiet ta' l-edukazzjoni ogħla stabbiliti bil-liġi tal-Komunità jew bil-liġi ta' Stat Membru; (b) organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet għal riċerka xjentifika stabbiliti skond il-liġi tal-Komunità jew skond il-liġi ta' Stat Membru; (ċ) aġenziji oħra, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet, wara li jkunu ħadu l-fehma tal-Kumitat fuq kunfidenzjalità ta' statistika, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru. 322/97. 2. Fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali tista' tingħata wkoll mill-awtorità tal-Komunità lil riċerkaturi ta' korpi kummisjonati biex jagħmlu riċerka għal skopijiet ta' xjenza. L-ikkummissjonar u l-korpi kummissjonati għandhom jaqgħu fil-kategoriji tal-korpi speċifikati fil-paragrafu 1. Il-korpi kummissjonati jistgħu jkunu wkoll organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet li jkunu ġew kummissjonati minn dipartimenti tal-Kummissjoni jew ta' l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri biex jagħmlu riċerka speċifika. Dawn l-organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet għandu jkollhom personalità legali. Artikolu 4 Kondizzjonijiet Ġenerali 1. Bla ħsara għat-twettiq ta' rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikoli 5 u 6, kif jista' jkun il-każ, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali kemm-il darba jiġu obduti dawn il-kondizzjonijiet: (a) rikjesta xierqa flimkien ma' proposta dettaljata għal riċerka b'konformità ma' l-istandards kurrenti tax-xjenza jkunu ntbagħtu; (b) il-proposta għar-riċerka għandha tindika b'dettall suffiċjenti s-sett ta' data li jridu jkollhom fakoltà li jużaw, il-metodi biex janalizzawhom u indikazzjoni taż-żmien meħtieġ; (ċ) kuntratt li jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-fakoltà ta' użu, l-obbligi tar-riċerkaturi, il-miżuri biex tiġi rispettata l-kunfidenzjalità ta' data ta' statistika u s-sanzjonijiet fil-każ ta' ksur ta' dawn l-obbligi jkun ffirmat mir-riċerkatur individwali, mill-istituzzjoni tiegħu/tagħha, jew mill-organizzazzjoni li tikkummissjona r-riċerka, kif ikun il-każ, u mill-awtorità tal-Komunità; (d) l-awtorità nazzjonali, li tkun ipprovdiet id-data, tkun infurmata qabel ma tkun ingħatat il-fakoltà ta' użu. 2. B'żieda mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti l-fakoltà ta' użu ta' data kunfidenzjali fuq il-post tagħha kif stipulati fl-Artikolu 5 kemm-il darba jiġu obduti dawn il-kondizzjonijiet: (a) ir-riċerka titwettaq esklussivament fil-post ta' l-awtorità tal-Komunità u taħt is-superviżjoni ta' uffiċjal maħtur ta' dik l-awtorità; (b) ir-riżultati tar-riċerka m'għandhomx joħorġu mill-post ta' l-awtorità tal-Komunità mingħajr iċċekkjar minn qabel biex jiżguraw li ma jinkludux data kunfidenzjali; (ċ) riżultati prospettivi li jkunu se jiġu pubblikati jew jinħarġu mod ieħor, għandhom ikunu ċċekkjati mill-awtorità tal-Komunità biex jevitaw svelar ta' data kunfidenzjali. Artikolu 5 Fakoltà ta' użu tal-post ta' l-awtorità tal-Komunità 1. L-awtorità tal-Komunità tista' tagħti fakoltà ta' l-użu tal-post tagħha għal data kunfidenzjali miksuba mill-istħarriġ li ġej jew għejun ta' data ta' statistika: - Il-Panel dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea, - Stħarriġ fuq l-Għadd ta' Ħaddiema, - Stħarriġ fuq it-Tiġdid tal-Komunità, - Stħarriġ fuq taħriġ vokazzjonali kontinwu. Madankollu, fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali li tkun ipprovdiet id-data, fakoltà ta' l-użu tad-data minn dik l-awtorità nazzjonali m'għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka. 2. Bla ħsara għall-approvazzjoni espliċita minn qabel ta' l-awtorità nazzjonali relevanti, l-awtorità tal-Komunità tista' tagħti fakoltà ta' l-użu tal-post tagħha għal data kunfidenzjali barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 6 Ħruġ ta' mikrodata anonimizzata 1. L-awtorità tal-Komunità tista' toħroġ settijiet ta' mikrodata anonimizzata miksuba mill-istħarriġ jew għejjun ta' data ta' statistika li ġej: - Il-Panel dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea, - Stħarriġ fuq l-Għadd ta' Ħaddiema, - Stħarriġ fuq it-Tiġdid tal-Komunità, - Stħarriġ fuq taħriġ vokazzjonali kontinwu. Madankollu, fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali li tkun ipprovdiet id-data, il-pubblikazzjoni tad-data minn dik l-awtorità nazzjonali m'għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka. 2. Qabel dan il-ħruġ, l-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura b'koperazzoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali, li l-metodi ta' anonimizzazzjoni applikati għal dawn is-settijiet ta' mikrodata jimminimizzaw skond l-aqwa prattika preżenti r-riskju ta' identifikazzjoni tal-units statistiċi relatati, skond ir-Regolament (KE) Nru 322/97. Artikolu 7 Ftehim bilaterali Kull awtorità nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità għandhom jaqblu bilateralment bil-miktub fuq l-arranġamenti u l-kondizzjonijiet ta' prattika msemmija fl-Artikoli 5 u 6. Il-ftehim bilaterali, u kull bdil fihom, għandhom jiġu rapportati lill-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika. Artikolu 8 Kwistjonijiet ta' Organizzazzjoni 1. Il-miżuri amministrattivi, tekniċi u organizzattivi meħtieġa għandhom jittieħdu mill-awtorità tal-Komunità biex tiżgura li aċċess għal data kunfidenzjali la tagħmel ħsara lill-protezzjoni attwali u loġika tad-data kunfidenzjali lanqas tippermetti svelar jew użu barra mill-iskopijiet li għalihom tkun ingħatat fakoltà ta' l-użu. 2. Kull fejn il-pożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa, miżuri tekniċi u organizzattivi għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità biex jiżguraw li koperazzjoni xierqa titmexxa b'mod effiċjenti mingħajr telf ta' żmien bla bżonn waqt li tikkunsidra l-bżonnijiet tal-proġett ta' riċerka. Għandu jsir kull skorz biex jiżgura illi l-pożizzjoni ta' l-awtorità nazzjonali kif meħtieġa bl-Artikolu 5 u 6 tkun provduta mhux aktar minn sitt ġimgħat minn dakinhar li fih ir-rikjesta relevanti tasal għand l-awtorità nazzjonali. 3. Kemm-il darba li l-faċilitajiet xierqa jkunu kif suppost biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tad-data, u li l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali li jkunu bagħtu d-data lill-awtorità tal-Komunità tkun ingħatat, fakoltà ta' l-użu ta' data kunfidenzjali tista' tkun ukoll permessa f'erja ta' sigurtà fuq il-post ta' awtorità nazzjonali. F'każi bħal dawn, il-miżuri fil-post biex jiżguraw il-protezzjoni attwali u loġika tad-data tkun komparabbli ma' dawk fil-post fil-fond ta' l-awtorità tal-Komunità. Artikolu 9 Spejjeż L-ispejjeż relatati mal-fakoltà ta' l-użu ta' data kunfidenzjali skond dan ir-Regolament, u b'mod partikulari, l-użu tal-faċilitajiet tal-Kummissjoni, għandhom jitħallsu mill-applikanti. Biex tistabbilixxi l-ispejjeż, l-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura li ma jwasslux għal kompetizzjoni mhux ġusta ma' l-awtoritajiet nazzjonali. Artikolu 10 Miżuri ta' salvagwardji 1. L-awtorità tal-Komunità għandha tiżgura li d-data li jkollhom fakoltà li jużaw ma tkunx tinkludi informazzjoni li tippermetti identifikazzjoni diretta tal-units ta' statistika relatata. 2. L-awtorità tal-Komunità għandha żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni relevanti kollha. Artikolu 11 Rapporti Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta' kull sena lill-Kumitat fuq il-Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika, fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ikun jinkludi informazzjoni bħall-ismijiet u l-indirizzi tar-riċerkaturi u l-istituzzjonijiet tagħhom, id-data li jkollhom fakoltà jużaw, l-ispejjeż imħallsa, id-deskrizzjoni tal-proġetti ta' riċerka u l-pubblikazzjonijiet li jirriżultaw. Artikolu 12 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-17 Mejju 2002. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1. [2] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. [3] ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1. --------------------------------------------------