Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002E0373

    Azzjoni konġunta tal-kunsill tal-21 ta’ Mejju 2002 li tirrigwarda kontribuzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea lejn ir-rinfurzar tal-kapaċità ta’ l-awtoritajiet tal-Georgia biex jappoġġaw u jipproteġu osservaturi f’missjoni ta’ l-OSCE fuq il-fruntieri tal-Georgia mar-Repubbliki ta’ l-Ingush u tac-Ċeċnija tal-Federazzjoni Russa

    ĠU L 134, 22.5.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2002/373/oj

    32002E0373



    Official Journal L 134 , 22/05/2002 P. 0001 - 0002


    Azzjoni konġunta tal-kunsill

    tal-21 ta’ Mejju 2002

    li tirrigwarda kontribuzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea lejn ir-rinfurzar tal-kapaċità ta’ l-awtoritajiet tal-Georgia biex jappoġġaw u jipproteġu osservaturi f’missjoni ta’ l-OSCE fuq il-fruntieri tal-Georgia mar-Repubbliki ta’ l-Ingush u tac-Ċeċnija tal-Federazzjoni Russa

    (2002/373/PESK)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea u partikolarment l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1) Fl- 20 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2000/456/PESK li jirrigwarda kontribuzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea lejn ir-rinfurzar tal-kapaċità ta’ l-awtoritajiet tal-Georgia biex jappoġġaw u jipproteġu osservaturi f’missjoni ta’ l-OSCE fuq il-fruntieri tal-Georgia mar-Repubbliki ta’ l-Ingush u tac-Ċeċnija tal-Federazzjoni Russa [1], li skada fil- 31 ta’ Diċembru 2000.

    (2) Fis-26 ta’ Lulju 2001, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2001/568/PESK [2] dan bil-għan biex jiġi assigurat appoġġ kontinwu ta’ l-Unjoni Ewropea lejn stabilità tar-reġjun Kawkasu.

    (3) Mit-28 ta’ Mejju sal-1 ta’ Ġunju 2001, General Sir Garry Johnson, bħala espert ta’ l-Unjoni Ewropea, għamel missjoni ta’ stima fejn ikkonkluda li ser ikun hemm bżonn ta’ izjed appoġġ mill-UE, jekk il-mandat ta l-OSCE jkun estiż lejn ir-reġjun ta’ l-Ingush.

    (4) Fit-13 ta’ Diċembru 2001, l-OSCE iddeċida biex jestendi l-mandat tal-missjoni ta’ l-OSCE f’Georgia għal osservazzjonijiet u rapporti dwar il-moviment minn naħa għal oħra tal-fruntieri bejn Georgia u r-Repubblika ta’ l-Ingush tal-Federazzjoni Russa,

    GIET ADOTTATA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    1. L-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi assistenza għar-rinfurzar tal-kapaċità ta’ l-awtoritajiet tal-Georgia biex jipprovdu, permezz ta’ l-għassiesa tal-fruntieri tagħhom, appoġġ u protezzjoni ghal missjoni ta’ osservazzjoni ta’ l-OSCE fuq il-fruntiera tal-Georgia mar-Repubblika ta’ l-Ingush tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll assistenza kontinwa ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-fruntieri tal-Georgia mar-Repubblika ta’ Ċeċnija tal-Federazzjoni Russa.

    2. Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-missjoni ta’ l-OSCE f’Georgia, u partikolarment ghall-operazzjoni ta’ osservazzjoni tal-fruntieri, biex ikopri l-ispejjez relatati ma’ ċertu apparat.

    Artikolu 2

    1. Il-missjoni ta’ l-OSCE f’Georgia għandha tkun responsabbli għall-akkwist u trasferiment ta’ apparat

    2. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju ma’ l-OSCE fuq l-użu ta’ l-appoġġ finanzjarju ta’ l-Unjoni Ewropea, li għandha tieħu l-forma ta’ għotja. L-għotja għandha tkopri l-akkwist ta’ oġġetti mażgħula mill-OSCE skond il-bzonnijiet ta’ l-awtoritajiet tal-Georgia fuq naħat Ingush u Ċeċeni tal-fruntiera tal-Georgia.

    3. Il-Kummissjoni, permezz tad-delegazzjoni tagħha f’Tbilisi, għandha żżomm kuntatt viċin ma’ l-OSCE biex tkun tista’ tosserva u tevalwa l-wassla effettiva u l-użu ta’ l-apparat lill-għassiesa tal-fruntiera tal-Georgia.

    4. Meta jwettqu dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni għandha tikkopera, kif inhu xieraq, mal-missjonijiet lokali ta’ l-Istati Membri.

    5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni ta’ l- Kunsill taħt l-awtorità tal-Presidenża, assistit mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, Rappreżentant għoli tal-PESK.

    Artikolu 3

    1. Ir-referenza finanzjarja ta’ l-ammont għall-iskopijiet kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun ta’ EUR 100000.

    2. L-infiq li huwa finanzjat mill-ammont kif stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata f’konformità mal-proċeduri tal-Komunità Ewropeja u mar-regolamenti li huma applikabli għall-budget.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol is-seħħ dak inhar meta tiġi adottata. Għandha tiskadi 12 –il xahar wara li jiġi konkluż il-ftehim finanzjarju bejn il-Kummissjoni u l-OSCE.

    Artikolu 5

    Din l-Azzjoni Konġunta ser tiġi ppublikata fil-Ġurnal Ufficjali

    Magħmul fi Brussell, fil-21 ta’ Mejju 2002.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. De Miguel

    [1] ĠU L 183, tat-22.7.2000, p. 3.

    [2] ĠU L 202, tas-27.7.2001, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top