This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0971
2002/971/EC: Council Decision of 18 November 2002 authorising the Member States, in the interest of the Community, to ratify or accede to the International Convention on Liability and Compensation for Damage in Connection with the Carriage of Hazardous and Noxious Substances by Sea, 1996 (the HNS Convention)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara 1996 (il-Konvenzjoni HNS) (2002/971/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara 1996 (il-Konvenzjoni HNS) (2002/971/KE)
ĠU L 337, 13.12.2002, p. 55–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/971/oj
Official Journal L 337 , 13/12/2002 P. 0055 - 0056
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri, fl-interess tal-Komunità, li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara 1996 (il-Konvenzjoni HNS) (2002/971/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 61(c) u l-Artikolu 67(1) u l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità u l-Kumpens għall-Ħsara b’Konnessjoni mat-Trasportazzjoni bil-Baħar ta’ Sustanzi Perikolużi u ta’ Ħsara (minn hawn il-quddiem referuta bħala il-"Konvenzjoni HNS") hija ntiża biex tassigura kumpens adekwat, malajr, u effettiv lill-persuni li jsofru danni kkawżati minn tixrid ta’ sustanżi perikolużi u ta’ ħsara, meta ttrasportati bil-baħar. Il-Konvenzjoni HNS timla vojt sinifikanti fir-regolamentazzjoni internazzjonali tar-responsabbilità għat-tniġġiż marittimu. (2) L-Artikoli 38, 39 u 40 tal-Konvenzjoni HNS jaffettwat il-leġislazzjoni sekondarja tal-Komunità dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tal-ġudizji, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [3]. (3) Il-Komunità għalhekk għandha l-kompetenza unika fir-rigward ta’ l-Artikoli 38, 39 u 40 tal-Konvenzjoni HNS minħabba li dik il-Konvenzjoni taffettwa r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 44/2001. L-Istati Membri għandhom iżommu l-kompetenza tagħhom dwar il-materji koperti b’dik il-Konvenzjoni li ma jaffettwawx il-liġi tal-Komunità. (4) Permezz tal-Konvenzjoni HNS, Stati sovrani biss jistgħu ikunu partijiet tagħha; m’hemm l-ebda pjani, f’terminu fil-qosor, biex jinfetħu mill-ġdid in-negozjati sabiex jittieħed akkont tal-kompetenza tal-Komunità dwar il-materja. Mhux għalhekk possibbli għal-Komunità li fil-preżent tirratifika jew li taderixxi mal-Konvenzjoni HNS, l-anqas ma hemm l-ebda prospett li hi tkun tista tagħmel hekk fil-futur qrib. (5) Il-Konvenzjoni HNS hija partikolarment importanti, meta jkunu meqjusa l-interesi tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha, minħabba li din twassal għal protezzjoni mtejba għall-vittmi permezz tar-regoli internazzjonali dwar ir-responsabbilità marittima rigward it-tniġġiż, li huwa skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, 1982, dwar il-Liġi tal-Baħar. (6) Ir-regoli sostantivi tas-sistema stabbilita mill-Konvenzjoni HNS jidħlu taħt il-kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri u d-dispożizzjonijiet biss tal-ġurisdizzjoni u tar-rikonoxximent u ta’ l-enfurzar tas-sentenzi huma materji koperti bil-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Meqjus li s-suġġetti f’dan il-każ u l-għan tal-Konvenzjoni HNS, l-aċċettazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni li jidħlu taħt il-kompetenza tal-Komunità ma jistgħux ikunu mifruda mid-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. (7) Il-Kunsill għandu għalhekk jawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS fl-interess tal-Komunità, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. (8) L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw, fi żmien raġjonevoli, il-proċeduri tagħhom għar-ratifika ta’, jew ta’ l-adeżjoni ma, il-Konvenzjoni HNS fl-interess tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni dwar l-istat tal-proċeduri tar-ratifika jew ta’ l-adeżjoni tagħhom sabiex jippreparaw għad-depożitu tal-istrumenti tagħhom tar-ratifika ta’, jew ta’ l-adeżjoni ma’, il-Konvenzjoni. (9) Ir-Renju Unit u l-Irlanda qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (10) Bi qbil mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta magħha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza eżistenti tal-Komunità Ewropea f’din il-materja, il-Kunsill hawnhekk jawtorizza lill-Istati Membri li jirratifikaw jew li jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS fl-interess tal-Komunità, suġġett għall-kondizzjonijiet kif stabbiliti f’dawn l-Artikoli li ġejjin. 2. It-test tal-Konvenzjoni HNS huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. 3. F’din id-Deċiżjoni, it-terminu "Stat Membru" għandu jfisser l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Artikolu 2 Meta jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS, l-Istati Membri għandhom jgħamlu din id-dikjarazzjoni li ġejja: "Ġudizji dwar materji koperti bil-Konvenzjoni għandhom, meta moghtija minn qorti ta ( [4]…), ikunu rikonoxxuti u enforzati fi ( [5]…) bi qbil mar-regoli interni relevanti tal-Komunità dwar is-suġġett. [6] Artikolu 3 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom tar-ratifika ta’, jew ta’ l-adeżjoni ma, il-Konvenzjoni HNS, matul żmien raġjonevoli, mas-Segretarju-Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u, jekk possibbli, qabel it-30 ta’ Ġunju 2006. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, qabel it-30 ta’ Ġunju 2004, bid-data prospettiva tal-finalizzazzjoni tal-proċeduri tagħhom tar-ratifika jew ta’ l-adeżjoni. 3. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jgħamlu skambju ta’ l-informazzjoni dwar l-istat tal-proċeduri tagħhom rigward ir-ratifika jew l-adeżjoni. Artikolu 4 Meta jirratifikaw jew jaderixxu mal-Konvenzjoni HNS, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-Segretarju-Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, bil-kitba, li dik ir-ratifika jew l-adeżjoni kienet seħħet bi qbil ma din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom, fl-opportunità l-aktar kmieni, li jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jassiguraw li l-Konvenzjoni HNS tkun emendata biex tħalli lill-Komunità li ssir parti kontraenti tagħha. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Novembru 2002. Għall-Kunsill Il-President P. S. Møller [1] ĠU C 51 E, tas-26.2.2002, p. 370. [2] L-Opinjoni mogħtija fil-11 Ġunju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. [4] L-Istati Membri kollha li għalihom din id-Deċiżjoni hija applikabbli apparti milli minn dak l-Istat Membru li jgħamel id-dikjarazzjoni u d-Danimarka. [5] L-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni. [6] Fil-preżent, dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 44/2001." --------------------------------------------------