Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0596

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju ta’ l-2002 dwar il-konsegwenzi tat-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) dwar il-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA

    ĠU L 194, 23.7.2002, p. 36–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/596/oj

    32002D0596



    Official Journal L 194 , 23/07/2002 P. 0036 - 0036


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-19 ta’ Lulju ta’ l-2002

    dwar il-konsegwenzi tat-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) dwar il-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA

    (2002/596/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(1) f’dan ir-rigward,

    Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Permezz ta’ l-Artikolu 97 f’dan ir-rigward, it-Trattat tal-KEFA jintemm fit-23 ta’ Lulju ta’ l-2002.

    (2) Numru ta’ ftehim internazzjonali ma’ pajjiżi terzi ġew konklużi mill-KEFA.

    (3) Dawn il-ftehim ma jipprovdux għall-eventwalità tat-tmiem tat-Trattat tal-KEFA.

    (4) Fi tmiem it-Trattat tal-KEFA, il-materja koperta mit-Trattat tkun koperta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (KE), inkluż l-Artikolu 133 f’dan ir-rigward.

    (5) Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, stabbilew li l-KE qed taċċedi għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA [1].

    (6) Huwa kunsidrat li huwa fl-interessi tal-KE li dawn il-ftehim internazzjonali jitkomplew wara t-tmiem tat-Trattat tal-KEFA, u li dawn għandhom jiddevolvu fuq il-KE.

    (7) Uħud minn dawn il-ftehim jistgħu jinħtieġu emendi tekniċi biex ikunu kompatibbli mar-regoli tal-KE

    (8) Ikun neċessarju li pajjiżi terzi konċernati jkunu informati,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    B’seħħ mill-24 ta’ Lulju ta’ l-2002, il-KE tissuċċiedi għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-ftehim internazzjonali konklużi mill-KEFA ma’ terzi pajjiżi.

    Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lil terzi pajjiżi konċernati dwar suċċessjoni mill-KE għad-drittijiet u obbligi tal-KEFA li joħorġu mill-ftehim konċernati. Barra minn hekk, tagħmel l-emendi tekniċi meħtieġa kollha biex tagħmel il-ftehim kompatibbli mar-regolamenti tal-KE, u fejn ikun meħtieġ, tinnegozja emenda għall-ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara li tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Din id-deċiżjoni tapplika mill-24 ta’ Lulju ta’ l-2002.

    Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Lulju ta’ l-2002.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    T. Pedersen

    [1] Ara paġna 35 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    Top