EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0359

Ir-Regolament (KE) Nru 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 li jirrigwarda l-użu ta' l-ESA 95 fid-determinazzjoni tal-pagamenti ta' l-Istati Membri għar-riżors proprju bbażat fuq il-VAT

ĠU L 58, 28.2.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/359/oj

32002R0359



Official Journal L 058 , 28/02/2002 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament (KE) Nru 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta' Frar 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 li jirrigwarda l-użu ta' l-ESA 95 fid-determinazzjoni tal-pagamenti ta' l-Istati Membri għar-riżors proprju bbażat fuq il-VAT

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [3] jipprovdi biex is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA), it-tieni edizzjoni, tintuża' bħala s-sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati għar-raġunijiet ta' budget u riżorsi proprji hekk kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89 [4] sakemm id-Deċizzjoni tal-Kunsill Nru 94/728/KE, Eurotom [5] tibqa' fis-seħħ.

(2) Data tat-tieni edizjoni tal-ESA ma għadhomx aktar disponibbli fil-livell ta' dettall meħtieġ għad-determinazzjoni tar-riżors proprju tal-VAT.

(3) Dan ma jaffettwax il-proċeduri mifthema għad-determinazzjoni tar-riżors proprju tal-PGN.

(4) Huwa rrikkmandat li tintuża l-aħjar data tal-istatistika disponibbli biex ikunu stabbiliti l-kontribuzzjonijiet tal-budget ta' l-Istati Membri.

(5) L-użu ta' data bbażata fuq is-Sistema Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati l-ġdida (ESA 95) għall-iskop tad-determinazzjoni tar-riżors proprju ibbażat fuq il-VAT ma għandu ebda impatt fuq il-livell ta' rizorsi proprji u l-bilanċ tagħhom bejn l-Istati Membri.

(6) Il-Kumitat tal-Programm ta' l-IStatistika, stabbilit mid- Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [6] ġie kkonsultat skond l-Atikolu 3 ta' dik id- Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru. 2223/96 il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:

"1a. Għall-iskop tad-determinazzjoni tar-riżors proprju bbażat fuq il-VAT, u b'eċċezzjoni mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw data bbażata fuq is-sistema l-ġdida Ewropea ta' kontijiet ekonomiċi integrati (ESA 95) sakemm id- Deċiżjoni 94/723/KE Eurtom tibqa fis-seħħ."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil- Brussel, fit-12 ta' Frar 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

J. Piqué I Camps

[1] ĠU Ċ 29 E, tat- 30.1.2001, p. 266.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2001 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni tal-Kunsill Komuni tas-16 ta' Lulju 2001 (ĠU C 307, tal-31.10.2001, p. 1) u d- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament hekk kif emendata mir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 995/2001 (ĠU L 139, tat-23.5.2001, p. 3).

[4] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1. Regolament hekk kif ġie mħassar u mibdul bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, tal-31.5.2000, p. 1).

[5] ĠU L 293, 12.11.1994, p. 9.

[6] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

Top